LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 10/96 p. 7
  • Kaxxa għall-Mistoqsija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kaxxa għall-Mistoqsija
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Materjal Simili
  • Ħarsa Progressiva Lejn Ix-xogħol Urġenti Ta’ Li Nagħmlu Dixxipli
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Kif Nagħmlu Dixxipli Bil-Ktieb Għarfien
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Kaxxa Għall-Mistoqsija
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Kif Tgħin lil Student tal-Bibbja Jagħmel Progress u Jitgħammed—It-Tieni Parti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1996
km 10/96 p. 7

Kaxxa għall-​Mistoqsija

◼ Kemm għandu jdum jiġi kondott studju tal-​Bibbja formali maʼ individwu fil-​ktieb Għarfien?

Jehovah qiegħed ibierek l-​organizzazzjoni tiegħu llum. Nistgħu naraw evidenza taʼ dan kull sena hekk kif eluf taʼ wħud ġodda jieħdu waqfa għall-​verità. Il-​ktieb Għarfien qiegħed juri li huwa għodda effettiva f’li jwettaq dan. Il-​ħarġa taʼ It-​Torri Taʼ L-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Frar, 1996 (w96 1/15) wera li dan il-​ktieb huwa maħsub biex jgħin lil student tal-​Bibbja jagħmel progress spiritwali aktarx malajr, forsi sal-​punt tal-​magħmudija fi żmien ftit xhur.

Għal din ir-​raġuni, l-​istess Torri Taʼ L-​Għassa, f’paġna 12, ta l-​parir: “Wara li individwu jkun spiċċa l-​istudju tiegħu tal-​Bibbja mill-​ktieb Għarfien u jkun ġie mgħammed, jistaʼ ma jkunx neċessarju li tikkonduċi studju formali miegħu fit-​tieni ktieb.”

Xi ngħidu għal dik il-​persuna li ma titgħammidx wara li jitlesta l-​ktieb Għarfien? Il-​Ministeru Tas-​Saltna taʼ Ġunju taʼ l-​1996, f’paġna 6, paragrafu 23, fakkritna dwar il-​punt li sar f’It-Torri Taʼ L-​Għassa dwar li ma nistudjawx kotba oħrajn maʼ l-​istess student wara li jitlesta l-​ktieb Għarfien. Ifisser dan li minn hemm ’il quddiem m’aħniex interessati f’li ngħinu lil student tal-​Bibbja? Le. Aħna rridu li n-​nies jirċievu għarfien bażiku tal-​verità. Madankollu, huwa mistenni li f’perijodu relattivament qasir taʼ żmien, għalliem effettiv ikun kapaċi jgħin lil student sinċier taʼ livell normali biex jikseb għarfien biżżejjed ħalli jagħmel deċiżjoni intelliġenti biex jaqdi lil Jehovah. Jistaʼ jkun li minħabba ċ-​ċirkostanzi persunali tagħhom, xi studenti tal-​Bibbja jkunu saħansitra jixtiequ jistudjaw iktar minn darba fil-​ġimgħa.

Nammettuha li xi studenti se jagħmlu progress iktar bil-​mod minn oħrajn. Imma jekk wara li jkun studja l-​ktieb Għarfien, li forsi jkun ħa iktar żmien milli normalment ikun il-​każ, il-​persuna ma jkunx iddeċieda li jixtieq jissieħeb mal-​kongregazzjoni, il-​pubblikatur jagħmel tajjeb jekk jiddiskuti s-​sitwazzjoni maʼ wieħed mill-​anzjani fil-​Kumitat tas-​Servizz tal-​Kongregazzjoni. Jekk hemm involuti xi ċirkostanzi skużabbli jew mhux tas-​soltu, xi għajnuna oħra tistaʼ tkun aċċettabbli. Dan huwa fi qbil mal-​prinċipju taʼ dak li jintqal f’paragrafi 11 u 12 f’paġna 12 tat-​Torri Taʼ L-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Frar, 1996 (w96 1/15 p. 17).

Apprezzament lejn li jieħu saħansitra għarfien bażiku tal-​verità għandu jqanqal lill-​istudent biex jattendi l-​laqgħat Kristjani. Dan jistaʼ jwassal lill-​istudent f’li juri ftit evidenza ċara tax-​xewqa tiegħu li jaqdi lil Jehovah. Jekk apprezzament spiritwali bħal dan m’huwiex evidenti wara li l-​istudju fil-​ktieb Għarfien ikun ġie kondott għal perijodu mtawwal, jistaʼ jkun aħjar li jitwaqqaf l-​istudju.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja