LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 5/99 p. 1
  • Ippjana bil-Quddiem!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ippjana bil-Quddiem!
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Materjal Simili
  • X’Inhuma L-Pjanijiet Tiegħek Għas-Sajf?
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Uża l-Ħin Tiegħek bil-Għaqal
    Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Ibni Ħajtek Madwar is-Servizz taʼ Jehovah
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • X’inhuma l-Pjanijiet Tiegħek għas-Sajf?
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1999
km 5/99 p. 1

Ippjana bil-​Quddiem!

1 L-​organizzazzjoni taʼ Jehovah tipprovdi programm regulari t’attivitajiet teokratiċi mfasslin biex jissodisfaw il-​bżonnijiet spiritwali tagħna. L-​apprezzament iqanqalna biex nieħdu vantaġġ sħiħ mill-​arranġamenti kollha, bħaż-​żjajjar taʼ l-​indokratur li jivvjaġġa, l-​assembleat u l-​konvenzjonijiet, u attivitajiet speċjali oħrajn ippjanati lokalment. (Mt. 5:3) Madankollu, xi wħud ma jibbenefikawx minn dawn il-​provvedimenti spiritwali minħabba xi impennji oħrajn li jkollhom. X’jistaʼ jsir biex nevitaw dan? Kif nistgħu nkunu ċerti li attivitajiet mhux teokratiċi ma joħonqux “l-​aħjar” affarijiet?​—Flp. 1:10.

2 Ippjanar Għaqli Huwa Essenzjali: Proverbji 21:5 jwissi: “Min hu bil-​għaqal jaħsibha tajjeb u jirnexxilu; imma min jgħaġġel jiġi fil-​bżonn.” Biex ‘nirnexxu’ spiritwalment, għandna bżonn nippjanaw bil-​quddiem bil-​għaqal, billi nżommu f’moħħna l-​attivitajiet teokratiċi li jkun sar arranġament għalihom. Għandna nippjanaw l-​attivitajiet persunali tagħna għal żmien meta dawn ma jtellfuniex milli nkunu preżenti biex naħsdu barkiet spiritwali. Jekk bl-​għaġla kollha nippjanaw biex nagħmlu xi affarijiet li aħna personalment irridu nagħmlu, mingħajr ma nqisu l-​avvenimenti teokratiċi li jkunu ġejjin, x’aktarx li se nbatu minn “bżonn” spiritwali.

3 Tonqosx li Tibbenefika! Ilkoll kemm aħna nagħmlu pjanijiet għall-​futur, inkluż għal xi vaganzi, vjaġġi tax-​xogħol, żjajjar mal-​qraba, eċċetra. Qabel ma tintrabat jew tiffinalizza l-​pjanijiet tiegħek, ikkonsulta l-​iskeda t’attivitajiet spiritwali li jkunu ġejjin. Jekk issib li ġej l-​indokratur tas-​circuit jew li xi assemblea hija ppjanata fl-​istess żmien li forsi mhux se tkun hawn, agħmel sforz bis-​serjetà biex tirranġa mill-​ġdid l-​affarijiet tiegħek sabiex tkun tistaʼ tipparteċipa. Aħna niġu informati minn ħafna qabel dwar avvenimenti ewlenin li jkunu ppjanati għall-​futur. L-​anzjani fil-​kongregazzjoni tiegħek jistgħu jgħidulek x’ikun ġie ppjanat lokalment.

4 Billi naħsbu minn qabel għal li ġej u nippjanaw bil-​quddiem għall-​affarijiet iktar importanti, se nkunu “mimlijin bil-​frott tal-​ġustizzja . . . għall-​glorja u l-​foħrija taʼ Alla.”​—Flp. 1:11.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja