LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp16 Nru. 3 p. 4
  • Huwa ħażin li titnikket?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Huwa ħażin li titnikket?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
  • Materjal Simili
  • Huwa Normali Li Tħossok Hekk?
    Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut
  • F’din il-ħarġa: Għajnuna għal dawk li tilfu lil xi ħadd għażiż
    Stenbaħ!—2018
  • Kif Nistaʼ Ngħix Bin-Niket Tiegħi?
    Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut
  • Ħażin li Titnikket Minħabba l-Mewt taʼ Xi Ħadd?
    Stenbaħ!—2001
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2016
wp16 Nru. 3 p. 4

SUĠĠETT PRINĊIPALI | META XI ĦADD MAĦBUB IMUT

Huwa ħażin li titnikket?

Ġieli għamilt xi jumejn marid fis-​sodda? Forsi tant għaddielek malajr li kważi nsejt li mradt. Imma, in-​niket mhux hekk. “Qatt ma tistaʼ ‘tirkupra’ min-​niket,” jgħid Dr. Alan Wolfelt fil-​ktieb tiegħu Healing a Spouse’s Grieving Heart. Madankollu, hu jżid: “Maż-​żmien u bl-​appoġġ taʼ oħrajn, in-​niket tiegħek se jtaffi.”

Bħala eżempju, ikkunsidra kif il-​patrijarka Abraham aġixxa meta mititlu l-​mara. Il-​Bibbja tgħid li “Abraham daħal inewwaħ għal Sara u jibkiha.” Din l-​espressjoni “daħal inewwaħ” tissuġġerixxi li ħa ż-​żmien biex ikampa mat-​telfa tiegħu.a Eżempju ieħor hu Ġakobb, li ġie mqarraq f’li jemmen li ibnu Ġużeppi ġie maqtul minn annimal salvaġġ. Hu tnikket għal “ħafna jiem,” u l-​membri tal-​familja tiegħu ma setgħux ifarrġuh. Xi snin wara, il-​mewt taʼ Ġużeppi xorta kienet għadha tberren sew f’moħħu.—Ġenesi 23:2; 37:34, 35; 42:36; 45:28.

Abraham jibki maġenb il-ġisem mejjet taʼ Sara

Abraham tnikket minħabba t-telfa tal-maħbuba tiegħu Sara

L-​istess hu minnu llum għal ħafna li jitnikktu minħabba l-​mewt taʼ xi ħadd qrib ħafna tagħhom. Ikkunsidra ż-​żewġ eżempji li ġejjin.

  • “Ir-​raġel tiegħi, Robert, miet fid-​9 taʼ Lulju 2008. Dakinhar filgħodu, meta ġara l-​inċident fatali, kien l-​istess bħal kull jum ieħor. Wara l-​kolazzjon, bħalma dejjem għamilna meta kien ikun se jitlaq għax-​xogħol, tajna bewsa u tgħanniqa lil xulxin, u għedna ‘nħobbok.’ Sitt snin wara, l-​uġigħ f’qalbi għadu jinħass. Ma naħsibx li qatt se nirkupra mit-​telfa taʼ Rob.”—Gail, li għandha 60 sena.

  • “Għalkemm ili iktar minn 18-​il sena mingħajr l-​għażiża marti, xorta nimmissjaha u nitnikket minħabba t-​telfa tagħha. Kull darba li ninġibed lejn xi ħaġa sabiħa tal-​ħolqien, ħsibijieti jmorru fuqha, u bla ma rrid nibda naħseb dwar kemm kieku kienet tieħu pjaċir tara dak li qed nara jien.”—Etienne, li għandu 84 sena.

Biċ-​ċar, sentimenti taʼ wġigħ u fit-​tul bħal dawn huma normali. Kull persuna titnikket bil-​mod tagħha, u ma jkunx għaqli li tiġġudika l-​mod kif persuna oħra taġixxi għal traġedja. Fl-​istess ħin, jistaʼ jkun ikollna bżonn nevitaw li nikkundannaw lilna nfusna jekk nirreaġixxu b’mod eċċessiv meta jmutilna xi ħadd. Kif nistgħu nkampaw man-​niket?

a Iben Abraham, Iżakk, ukoll esperjenza niket fit-​tul. Kif nistgħu naraw fl-​artiklu “Imita l-​fidi tagħhom” f’din il-​ħarġa, Iżakk kien għadu qed jitnikket minħabba t-​telfa t’ommu, Sara, tliet snin wara mewtha.—Ġenesi 24:67.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja