LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w14 2/15 pp. 3-7
  • Ilqgħu lil Kristu, is-Sultan glorjuż!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ilqgħu lil Kristu, is-Sultan glorjuż!
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • “QALBI TQANQLET B’ĦAĠA TAJBA”
  • ‘IL-​ĠMIEL JITFERRAʼ FUQ XOFFTEJN IS-​SULTAN’
  • IS-​SULTAN JINTGĦAMEL AKBAR MINN ‘SĦABU’
  • IS-​SULTAN ‘IĦAŻŻEM SEJFU’
  • IS-​SULTAN JIRKEB “GĦALL-​KAWŻA TAL-​VERITÀ”
  • IS-​SULTAN IWETTAQ “AFFARIJIET LI JQANQLU L-​BIŻAʼ”
  • IS-​SULTAN ITEMM IR-​REBĦA TIEGĦU
  • Il-Mexxej Attiv Tagħna Llum
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Isolvi l-Kwistjoni Universali Għal Dejjem
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Saltna “li M’Hijiex Se Tinġieb f’Rovina”
    Magħqudin fil-Qima Taʼ L-Uniku Alla Veru
  • Saltna “li Ma Tinqered Qatt”
    Qim lill-Uniku Alla Veru
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
w14 2/15 pp. 3-7
Ġesù Kristu bħala Sultan-​Gwerrier mal-​armati tiegħu tas-​sema

Ilqgħu lil Kristu, is-​Sultan glorjuż!

“Fil-​glorja tiegħek mur u rnexxi.”—SALM 45:4.

PUNTI IMPORTANTI X’TIFTAKAR

  • Ġeħova b’liema modi dilek lil Ġesù ‘iktar minn sħabu’?

  • Ġesù meta ħażżem sejfu, kif użah, u meta se jerġaʼ jużah?

  • X’inhi l-​akbar verità li jiddefendi s-​Sultan-​Gwerrier Ġesù Kristu?

1, 2. Salm 45 għala jinteressana?

SULTAN glorjuż jirkeb fuq żiemel ħalli jmur jiddefendi l-​verità u s-​sewwa u jmur jeqred lill-​għedewwa tiegħu. Wara r-​rebħa finali tiegħu, hu jiżżewweġ għarusa sabiħa. Is-​sultan jiġi mfakkar u mfaħħar għall-​eternità. Din hi t-​tema bażika taʼ Salm 45.

2 Iżda, Salm 45 hu ħafna iktar minn storja eċċitanti bi tmiem sabiħ. Il-​ġrajjiet li jsemmi huma importanti għalina għax jeffettwaw ħajjitna issa stess, kif ukoll il-​futur tagħna. Għalhekk, b’attenzjoni sħiħa ejja neżaminaw bir-​reqqa dan is-​salm.

“QALBI TQANQLET B’ĦAĠA TAJBA”

3, 4. (a) X’inhi l-​“ħaġa tajba” li tikkonċernana, u kif tistaʼ teffettwa lil qalbna? (b) Xogħolna b’liema mod hu “dwar sultan,” u lsienna kif isir bħal pinna?

3 Aqra Salm 45:1. Il-​“ħaġa tajba” li tmiss qalb is-​salmista u li ‘tqanqalha’ hi aħbar dwar sultan. Il-​verb Ebrajk tradott “tqanqlet” oriġinalment kien ifisser li “titbaqbaq,” jew “tagħli.” Is-​salmista tant kien eċċitat b’din l-​aħbar li kien bħallikieku qalbu kienet qed “tagħli,” jew tfur b’entużjażmu, u lsienu sar “bħall-​pinna taʼ kopista tas-​sengħa.”

4 Xi ngħidu għalina? L-​aħbar tajba dwar is-​Saltna Messjanika hi xi ħaġa tajba li tmissilna qalbna. Il-​messaġġ tas-​Saltna sar speċjalment ‘tajjeb’ fl-​1914. Minn dak iż-​żmien ’l hawn, il-​messaġġ ma baqax jikkonċerna Saltna li għad trid tiġi, imma kien dwar gvern reali li issa qed jaħkem fis-​smewwiet. Din hi “l-​aħbar tajba tas-​saltna” li nippritkaw “fl-​art abitata kollha bħala xiehda lill-​ġnus kollha.” (Mt. 24:14) ‘Titqanqal’ qalbna bil-​messaġġ tas-​Saltna? Nippritkaw aħna l-​aħbar tajba tas-​Saltna b’żelu? Bħas-​salmista, ‘xogħlijietna huma dwar sultan’—is-​Sultan tagħna Ġesù Kristu. Aħna nippritkaw l-​aħbar li Ġesù issa hu l-​Ħakkiem tas-​Saltna Messjanika fis-​sema. Iktar minn hekk, nistiednu lil kulħadd, anke lill-​ħakkiema taʼ din id-​dinja, biex jissottometti ruħu lejn din is-​Saltna. (Salm 2:1, 2, 4-​12) U lsienna jsir “bħall-​pinna taʼ kopista tas-​sengħa” meta nużaw il-​Bibbja fix-​xogħol tal-​ippritkar.

B’ferħ inxandru l-​aħbar tajba dwar is-​Sultan tagħna Ġesù Kristu

‘IL-​ĠMIEL JITFERRAʼ FUQ XOFFTEJN IS-​SULTAN’

5. (a) Ġesù b’liema modi kien ‘sabiħ’? (b) B’liema mod ‘tferraʼ l-​ġmiel fuq xofftejn is-​Sultan,’ u kif nistgħu nħabirku biex nimitaw l-​eżempju tiegħu?

5 Aqra Salm 45:2. L-​Iskrittura ftit li xejn tgħidilna dwar id-​dehra fiżika taʼ Ġesù. Bħala raġel perfett, żgur li kien ‘sabiħ.’ Madanakollu, dak li tassew għamlu sabiħ kien il-​lealtà li kellu lejn Ġeħova u l-​integrità soda tiegħu. Barra minn hekk, Ġesù pprietka l-​messaġġ tas-​Saltna “bil-​kliem ħelu,” jew bil-​ġmiel. (Lq. 4:22; Ġw. 7:46) Inħabirku personalment aħna biex nimitaw l-​eżempju tiegħu fix-​xogħol tal-​ippritkar u nipprovaw nużaw kliem li se jilħaq qalb in-​nies?—Kol. 4:6.

6. Alla kif bierek lil Ġesù “għal dejjem”?

6 Minħabba l-​lealtà taʼ Ġesù u l-​imħabba profonda għal Missieru, Ġeħova bierku matul il-​ministeru tiegħu fuq l-​art u ppremjah wara li miet bħala sagrifiċċju. L-​appostlu Pawlu kiteb: “Meta [Ġesù] sab ruħu f’għamla taʼ bniedem, umilja ruħu u sar ubbidjenti sal-​mewt, iva, sal-​mewt fuq zokk tat-​tortura. Kien ukoll għalhekk li Alla eżaltah għal pożizzjoni superjuri u b’qalb tajba tah l-​isem li hu fuq kull isem ieħor, sabiex f’isem Ġesù tintlewa kull irkoppa fis-​sema, fuq l-​art, u taħt l-​art, u kull ilsien jistqarr quddiem kulħadd li Ġesù Kristu hu Mulej għall-​glorja t’Alla l-​Missier.” (Flp. 2:8-​11) Ġeħova bierek lil Ġesù “għal dejjem” billi rxoxtah għal ħajja immortali.—Rum. 6:9.

IS-​SULTAN JINTGĦAMEL AKBAR MINN ‘SĦABU’

7. Alla b’liema modi dilek lil Ġesù ‘iktar minn sħabu’?

7 Aqra Salm 45:6, 7. Peress li Ġesù jħobb ħafna l-​ġustizzja u jobgħod kull ħaġa li tistaʼ tiddiżonora lil Missieru, Ġeħova dilku bħala Sultan tas-​Saltna Messjanika. Ġesù ġie midluk “biż-​żejt tal-​ferħ” iktar minn ‘sħabu,’ jiġifieri, is-​slaten taʼ Ġuda mil-​linja taʼ David. F’liema sens? L-​ewwel nett, Ġesù ġie midluk minn Ġeħova nnifsu. Barra minn hekk, Ġeħova dilku kemm bħala Sultan u kemm bħala Qassis il-​Kbir. (Salm 2:2; Ebr. 5:5, 6) Ukoll, Ġesù ma ġiex midluk biż-​żejt letterali imma bl-​ispirtu qaddis, u se jaħkem mis-​smewwiet mhux minn fuq l-​art.

8. Għala nistgħu nkunu ċerti li l-​ħakma taʼ Ġesù hi ġusta, u għala jistaʼ jintqal li ‘Alla hu t-​tron taʼ Ġesù’?

8 Ġeħova ħatar lil Ibnu bħala s-​Sultan Messjaniku fis-​smewwiet fl-​1914. ‘Ix-​xettru taʼ saltnatu hu xettru rett,’ u għalhekk nistgħu nkunu ċerti li l-​ħakma tiegħu dejjem se tkun imparzjali u ġusta. Għandu d-​dritt ikun Sultan għax ‘Alla hu t-​tron tiegħu,’ jiġifieri, Ġeħova ħatru bħala Sultan. Iżjed minn hekk, it-​tron taʼ Ġesù se jibqaʼ “għal żmien indefinit, iva, għal dejjem.” Ma tħossokx kburi int li taqdi lil Ġeħova taħt dan is-​Sultan setgħan maħtur minn Alla?

IS-​SULTAN ‘IĦAŻŻEM SEJFU’

9, 10. (a) Ġesù meta ħażżem sejfu, u kif użah mill-​ewwel? (b) Kristu kif għad irid juża sejfu?

9 Aqra Salm 45:3. Ġeħova jikkmanda lis-​Sultan biex ‘iħażżem sejfu fuq ġenbu.’ B’hekk, jagħti lil Ġesù l-​awtorità li jmur jiggwerra kontra kull min jopponi s-​sovranità t’Alla u biex iġib il-​ġudizzji Tiegħu fuqhom. (Salm 110:2) Kristu jiġi msejjaħ “O setgħan” għax hu Sultan-​Gwerrier li ħadd ma jistaʼ jirbaħlu. Hu ħażżem sejfu fl-​1914 meta rebaħ lil Satana u lid-​demonji tiegħu u waddabhom mis-​sema lejn l-​art.—Riv. 12:7-​9.

10 Dan kien biss il-​bidu tar-​rebħa tas-​Sultan-​Gwerrier. Għad irid “itemm ir-​rebħa tiegħu.” (Riv. 6:2) Ġeħova ddeċieda li kull parti tad-​dinja taʼ Satana trid tinqered u l-​influwenza taʼ Satana u d-​demonji tiegħu trid titneħħa min-​nofs. L-​ewwel ħaġa li se tinqered hi Babilonja l-​Kbira, l-​imperu dinji taʼ reliġjon falza. Ġeħova se juża l-​ħakkiema politiċi biex jeqred lil din il-​“prostituta” mill-​agħar. (Riv. 17:16, 17) Imbagħad Ġesù se jeqred għalkollox lil kull gvern fid-​dinja taʼ Satana. Kristu, li jissejjaħ ukoll “l-​anġlu taʼ l-​abbiss,” imbagħad se jtemm ir-​rebħa tiegħu billi jixħet lil Satana u d-​demonji tiegħu fl-​abbiss. (Riv. 9:1, 11; 20:1-​3) Ejja naraw kif Salm 45 bassar dawn il-​ġrajjiet eċċitanti.

IS-​SULTAN JIRKEB “GĦALL-​KAWŻA TAL-​VERITÀ”

11. Kristu kif jirkeb “għall-​kawża tal-​verità”?

11 Aqra Salm 45:4. Is-​Sultan-​Gwerrier ma jmurx jiggwerra biex jirbaħ artijiet u biex ijassar lin-​nies. Imur jiġġieled gwerra ġusta b’miri nobbli. Hu jirkeb “għall-​kawża tal-​verità, l-​umiltà, u s-​sewwa.” L-​akbar verità li għandu jiddefendi hi dik dwar is-​sovranità universali taʼ Ġeħova. Satana sfida d-​dritt li Ġeħova jaħkem meta rribella kontrih. Minn dak iż-​żmien ’l hawn, kemm id-​demonji u kemm il-​bnedmin qajmu d-​dubji dwar din il-​verità fundamentali. Issa wasal il-​waqt biex is-​Sultan maħtur minn Ġeħova jmur jiggwerra u jagħti prova li Ġeħova biss għandu d-​dritt jaħkem.

12. Is-​Sultan b’liema mod jirkeb ‘għall-​kawża tal-​umiltà’?

12 Is-​Sultan jirkeb ukoll ‘għall-​kawża tal-​umiltà.’ Ġesù minn dejjem ħalla eżempju mill-​aħjar fl-​umiltà u fis-​sottomissjoni b’lealtà għas-​sovranità taʼ Missieru. (Is. 50:4, 5; Ġw. 5:19) Is-​sudditi leali kollha tas-​Sultan iridu jsegwu l-​eżempju tiegħu u b’umiltà jissottomettu ruħhom għas-​sovranità taʼ Ġeħova f’kollox. Dawk biss li jagħmlu dan se jitħallew jgħixu fid-​dinja l-​ġdida mwiegħda minn Alla.—Żak. 14:16, 17.

13. Kristu kif jirkeb ‘għall-​kawża tas-​sewwa’?

13 Kristu jirkeb ukoll ‘għall-​kawża tas-​sewwa,’ jew tal-​ġustizzja. Il-​ġustizzja li jiddefendi s-​Sultan hi “l-​ġustizzja t’Alla”—il-​livelli taʼ Ġeħova dwar x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin. (Rum. 3:21; Dt. 32:4) Isaija pprofetizza hekk dwar is-​Sultan Ġesù Kristu: “Sultan se jsaltan għas-​sewwa.” (Is. 32:1) Is-​Saltna taʼ Ġesù se ġġib magħha s-​“smewwiet ġodda u art ġdida” mwegħdin, “u f’dawn tgħammar il-​ġustizzja.” (2 Pt. 3:13) Kull min jgħix f’din id-​dinja ġdida se jkollu jgħix fi qbil mal-​livelli taʼ Ġeħova.—Is. 11:1-​5.

IS-​SULTAN IWETTAQ “AFFARIJIET LI JQANQLU L-​BIŻAʼ”

14. L-​id il-​leminija taʼ Kristu kif se twettaq “affarijiet li jqanqlu l-​biżaʼ”? (Ara l-​ewwel stampa.)

14 Is-​salmista jgħid li s-​Sultan isuq iż-​żiemel b’sejf imħażżem fuq ġenbu. (Salm 45:3) Imbagħad jieħu s-​sejf f’idu l-​leminija u jibda jużah. Is-​salmista jipprofetizza: “Idek il-​leminija [twettaq] affarijiet li jqanqlu l-​biżaʼ.” (Salm 45:4) Meta Ġesù jmur biex jeqred id-​dinja taʼ Satana f’Armageddon, se jwettaq “affarijiet li jqanqlu l-​biżaʼ” kontra l-​għedewwa tiegħu. Ma nafux eżatt x’se juża biex jeqred is-​sistema taʼ Satana. Imma nafu li dak li juża Ġesù se jwerwer lill-​abitanti tal-​art li ma jkunux taw kas it-​twissija divina biex jissottomettu ruħhom għall-​ħakma tas-​Sultan. (Aqra Salm 2:11, 12.) Fil-​profezija tiegħu dwar żmien it-​tmiem, Ġesù qal li n-​nies kien se “jħosshom ħażin bil-​biżaʼ u bl-​istennija taʼ dak li jkun ġej fuq l-​art abitata; għax il-​qawwiet tas-​smewwiet jitheżżu.” Żied jgħid: “U mbagħad jaraw lil Bin il-​bniedem ġej fi sħaba b’qawwa u glorja kbira.”—Lq. 21:26, 27.

15, 16. “L-​armati” li jmorru wara Kristu fil-​battalja lil min jinkludu?

15 Il-​ktieb tar-​Rivelazzjoni jħabbar il-​fatt li s-​Sultan se jiġi “b’qawwa u glorja kbira” biex jeqred l-​għedewwa t’Alla. Hemm jgħid: “Rajt is-​sema jinfetaħ, u, ara, żiemel abjad. U dak li kien riekeb fuqu kien jismu Leali u Veru, u kien jiġġudika u jiggwerra bil-​ġustizzja. Ukoll, l-​armati li kienu fis-​sema marru warajh fuq żwiemel bojod, u kienu lebsin għażel fin, abjad, u nadif. U minn fommu kienet ħierġa xabla twila li taqtaʼ, biex [biha] jidrob lill-​ġnus, u jirgħahom b’xettru tal-​ħadid. Għasar ukoll il-​magħsar taʼ l-​inbid tar-​rabja tal-​korla t’Alla li Jistaʼ Kollox.”—Riv. 19:11, 14, 15.

16 “L-​armati” tas-​sema li jmorru wara Kristu fil-​battalja lil min jinkludu? Meta l-​ewwel ħażżem sejfu biex ikeċċi lil Satana u lid-​demonji tiegħu mis-​sema, maʼ Ġesù kien hemm “l-​anġli tiegħu.” (Riv. 12:7-​9) Għalhekk, jagħmel sens li nikkonkludu li fil-​gwerra t’Armageddon, l-​armati taʼ Kristu se jinkludu l-​anġli qaddisin. L-​armati tiegħu se jinkludu lil nies oħra? Ġesù għamel din il-​wegħda lil ħutu l-​midlukin: “Lil min jirbaħ u josserva l-​għemejjel tiegħi sat-​tmiem nagħtih l-​awtorità fuq il-​ġnus, u jirgħa lin-​nies b’xettru tal-​ħadid sabiex jitkissru biċċiet bħal reċipjenti tal-​fuħħar, bħalma jien irċivejt l-​awtorità mingħand Missieri.” (Riv. 2:26, 27) Allura l-​armati taʼ Kristu se jinkludu wkoll lil ħutu l-​midlukin li sa dakinhar ikunu rċivew il-​premju tagħhom fis-​sema. Dawn il-​ħakkiema sħabu midlukin se jkunu maġenbu meta jwettaq “affarijiet li jqanqlu l-​biżaʼ” biex jeqred lill-​ġnus.

IS-​SULTAN ITEMM IR-​REBĦA TIEGĦU

17. (a) X’jirrappreżenta ż-​żiemel abjad li jirkeb fuqu Kristu? (b) Is-​sejf u l-​qaws x’jirrappreżentaw?

17 Aqra Salm 45:5. Is-​Sultan hu riekeb żiemel abjad li jirrappreżenta gwerra li hi nadifa u ġusta f’għajnejn Ġeħova. (Riv. 6:2; 19:11) Minbarra sejf, hu armat ukoll b’qaws. Naqraw: “Rajt, u, ara, żiemel abjad; u dak li kien riekeb fuqu kellu qaws; u ngħatatlu kuruna, u ħareġ jirbaħ u jtemm ir-​rebħa tiegħu.” Kemm is-​sejf u kemm il-​qaws jirrappreżentaw il-​mezzi li se juża Kristu biex jeqred l-​għedewwa tiegħu.

Anġlu wieqaf fix-​xemx u għasafar itiru f’nofs is-​sema

Se jissejħu l-​għasafar ħalli jnaddfu l-​art (Ara paragrafu 18)

18. X’se jiġri meta Kristu juża “l-​vleġeġ” tiegħu?

18 B’lingwaġġ poetiku, is-​salmista jipprofetizza li ‘l-​vleġeġ tas-​sultan huma misnunin u jidħlu f’qalb l-​għedewwa tiegħu’ u ‘jġiegħlu l-​popli jaqgħu taħtu.’ Il-​qerda se tkun mad-​dinja kollha. Il-​profezija taʼ Ġeremija tbassar: “Dawk maqtulin minn Ġeħova se jkunu minn tarf sat-​tarf l-​ieħor taʼ l-​art.” (Ġer. 25:33) Profezija oħra dwar l-​istess ġrajja tgħid: “Rajt ukoll anġlu wieqaf fix-​xemx, u għajjat b’leħen għoli u qal lill-​għasafar kollha li jtiru f’nofs is-​sema: ‘Ejjew ’l hawn, inġabru għall-​ikla l-​kbira taʼ fil-​għaxija t’Alla, biex tieklu l-​laħam tas-​slaten u l-​laħam tal-​kmandanti militari u l-​laħam tan-​nies b’saħħithom u l-​laħam taż-​żwiemel u tar-​rikkieba tagħhom, u l-​laħam taʼ kulħadd, tal-​ħielsa u taʼ l-​ilsiera, taż-​żgħar u tal-​kbar.’”—Riv. 19:17, 18.

19. Kristu kif se ‘jmur u jirnexxi’ u jtemm ir-​rebħa tiegħu?

19 Wara li jeqred is-​sistema mill-​agħar taʼ Satana hawn fuq l-​art, Kristu ‘fil-​glorja tiegħu’ se ‘jmur u jirnexxi.’ (Salm 45:4) Se jtemm ir-​rebħa tiegħu billi jixħet lil Satana u lid-​demonji tiegħu fl-​abbiss għall-​elf sena kollha li matulhom se jaħkem Ġesù. (Riv. 20:2, 3) Meta x-​Xitan u d-​demonji tiegħu jkunu maqfulin fl-​abbiss, se jkunu qishom mejtin għax mhux se jkunu jistgħu jagħmlulna ħsara. In-​nies kollha fuq l-​art se jkunu jistgħu jgawdu l-​ħakma tas-​Sultan mingħajr l-​influwenza mill-​agħar taʼ Satana u d-​demonji tiegħu. Però, qabel ma naraw l-​art bil-​mod il-​mod issir ġenna globali, se jkollna raġuni oħra biex nifirħu mas-​Sultan tagħna u mal-​imseħbin tiegħu fis-​sema. Din il-​ġrajja hienja setiġi kunsidrata fl-​artiklu li jmiss.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja