LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w14 3/1 pp. 10-11
  • Taħlit taʼ Twemmin Differenti—Japprovah Alla?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Taħlit taʼ Twemmin Differenti—Japprovah Alla?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​UNITÀ—B’KOMPROMESS?
  • BIŻŻEJJED L-​INKURAĠĠIMENT GĦAT-​TAJJEB?
  • KIF IL-​BIBBJA TQIS IT-​TAĦLIT TAʼ TWEMMIN DIFFERENTI
  • MNEJN TIĠI L-​UNITÀ VERA
  • Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jitħalltu maʼ reliġjonijiet oħra fil-​qima tagħhom?
    Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • L-​Unità Reliġjuża fiż-​Żwieġ​—Għala Hi Importanti
    Stenbaħ!—1999
  • Il-Qima Vera Tintgħaraf mill-Unità
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
w14 3/1 pp. 10-11
Laqgħa tat-​taħlit taʼ twemmin b’diversi mexxejja reliġjużi, fosthom il-​papa

Taħlit taʼ Twemmin Differenti—Japprovah Alla?

“Ir-​reliġjon tgħaqqadna jew tifridna?” Din il-​mistoqsija tpoġġiet lill-​qarrejja taʼ The Sydney Morning Herald. Minn dawk li wieġbu, il-​biċċa l-​kbira—xi 89 fil-​mija—ħassew li r-​reliġjon tifridna.

PERÒ, dawk li huma favur it-​taħlit tat-​twemmin għandhom ħarsa differenti mhux ħażin. “Urini reliġjon li ma jimpurtahiex mill-​mogħdrija . . . , li ma jimpurtahiex mill-​ħarsien tal-​ambjent . . . , li ma jimpurtahiex mill-​ospitalità,” qal Eboo Patel, li waqqaf l-​Interfaith Youth Core.

Tabilħaqq, il-​Buddisti, il-​Kattoliċi, il-​Protestanti, il-​Ħindu, il-​Misilmin, u ħafna oħrajn, kultant jingħaqdu flimkien sabiex jiġġieldu kontra l-​faqar, jiddefendu d-​drittijiet tal-​bniedem, jaħdmu biex jiġu pprojbiti l-​isplużivi li jinħbew taħt l-​art, jew jiġbdu l-​attenzjoni lejn kwistjonijiet ambjentali. Gruppi taʼ nies taʼ twemmin differenti pparteċipaw fi sforzi biex jintlaħaq qbil bejniethom u jinkuraġġixxu ’l xulxin. Huma jiċċelebraw id-​differenzi taʼ bejniethom permezz taʼ ċerimonji li fihom tinxtegħel ix-​xemaʼ, festi, mużika, talb, u nibqgħu sejrin.

Hu taħlit reliġjuż bħal dan mod kif jiġi solvut il-​frid fost twemmin differenti? Juża Alla t-​taħlit taʼ twemmin differenti biex iġib dinja aħjar?

L-​UNITÀ—B’KOMPROMESS?

Waħda mill-​ikbar organizzazzjonijiet tat-​taħlit taʼ twemmin differenti tiftaħar li għandha membri li jirrappreżentaw lil iktar minn 200 reliġjon u li hi attiva f’76 pajjiż. Hi ddikjarat li l-​iskop tagħha hu “li tippromwovi kooperazzjoni dejjiema u taʼ kuljum fit-​taħlit tat-​twemmin.” Però, dan wera li kien eħfef li tgħidu milli tagħmlu. Pereżempju, skont l-​organizzaturi, fl-​istatut tagħhom kellhom joqogħdu attenti kif jitpoġġa l-​kliem sabiex ma joffendux il-​ħafna reliġjonijiet li ffirmaw id-​dokument. Għala? Raġuni waħda kienet li kien hemm nuqqas taʼ qbil dwar jekk kellux jissemma Alla fl-​istatut. Għaldaqstant, ġiet evitata kwalunkwe referenza għal jew li jissemma Alla.

Jekk ma ddaħħalx lil Alla, xi rwol għandu t-​twemmin? Iktar minn hekk, moviment taʼ taħlit taʼ twemmin bħal dan kif inhu differenti minn kwalunkwe organizzazzjoni karitattiva jew filantropika? Mhux taʼ b’xejn, mela, li l-​għaqda tat-​taħlit tat-​twemmin li semmejna ma tiddeskrivix lilha nfisha bħala entità reliġjuża, imma bħala organizzazzjoni li tippromwovi l-​kooperazzjoni.

BIŻŻEJJED L-​INKURAĠĠIMENT GĦAT-​TAJJEB?

“It-​tradizzjonijiet tal-​reliġjonijiet ewlenin kollha għandhom bażikament l-​istess messaġġ: jiġifieri l-​imħabba, il-​mogħdrija, u l-​maħfra,” jgħid id-​Dalai Lama, proponent magħruf tat-​taħlit tat-​twemmin. Hu jżid: “L-​importanti hu li dawn [il-​kwalitajiet] għandhom ikunu parti mill-​ħajja taʼ kuljum.”

Veru, ma tistax tisħaq biżżejjed dwar il-​valur taʼ virtujiet bħalma huma l-​imħabba, il-​mogħdrija, u l-​maħfra. F’dik li tissejjaħ ir-​Regola tad-​Deheb, Ġesù qal: “Għalhekk, kulma tridu li l-​bnedmin jagħmlulkom, intom tridu tagħmluh lilhom ukoll.” (Mattew 7:12) Imma twemmin veru jinvolvi sempliċement inkuraġġiment biex tagħmel dak li hu tajjeb?

L-​appostlu Pawlu, dwar ħafna li sostnew li kienu qed jaqdu lil Alla fi żmienu, qal: “Nixhdilhom li għandhom żelu għal Alla, imma mhux skond l-​għarfien eżatt.” X’kienet il-​problema? “Minħabba li ma kinux jafu l-​ġustizzja t’Alla,” qal Pawlu, huma “pprovaw jistabbilixxu l-​ġustizzja tagħhom stess.” (Rumani 10:2, 3) Minħabba li ma kellhomx għarfien dwar dak li Alla riedhom jagħmlu, iż-​żelu u t-​twemmin tagħhom kienu fiergħa.—Mattew 7:21-​23.

KIF IL-​BIBBJA TQIS IT-​TAĦLIT TAʼ TWEMMIN DIFFERENTI

Ġesù qal: “Henjin dawk li jġibu l-​paċi.” (Mattew 5:9) Ġesù poġġa fil-​prattika dak li għallem billi inkuraġġixxa lin-​nies ma jkunux vjolenti u billi ta messaġġ taʼ paċi lil nies taʼ diversi sfondi reliġjużi. (Mattew 26:52) Dawk li laqgħu kliemu saru parti minn għaqda taʼ mħabba li ma titkissirx. (Kolossin 3:14) Imma kien l-​objettiv taʼ Ġesù li jgħin lil nies minn sfondi differenti sabiex ikunu jistgħu jgħixu fil-​paċi? Ingħaqad hu m’oħrajn fil-​prattiki reliġjużi tagħhom?

Il-​mexxejja reliġjużi tas-​setet tal-​Fariżej u s-​Sadduċej opponew lil Ġesù bl-​aħrax—saħansitra pprovaw joqtluh. Hu kif irreaġixxa? Ġesù qal lid-​dixxipli tiegħu: “Ħalluhom. Dawk gwidi għomja.” (Mattew 15:14) Ġesù rrifjuta li jkollu assoċjazzjoni spiritwali maʼ individwi bħal dawn.

Xi żmien wara, ġiet ifformata kongregazzjoni Kristjana f’Korintu, il-​Greċja—belt magħrufa għal kultura varjata u multi-​reliġjuża. Il-​Kristjani hemmhekk kif kellhom jaġixxu f’dak l-​ambjent? L-​appostlu Pawlu kitbilhom: “Tintrabtux taħt madmad li mhux indaqs maʼ dawk li ma jemmnux.” Għala le? Pawlu rraġuna: “Xi qbil hemm bejn Kristu u Beljal? Jew x’sehem għandu min hu leali maʼ min ma jemminx?” Imbagħad ta dan il-​parir: “Għalhekk, oħorġu minn ġo nofshom, u nfirdu minn magħhom.”—2 Korintin 6:14, 15, 17.

Jidher ċar li l-​Bibbja titkellem kontra l-​prattika tat-​taħlit taʼ twemmin differenti. Imma għandu mnejn taħseb, ‘Allura, kif tistaʼ tintlaħaq l-​unità vera?’

MNEJN TIĠI L-​UNITÀ VERA

L-​Istazzjon Spazjali Internazzjonali—meravilja teknoloġika ddur mad-​dinja fl-​ispazju—hu frott ix-​xogħol tal-​isforzi magħqudin taʼ xi 15-​il pajjiż. Tistaʼ timmaġina dan il-​proġett jitwettaq jekk il-​pajjiżi parteċipanti ma qablux fuq liema bluprint kellu jintuża?

Bażikament din hi s-​sitwazzjoni tal-​movimenti tat-​taħlit tat-​twemmin illum. Għalkemm jiftaħru bil-​kooperazzjoni u r-​rispett, ma ftiehmu fuq ebda bluprint biex jinbena t-​twemmin. B’riżultat taʼ dan, kwistjonijiet morali u duttrinali għadhom diviżivi bħalma dejjem kienu.

Il-​Bibbja fiha l-​livelli t’Alla li huma bħal bluprint. Aħna nistgħu nibnu ħajjitna fuq dak li tgħid il-​Bibbja. Dawk li ħaddnuha għelbu preġudizzji razzjali u reliġjużi u tgħallmu jaħdmu flimkien fil-​paċi u l-​unità. Alla bassru dan meta qal: “Se nagħti lill-​popli l-​bidla għal lingwa pura, biex ilkoll isejħu isem Ġeħova, biex jaqduh spalla maʼ spalla.” L-​unità tirriżulta mil-​“lingwa pura,” il-​livell t’Alla għall-​qima.—Sofonija 3:9; Isaija 2:2-​4.

Bil-​qalb kollha, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jistidnuk iżżur Sala tas-​Saltna fl-​inħawi tiegħek biex tara għalik innifsek il-​paċi rimarkevoli u l-​unità li teżisti fosthom.—Salm 133:1.

Teżisti l-​verità?

Dawk li jappoġġaw it-​taħlit taʼ twemmin differenti spiss iħossu li ebda reliġjon ma tistaʼ tgħid li għandha l-​verità. Infatti, għandhom mnejn jgħidu li meta reliġjon tgħid li hi biss hi t-​tajba, dan iwassal għall-​ħafna mill-​problemi li naraw illum.

Għall-​kuntrarju t’opinjonijiet bħal dawn, Ġeħova hu deskritt bħala “l-​Alla tal-​verità,” u dwaru nnifsu qal: “Jien ma nbdiltx.” (Salm 31:5; Malakija 3:6) Dwar Alla, Ġesù qal: “Kelmtek hi l-​verità.” (Ġwanni 17:17) Dik il-​verità tinsab fl-​Iskrittura ispirata minn Alla, il-​Bibbja. Tistruwina u tarmana “għal kull għemil tajjeb.”—2 Timotju 3:16, 17.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja