LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 3/97 p. 1
  • “Ibni Lin-Nies Taʼ Darek”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Ibni Lin-Nies Taʼ Darek”
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1997
  • Materjal Simili
  • Hemm Xi Sigriet għall-​Hena fil-​Familja?
    Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja
  • Naqsmu M’Oħrajn Is-Sigriet Taʼ L-Hena Fil-Familja
    Il-Ministeru tas-Saltna—1997
  • Sus Wara L-Paċi t’Alla fil-Ħajja tal-Familja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Ngħinu Lil Familji Biex Jassiguraw Futur Dejjiemi
    Il-Ministeru tas-Saltna—1997
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1997
km 3/97 p. 1

“Ibni Lin-​Nies Taʼ Darek”

1 Kulħadd jaf li, f’kull kultura madwar id-​dinja, il-​ħajja tal-​familja qiegħda titfarrak. Id-​dinja taʼ Satana tinsab mgħarrqa fil-​qerq u fl-​immoralità. (1 Ġwann 5:​19) Dan jenfasizzalna l-​urġenza li ‘nibnu lin-​nies taʼ darna’ u li ngħallmu lil oħrajn kif jistgħu huma jagħmlu l-​istess għal tagħhom.​—Prov. 24:​3, 27.

2 Il-​Prinċipji Tal-​Bibbja Huma Taʼ Protezzjoni: Is-​sigriet tal-​veru hena fil-​familja jinsab fl-​applikar tal-​prinċipji tal-​Bibbja. Dawn il-​veritajiet qawwijin huma taʼ ġid għal kull membru tad-​dar fl-​aspetti kollha tal-​ħajja. Dik il-​familja li tapplikahom se tkun hienja u se tgawdi l-​paċi li tiġi minn Alla.​—Qabbel Isaija 32:​17, 18.

3 Il-​prinċipji li jistgħu jgħinuna nibnu lin-​nies taʼ darna huma mniżżlin b’mod konċiż fil-​ktieb il-​ġdid, Is-​Sigriet Taʼ L-​Hena Fil-​Familja. Kull kapitlu jagħlaq b’kaxxa utli taʼ tagħlim li tenfasizza l-​prinċipji li l-​membri tal-​familja għandhom bżonn jiftakru. Il-​biċċa l-​kbira taʼ dawn il-​kaxxi jibdew bil-​mistoqsija, “Dawn il-​prinċipji tal-​Bibbja kif jistgħu jgħinu . . . ?” Din tiġbed l-​attenzjoni lejn il-​ħsibijiet t’Alla sabiex insiru naħsbu kif jaħsibha hu dwar is-​suġġett li jkun qiegħed jiġi diskuss.​—Isa. 48:17.

4 Sir midħla tal-​ktieb. Tgħallem sib il-​prinċipji li jistgħu jkunu t’għajnuna meta jqumu diversi problemi. Il-​ktieb jiddiskuti kwistjonijiet bħal dawn: wieħed x’għandu jfittex meta jikkunsidra lil xi sieħeb jew sieħba prospettiva fiż-​żwieġ (kapitlu 2), liema ċwievet vitali jiftħu l-​bieb għal hena dejjiemi fiż-​żwieġ (kapitlu 3), kif il-​ġenituri jistgħu jrabbu liż-​żgħażagħ tagħhom biex ikunu adulti responsabbli u li jibżgħu minn Alla (kapitlu 6), kif wieħed jipproteġi lill-​familja minn influwenzi distruttivi (kapitlu 8), prinċipji li jgħinu lil familji b’ġenitur wieħed jirnexxu (kapitlu 9), għajnuna spiritwali għal familji effettwati mill-​alkoħoliżmu u mill-​vjolenza (kapitlu 12), x’għandu jsir meta ż-​żwieġ ikun wasal fi stat kritiku (kapitlu 13), x’nistgħu nagħmlu biex nonoraw lil ġenituri anzjani (kapitlu 15), u kif wieħed jistaʼ jassigura futur dejjiemi għall-​familja tiegħu (kapitlu 16).

5 Agħmlu Użu Sħiħ Mill-​Ktieb Il-​Ġdid: Jekk għadkom m’għamiltux hekk, għala ma tistudjawx il-​ktieb L-​Hena Fil-​Familja flimkien bħala familja? Ukoll, kulmeta l-​familja tagħkom tiffaċċja xi problemi jew sfidi ġodda, irrevedu l-​kapitli fil-​ktieb li jittrattaw dwarhom, u ikkunsidraw bit-​talb kif tistgħu tapplikaw il-​parir. Flimkien maʼ dan, matul Marzu, kunu ġenerużi f’li twarrbu ħin għall-​ministeru taʼ l-​għalqa sabiex tkunu tistgħu tistinkaw biex tħallu l-​ktieb Is-​Sigriet Taʼ L-​Hena Fil-​Familja f’idejn kemm jistaʼ jkun nies.

6 Il-​familji li jipprattikaw id-​devozzjoni lejn Alla se jkunu msaħħin u magħqudin spiritwalment u se jkunu mħejjijin tajjeb biex ikampaw maʼ l-​attakki taʼ Satana. (1 Tim. 4:​7, 8; 1 Piet. 5:​8, 9) Kemm aħna grati li għandna tagħlim divin mingħand l-​Oriġinatur tal-​familja!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja