LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 8/98 p. 1
  • Żgħażagħ—Ħudu Vantaġġ mill-Iskola

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Żgħażagħ—Ħudu Vantaġġ mill-Iskola
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Materjal Simili
  • Lesti Intom għall-Iskola?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2009
  • Ħu L-Aħjar Li Tistaʼ Mill-Iskola
    Il-Ministeru tas-Saltna—1997
  • Iżżommx Lura
    Il-Ministeru tas-Saltna—2011
  • Xi Ngħidu Jekk Ma Naħmilhiex l-Iskola?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
Il-Ministeru tas-Saltna—1998
km 8/98 p. 1

Żgħażagħ—Ħudu Vantaġġ mill-​Iskola

1 Kif tħossok dwar li tmur lura lejn l-​iskola wara l-​vaganzi tas-​sajf? Ħerqan int biex tibbenefika minn sena skolastika oħra? Se tieħu vantaġġ mill-​opportunitajiet li tipprovdilek l-​iskola biex taqsam il-​verità maʼ sħabek tal-​klassi u maʼ l-​għalliema? Aħna fiduċjużi li int trid tagħmel l-​aħjar tiegħek fl-​iskola.

2 Kun Student Tajjeb: Jekk tkun ippreparat sew meta tattendi l-​iskola u toqgħod attent ħafna, dan se jkunlek taʼ ġid dejjiemi. Ħu ħsieb li tagħmel il-​ħowmwerk bir-​reqqa, imma tħallix ix-​xogħol taʼ l-​iskola jfixkillek l-​attivitajiet teokratiċi.​—Flp. 1:10.

3 Ibda s-​sena skolastika l-​ġdida billi taqra l-​browxer Jehovah’s Witnesses and Education. Imbagħad, int jew il-​ġenituri tiegħek għandkom tagħtu kopja lil kull wieħed mill-​għalliema tiegħek. Għarrafhom li dan se jweġbilhom kwalunkwe mistoqsija li jistaʼ jkollhom. Dan se jgħinhom jifhmu l-​prinċipji u t-​twemmin tiegħek aħjar u jikkooperaw miegħek hekk kif int tapplika dak li ġejt mgħallem. Se jiżgura wkoll lill-​għalliema tiegħek li int u l-​ġenituri tiegħek tixtiequ tikkooperaw magħhom hekk kif huma jgħinuk tikseb edukazzjoni li tiswa.

4 Kun Xhud Tajjeb: Għala ma tqisx l-​iskola bħala t-​territorju persunali tiegħek għal xiehda informali? Matul is-​sena skolastika li ġejja, se jkollok opportunitajiet uniċi biex tagħti xiehda. Int tippossiedi għarfien spiritwali taʼ l-​għaġeb li bih, meta taqsmu maʼ ħaddieħor, tistaʼ “issalva lilek innifsek u lil dawk li jisimgħuk.” (1 Tim. 4:16) Billi żżomm kondotta Kristjana eżemplari u billi tagħti xiehda kulmeta jkun xieraq li tagħmel hekk, se tibbenefika sew int u sew ħaddieħor.

5 Ħu żagħżugħ ta xiehda informali lill-​istudenti sħabu fl-​iskola. Fost dawk li wieġbu favorevolment kien hemm wieħed Kattoliku, wieħed ateu li kien jiddieħak b’dawk li jemmnu f’Alla, u żagħżugħ li kien ipejjep u jixrob ħafna. B’kollox, dan il-​ħu żagħżugħ għen lil 15 minn sħabu jaslu għad-​dedikazzjoni u l-​magħmudija!

6 Għalhekk żgħażagħ, agħtu ruħkom għat-​tagħlim u għal li taħdmu t-​territorju uniku tagħkom fejn tagħtu xiehda. Hekk se tgawdu l-​aqwa benefiċċju li tistgħu tiksbu meta tmorru l-​iskola.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja