LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 1/98 p. 4
  • Tgħaxxaq F’li Tagħti Xiehda bir-Reqqa

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tgħaxxaq F’li Tagħti Xiehda bir-Reqqa
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Materjal Simili
  • Suġġerimenti taʼ Preżentazzjonijiet għas-Servizz taʼ l-Għalqa
    Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • L-Għarfien Mingħand Alla Jwieġeb Ħafna Mistoqsijiet
    Il-Ministeru tas-Saltna—1997
  • Suġġerimenti taʼ Preżentazzjonijiet għas-Servizz taʼ l-Għalqa
    Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Nippreżentaw L-Aħbar Tajba B’Sens T’Urġenza
    Il-Ministeru tas-Saltna—1997
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1998
km 1/98 p. 4

Tgħaxxaq F’li Tagħti Xiehda bir-​Reqqa

1 Ilkoll Kemm Aħna Nieħdu Gost Nagħmlu L-​affarijiet Li Aħna Tajbin fihom. Mark 7:37 Jgħid Li L-​folol Iddikjaraw Rigward Ġesù: “Kollox Għamel Tajjeb.” Mhux Taʼ B’xejn Li Ġesù Kien Jitgħaxxaq Jagħmel Ir-​rieda Taʼ Jehovah! (Qabbel Salm 40:9.) Billi Naħsbu Ftit Fuq Is-​suġġerimenti Li Ġejjin, Aħna Bl-​istess Mod Se Nsibu Ferħ Waqt Li Nobdu L-​kmand Taʼ Ġesù “Biex Nippridkaw Lin-​nies U Biex Nagħtu Xiehda Bir-​reqqa.” (Atti 10:42, NW) F’jannar Qegħdin Noffru Kwalunkwe Ktieb Taʼ 192 Paġna Ppubblikat Qabel L-​1985 Li L-​kongregazzjoni Jistaʼ Jkollha Maħżun Jew Il-​ktieb Tgħix Għal Dejjem. Kif Nistgħu Nużaw Dawn il-​pubblikazzjonijiet Biex Nagħtu Xiehda Bir-​reqqa?

2 Ladarba n-​nies ħafna drabi huma kkonċernati dwar kwistjonijiet taʼ saħħa, int tistaʼ tgħid dan li ġej:

◼ “Minkejja kisbiet sinjifikanti fil-​qasam tal-​mediċina, hawn ħafna tbatija minħabba l-​mard. Fl-​opinjoni tiegħek, għala taħseb li jiġri hekk? [Agħti ċans għal tweġiba.] Ġesù Kristu qal li l-​mard li jittieħed kellu jkun karatteristika taʼ l-​aħħar jiem. (Luqa 21:11) Madankollu l-​Bibbja tiddeskrivi wkoll żmien meta l-​mard mhux se jkun iktar. [Aqra Isaija 33:24.] Innota kif dan il-​ktieb jispira tama f’dak it-​tagħlim bażiku tal-​Bibbja.” Iġbed l-​attenzjoni lejn kummenti xierqa fil-​ktieb li qed tippreżenta, u offrih. Spjega li aħna naċċettaw donazzjoni żgħira għall-​ministeru tagħna taʼ madwar id-​dinja.

3 Meta tkun qed tagħti xiehda informali ħdejn inħawi mimlijin ħwienet, tistaʼ l-​ewwel issellem u mbagħad issaqsi:

◼ “Taħseb li llum il-​ġurnata l-​affarijiet tant qed jogħlew li huwa diffiċli li tlaħħaq mal-​ħajja? [Agħti ċans għal tweġiba.] Taħseb li għad xi darba jasal żmien meta se jkun hawn sigurtà ekonomika vera?” Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad uri kwotazzjoni Skritturali addattata mill-​ktieb li tkun qed toffri. Kompli billi tgħid: “Dan il-​ktieb juri kif, permezz tas-​Saltna tiegħu, Alla se jsolvi l-​problemi li jagħmlu l-​ħajja tal-​lum tant diffiċli.” Offri l-​ktieb, u jekk jiġi aċċettat, agħti l-​opportunità lill-​individwu biex jappoġġja x-​xogħol taʼ madwar id-​dinja billi jagħmel donazzjoni volontarja żgħira. Tistaʼ tgħidlu kemm ħadt pjaċir titkellem miegħu u mbagħad saqsih: “Hemm xi mod kif nistgħu nkomplu din il-​konversazzjoni darb’oħra?” B’dan il-​mod int forsi tistaʼ tikseb in-​numru tat-​telefon u l-​indirizz taʼ dak li jkun.

4 Jistaʼ jkollok opportunità li tipprova din il-​preżentazzjoni dwar il-​paċi dinjija, billi tuża l-​ktieb “Tgħix Għal Dejjem”:

◼ “Fl-​opinjoni tiegħek, għala huwa daqshekk diffiċli li tinkiseb paċi dinjija? [Agħti ċans għal tweġiba, imbagħad uri l-​istampa f’paġni 20-1.] Din hija stampa taʼ ġrajja Biblika deskritta fl-​Apokalissi. [Aqra Rivelazzjoni 12:​7-9, 12 direttament minn paragrafu 17. Imbagħad aqra dak li hemm miktub taħt l-​istampa.] In-​nuqqas taʼ paċi fid-​dinja huwa wieħed mill-​effetti tat-​tkeċċija tax-​Xitan ’l isfel lejn l-​art. Dan il-​ktieb iwieġeb ħafna mistoqsijiet importanti, u huwa l-​pjaċir tiegħi li nagħtihulek jekk int taqrah.”​—Biex issib modi effettivi oħrajn taʼ kif tippreżenta l-​ktieb Tgħix Għal Dejjem, ara l-​paġna taʼ wara tal-​ħarġiet taʼ l-​Our Kingdom Ministry taʼ Settembru 1995, Frar 1995, Settembru 1994, Settembru 1993, u Awissu 1992.

5 Meta tmur lura biex tara lil dawk li wrew interess, tistaʼ tipprova tibda studju tal-​Bibbja billi tgħid xi ħaġa hekk:

◼ “L-​aħħar darba li tkellimna, għamilt osservazzjoni interessanti ħafna. [Semmi kumment li għamel l-​individwu.] Qgħadt naħseb dwar dan, u nixtieq naqsam miegħek ir-​riżultati taʼ xi ftit riċerka li għamilt fuq dan is-​suġġett. [Urih skrittura addattata.] Aħna noffru li nikkonduċu kors taʼ studju b’xejn li għen lil miljuni taʼ nies janalizzaw it-​tagħlim bażiku tal-​Bibbja f’perijodu qasir taʼ żmien. Eżaminar bħal dan jistaʼ jibni l-​fiduċja tiegħek fit-​twettiq ċert tal-​wegħdi taʼ Alla.” Iġbed l-​attenzjoni lejn xi mistoqsijiet li se jitwieġbu. Jekk il-​persuna tirrifjuta l-​offerta taʼ studju tal-​Bibbja, spjega li għandna kors speċjali mqassar li jieħu biss 15-il minuta fil-​ġimgħa għal 16-il ġimgħa. Uri l-​brochure X’Jirrikjedi, mur fl-​ewwel lezzjoni, u staqsih jekk tistax tgħaddi l-​ewwel lezzjoni.

6 Tinsiex Tuża l-​Handbills: Dawn jistgħu jintużaw b’mod effettiv fl-​introduzzjoni tiegħek biex tqajjem l-​interess f’affarijiet spiritwali, jew jistgħu jiġu offruti jekk ma tiġi aċċettata l-​ebda letteratura. Fejn ikun hemm l-​interess, uża l-​messaġġ stampat fuq wara tal-​handbill sabiex tinkuraġġixxi lil dak li jkun jaċċetta studju tal-​Bibbja fid-​dar u jiġi għal-​laqgħat tagħna.

7 Uża s-​sengħa f’xogħlok, u se tkun ferħan fih. Oqgħod attent il-​ħin kollu biex tagħti xiehda bir-​reqqa, u sib għaxqa f’li twettaq tajjeb l-​aspetti kollha tal-​ministeru.​—1 Tim. 4:​16.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja