Laqgħat tas-Servizz għal Awissu
Ġimgħa li Tibda 3 t’Awissu
10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-Ministeru tas-Saltna. Ikkummenta dwar ir-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal April kemm tal-pajjiż u kemm tal-kongregazzjoni lokali.
15 min: “Se Jkun Awissu Xahar Speċjali?” Mistoqsijiet u tweġibiet. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jieħu sehem fil-ministeru matul Awissu u f’kull xahar tas-sena l-ġdida taʼ servizz.
20 min: “Uża l-Browxers biex Jappellaw Kemm għall-Moħħ u Kemm għall-Qalb.” Diskussjoni maʼ l-udjenza. Irrevedi fil-qosor il-browxers li ġew ippubblikati matul is-snin biex jinformaw lin-nies dwar kwistjonijiet Skritturali importanti. (Ara l-Watch Tower Publications Index 1986-1995, paġni 652-3.) Iġbed l-attenzjoni lejn il-browxers kurrenti, u iddiskuti dwar min jistaʼ jkun interessat li jirċievi kull wieħed minnhom. Ħejji turija jew tnejn, waqt li ssemmi l-arranġament tad-donazzjoni meta l-inkwilin jistaqsi dwar il-prezz.
Għanja 191 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 10 t’Awissu
10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet. Semmi l-mira li l-pubblikaturi kollha jieħdu sehem fil-ministeru taʼ l-għalqa matul Awissu.
15 min: Bżonnijiet lokali.
20 min: “Żgħażagħ—Ħudu Vantaġġ mill-Iskola.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Inkludi kummenti xierqa mill-Awake! tat-8 t’April, 1992, paġni 17-19, u mill-Watchtower tal-15 taʼ Lulju, 1991, paġni 23-26.
Għanja 37 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 17 t’Awissu
10 min: Avviżi lokali. Itlob kummenti qosra dwar kif jinkisbu l-isem u l-indirizz taʼ individwu li tkun ingħatatlu xiehda fit-triq, f’xi ġnien jew xi mkien ieħor, sabiex jiġi segwit l-interess.
35 min: “Ħarsa Progressiva lejn ix-Xogħol Urġenti taʼ li Nagħmlu Dixxipli.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Aqra paragrafi 5, 10, u 11. Irrevedi kif ix-xogħol taʼ studju tal-Bibbja qed jipprogressa lokalment. Inkuraġġixxi lil kulmin qed jikkonduċi studji tal-Bibbja biex jaqra l-insert taʼ Il-Ministeru tas-Saltna taʼ Ġunju 1996 sabiex itejjeb is-sengħa tiegħu tat-tagħlim. Ikkunsidra paragrafi 5 u 25 taʼ dak l-insert.
Għanja 108 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 24 t’Awissu
12 min: Avviżi lokali. Ikkunsidra l-kaxxa intitolata “Quċċata Ġdida għal Awissu?” f’Il-Ministeru tas-Saltna taʼ Lulju 1998. Billi Awissu għad fadallu tmiem il-ġimgħa wieħed biss, inkuraġġixxi lil kulħadd biex jieħu sehem fil-ministeru qabel jispiċċa x-xahar. Irrevedi l-“Programm Ġdid għall-Jum t’Assemblea Speċjali.”
18 min: Kif Tippersevera fis-Servizz taʼ Pijunier. Taħdita bbażata fuq il-Watchtower tal-15 taʼ Settembru, 1993, paġni 28-31. Intervista pijunier li tgħallem ikampa maʼ problemi serji u għadu pijunier.
15 min: Uża Il-Ministeru tas-Saltna Tajjeb. Diskussjoni maʼ l-udjenza. Billi tuża eżempji reċenti, uri informazzjoni f’waqtha misjuba fil-paġni taʼ Il-Ministeru tas-Saltna u l-benefiċċji li jinkisbu minnha: (1) artikli li jimmotivawna biex nieħdu sehem fil-ministeru regolarment; (2) esperjenzi li jinkuraġġuna fis-servizz sagru tagħna; (3) suġġerimenti li jgħinuna nippreżentaw l-aħbar tajba b’mod effettiv; (4) avviżi dwar pubblikazzjonijiet ġodda disponibbli li huma taʼ benefiċċju fit-territorju lokali; (5) rapporti tas-servizz, li juru b’liema pass għaddejja l-attività tas-Saltna; (6) Aħbarijiet Teokratiċi, li jirrapportaw dwar il-progress tax-xogħol mad-dinja kollha; (7) avviżi u skedi li jżommuna aġġornati dwar avvenimenti li jkunu ġejjin; (8) Kaxex għall-Mistoqsija li jwieġbu kwistjonijiet taʼ tħassib serju; u (9) inserts li jgħidulna dwar konvenzjonijiet, kampanji speċjali, u kwistjonijiet oħrajn biex iżommuna attenti għall-bżonnijiet spiritwali tagħna. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jaqra kull ħarġa, japplika s-suġġerimenti tagħha, iġibha miegħu għal-Laqgħa tas-Servizz u għal-laqgħat tas-servizz taʼ l-għalqa, u jerfaʼ kopja persunali għal referenza fil-futur.
Għanja 210 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 31 t’Awissu
12 min: Avviżi lokali. Fakkar lil kulħadd biex jitfaʼ r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Awissu. Dawk li jikkonduċu l-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni għandhom jiċċekkjaw maʼ kulmin hu fil-grupp sabiex ir-rapporti kollha jkunu jistgħu jingħaddu sas-6 taʼ Settembru. Ikkunsidra l-offerta taʼ letteratura għal Settembru. Iddiskuti l-arranġamenti għall-konvenzjoni distrettwali. Enfasizza l-ħinijiet tas-sessjonijiet u kull informazzjoni oħra pprovduta mill-Kumitat tal-Konvenzjoni Distrettwali. Nistgħu aħna ngħinu lill-individwi interessati kollha biex jattendu, u b’hekk jibbenefikaw mill-ikel spiritwali eċċellenti pprovdut mill-“irsir leali u diskret”?
15 min: “Indokraturi li Huma minn taʼ Quddiem—L-Indokratur li Jippresiedi.” Taħdita mill-indokratur li jippresiedi. Wara li jirrevedi d-dmirijiet tiegħu, jesprimi apprezzament mal-kongregazzjoni għall-kooperazzjoni tagħhom maʼ l-anzjani hekk kif jirgħu l-merħla.
18 min: Għin lil Uliedek Ikampaw mal-Problemi taʼ l-Iskola. Anzjan jiddiskuti maʼ żewġ ġenituri jew tlieta li għandhom it-tfal l-iskola. Ikkummenta fil-qosor fuq ftit mill-iktar problemi komuni li jiltaqgħu magħhom it-tfal, bħalma nsibu fl-Awake! tat-8 t’Awissu, 1994, paġni 5-7. Imbagħad, billi tirreferi għal paġni 8-10, iddiskuti kif il-ġenituri jistgħu jipproteġu ’l uliedhom u jżommu relazzjonijiet tajbin maʼ l-għalliema.
Għanja 24 u talba taʼ l-għeluq.