LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w15 9/1 p. 3
  • Min huma x-Xhieda taʼ Ġeħova?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Min huma x-Xhieda taʼ Ġeħova?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Materjal Simili
  • Huma x-Xhieda taʼ Jehovah Kult?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • Ix-Xhieda taʼ Ġeħova Huma Kristjani Veri?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Ix-Xhieda taʼ Ġeħova Jisforzaw lil Uliedhom biex Jemmnu Bħalhom?
    Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
  • Il-Kristjani u s-Soċjetà Umana Llum
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
w15 9/1 p. 3
Mara tosserva lix-Xhieda taʼ Ġeħova jużaw trolley fil-ministeru pubbliku tagħhom

SUĠĠETT PRINĊIPALI

Min huma x-Xhieda taʼ Ġeħova?

“Kont ili naf lil Mike snin sħaħ. Hu wieħed mix-​Xhieda taʼ Ġeħova. Imma r-​reliġjon tiegħu dejjem ħawditni. Min hu Ġeħova? Ix-​Xhieda għala ma jiċċelebrawx il-​festi? Mike kien imdaħħal f’xi kult?”—Becky, Kalifornja, l-​Istati Uniti tal-​Amerika.

“Meta l-​ġirien tiegħi bdew jistudjaw il-​Bibbja max-​Xhieda taʼ Ġeħova, għedt bejni u bejn ruħi: ‘Dak l-​isem, Xhieda taʼ Ġeħova, xi jfisser? X’isem stramb għal reliġjon!’”—Zenon, Ontario, il-​Kanada.

“Jien u l-​mara ħsibna li x-​Xhieda taʼ Ġeħova ġew iżuruna biex jieħdu vantaġġ mis-​sentimenti taʼ ħtija li kellna minħabba li ma morniex il-​quddies. U ħsibna li jekk ir-​reliġjonijiet ewlenin ma kellhomx dak li konna qed infittxu aħna, setta stramba bħax-​Xhieda taʼ Ġeħova ma kienx se jkollha lanqas.”—Kent, Washington, l-​Istati Uniti tal-​Amerika.

“Onestament ma kontx naf min kienu u x’kienu jemmnu.”—Cecilie, Esbjerg, id-​Danimarka.

Aktarx rajthom jippritkaw minn dar għal dar jew f’xi post pubbliku, iqassmu letteratura bbażata fuq il-​Bibbja, u joffru studji tal-​Bibbja b’xejn. Għandu mnejn wieħed minnhom tak din ir-​rivista. Xorta waħda, forsi tistaqsi min huma verament ix-​Xhieda taʼ Ġeħova. Jistaʼ jkun li l-​ħsieb tiegħek hu bħal xi wieħed ikkwotat hawn fuq.

Jekk għandek mistoqsijiet bħal dawn jew tkun imħasseb, minn fejn tistaʼ ssib it-​tweġibiet? Kif tistaʼ titgħallem x’jemmnu verament ix-​Xhieda taʼ Ġeħova, ix-​xogħol u l-​postijiet taʼ qima tagħhom kif inhuma ffinanzjati, u għala jżuruk id-​dar u javviċinawk f’postijiet pubbliċi?

“Qrajt ħafna dwar ix-​Xhieda taʼ Ġeħova fuq l-​Internet,” tgħid Cecilie, li ġiet ikkwotata qabel. “Kont smajt xi għajdut u tajt widen għal ħafna diskors preġudikat. B’hekk, kelli ħarsa negattiva ħafna lejn ix-​Xhieda taʼ Ġeħova.” Madankollu, iżjed tard, tkellmet direttament max-​Xhieda taʼ Ġeħova u sabet tweġibiet sodisfaċenti għall-​mistoqsijiet tagħha.

Tixtieq li jkollok tweġibiet veri għall-​mistoqsijiet li għandek dwar ix-​Xhieda taʼ Ġeħova? Inħeġġuk tmur għand min għandu l-​aħjar fehma dwar is-​suġġett—ix-​Xhieda taʼ Ġeħova stess, li jippubblikaw din ir-​rivista. (Proverbji 14:15) Nittamaw li l-​artikli li ġejjin se jgħinuk tara min aħna u x’nemmnu kif ukoll se jgħinuk tifhem ix-​xogħol li nagħmlu.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja