LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w13 12/15 p. 16
  • X’Tiftakar?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Tiftakar?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Materjal Simili
  • “Min Hu Tassew l-Ilsir Leali u Għaqli?”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • “Għidilna, Dan Meta Se Jseħħ?”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • “Ilsir” li hu Kemm Leali u Kemm Diskret
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • “Ftakru f’dawk li qed imexxu fostkom”
    Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
w13 12/15 p. 16

X’TIFTAKAR?

Qrajt bir-​reqqa l-​ħarġiet reċenti taʼ It-​Torri tal-​Għassa? Ara jekk tistax twieġeb il-​mistoqsijiet li ġejjin:

Ġesù meta ‘ppriedka lill-​ispirti fil-​ħabs’? (1 Pt. 3:19)

Jidher li xi żmien wara l-​irxoxt taʼ Ġesù, hu ddikjara lill-​ispirti mill-​agħar li kienu se jieħdu kastig.—6/15, paġna 23.

Ġesù meta se jiġġudika n-​nies bħala nagħaġ jew mogħoż? (Mt. 25:32)

Dan se jseħħ meta Ġesù jiġġudika n-​nies matul it-​tribulazzjoni l-​kbira, wara l-​qerda tar-​reliġjon falza.—7/15, paġna 6.

Dawk li jiksru l-​liġi u li huma msemmijin fil-​parabbola tal-​qamħ u s-​sikrana, meta se jibku u jgħażżu snienhom? (Mt. 13:36, 41, 42)

Se jagħmlu dan matul it-​tribulazzjoni l-​kbira meta jindunaw li ma jistgħux jaħarbu l-​qerda.—7/15, paġna 13.

Meta se jitwettaq kliem Ġesù dwar l-​ilsir leali u għaqli? (Mt. 24:45-​47)

Ma bediex jitwettaq f’Pentekoste tas-​sena 33E.K., iżda wara l-​1914. Fl-​1919, l-​ilsir inħatar fuq il-​qaddejja taʼ dar Ġesù; dan jinkludi lill-​Kristjani kollha li qed jiġu mitmugħin spiritwalment.—7/15, paġni 21-​23.

Ġesù meta se jaħtar lill-​ilsir leali fuq kulma għandu?

Dan se jkun fil-​futur, matul it-​tribulazzjoni l-​kbira meta l-​ilsir leali jirċievi l-​premju fis-​sema.—7/15, paġna 25.

Apparti l-​qawwa mingħand Alla, x’għen lil 230 Xhud isalvaw minn mixja twila mill-​kamp tal-​konċentrament taʼ Sachsenhausen?

Għalkemm iddgħajfu minħabba l-​ġuħ u l-​mard, b’mod kontinwu inkuraġġew lil xulxin biex jibqgħu sejrin.—8/15, paġna 18.

X’inhuma l-​benefiċċji taʼ li nagħtu bil-​ferħ? (2 Kor. 9:7)

Meta nagħtu mill-​ħin, mill-​enerġija, jew mill-​affarijiet materjali tagħna minn jeddna u minħabba li nsibu ferħ ġenwin f’li nkunu ġenerużi maʼ ħaddieħor, speċjalment maʼ dawk fil-​bżonn, se nħossuna ferħanin. Barra minn hekk, dan se jagħmilna għeżież għal Alla.—9/1, paġna 13.

Għala jinkuraġġina r-​rakkont taʼ meta Iżrael qasam ix-​Xmara Ġordan għal ġol-​Art Imwiegħda?

Għalkemm il-​livell tax-​xmara kien għoli minħabba x-​xita, Ġeħova waqqaf ix-​xmara ħalli n-​nies tiegħu jaqsmu. Dan żgur saħħilhom il-​fidi u l-​fiduċja fih, u aħna nistgħu nagħmlu l-​qalb b’dan ir-​rakkont.—9/15, paġna 16.

X’nitgħallmu mill-​ħniena taʼ Ġeħova? (Efes. 4:32–5:1)

Il-​ħniena taʼ Ġeħova tiġbidna lejh u tqanqalna nimitawh. Nagħmlu tajjeb li nsaqsu lilna nfusna, ‘Ladarba Ġeħova jaħfirli b’tant ġenerożità, kif nistaʼ ma naħfirx lil bniedem imperfett bħali li nidem ġenwinament talli dineb kontrija?’—10/1, paġna 11.

X’inhu evidenti mill-​fatt li l-​Bibbja ssemmi spiss il-​kuluri?

L-​użu tal-​kuluri fil-​Bibbja juri li Alla jifhem li l-​bniedem jirreaġixxi emozzjonalment għall-​kuluri u li dawn jistgħu jgħinuna niftakru l-​affarijiet.—10/1, paġni 14-​15.

Il-​profezija taʼ Mikea 5:5 dwar id-​duki u ragħajja, kif qed titwettaq illum?

Aħna nifhmu li ‘s-​sebaʼ rgħajja u t-​tmien duki’ msemmijin f’​Mikea 5:5 jirreferu għall-​anzjani maħturin fil-​kongregazzjoni, li qed iqawwu qalb il-​poplu t’Alla għall-​attakk futur li ġie mbassar u li ġej fuqhom.—11/15, paġna 20.

X’inhuma xi raġunijiet għala għandna bżonn ’l Alla?

Għandna bżonn direzzjoni tajba u soluzzjonijiet għall-​problemi tal-​ħajja, u dawn jiġu offruti minn Alla. Hu jagħtina iktar għajnuna biex ngħixu aħjar u nkunu ferħanin, u hu se jwettaq il-​wegħdi li hemm fil-​Kelma tiegħu biex jagħmel dan possibbli.—12/1, paġni 4-​6.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja