LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 5/99 p. 2
  • Laqgħat tas-Servizz għal Mejju

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Laqgħat tas-Servizz għal Mejju
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 3 taʼ Mejju
  • Ġimgħa li Tibda 10 taʼ Mejju
  • Ġimgħa li Tibda 17 taʼ Mejju
  • Ġimgħa li Tibda 24 taʼ Mejju
  • Ġimgħa li Tibda 31 taʼ Mejju
Il-Ministeru tas-Saltna—1999
km 5/99 p. 2

Laqgħat tas-​Servizz għal Mejju

Ġimgħa li Tibda 3 taʼ Mejju

Għanja 7

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-​Ministeru tas-​Saltna. Aħbarijiet Teokratiċi.

15 min: “Nibdew Studji bil-​Browxer X’Jirrikjedi.” Jiġi kkunsidrat b’mistoqsijiet u tweġibiet.

20 min: “Għallem lil Oħrajn Jaġixxu għall-​Benefiċċju Tagħhom Stess.” Illimita l-​kummenti fl-​introduzzjoni għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba. Billi tuża kapitlu 13 tal-​ktieb Għarfien, uri ċar kif in-​nies jibbenefikaw b’mod prattiku billi jistudjaw, jifhmu, u japplikaw il-​prinċipji tal-​Bibbja.

Għanja 11 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 10 taʼ Mejju

Għanja 15

10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet.

12 min: X’Inhuma l-​Pjanijiet Tiegħek għas-​Sajf? Familja tirrevedi l-​arranġamenti tagħha biex tattendi għall-​konvenzjoni, tagħmel ix-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju, tieħu vaganza, u rikreazzjoni. (Ara Il-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Mejju 1998, paġna 7.) Huma jiddiskutu kif għandhom jippjanaw għal xiehda informali u kif jagħtuha, u jagħmlu turija dwar kif tinbeda konversazzjoni. Enfasizzaw il-​bżonn li nżommu maʼ l-​iskeda taʼ studju tal-​Bibbja persunali u tal-​familja, li mmorru għal-​laqgħat tal-​kongregazzjoni meta nivvjaġġaw xi mkien ieħor, u li nirrapportaw l-​attività tas-​servizz taʼ l-​għalqa mal-​kongregazzjoni tagħna. Il-​membri tal-​familja jiftakru l-​esperjenzi tajbin li kellhom meta żaru lil kongregazzjonijiet oħrajn u l-​ferħ li ħassew. Huma jikkunsidraw xi modi kif jistgħu juru ospitalità lil kwalunkwe viżitatur li jiġi fil-​kongregazzjoni.

23 min: “Modi kif Tespandi l-​Ministeru Tiegħek.” Żewġ anzjani jiddiskutu l-​artiklu bi tweġiba għall-​mistoqsijiet li jkunu staqsew uħud differenti fl-​udjenza. Pubblikatur adolexxenti, koppja miżżewġa, u ħu li laħaq l-​età tal-​pensjoni jistaqsu dwar modi kif huma jistgħu jespandu l-​ministeru tagħhom. Suġġerimenti prattiċi jiġu offruti mill-​artiklu u minn kapitlu 9 tal-​ktieb Our Ministry, billi jiffokaw fuq “What Are Your Spiritual Goals for the Future?,” (X’Inhuma l-​Miri Spiritwali Tiegħek għall-​Futur?) paġni 116-18. Il-​pubblikaturi jesprimu l-​apprezzament tagħhom għall-​informazzjoni utli li tipprovdi s-​Soċjetà li turi kif wieħed jippjana għal espansjoni fl-​attività tas-​servizz fil-​futur immedjat.

Għanja 19 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 17 taʼ Mejju

Għanja 27

5 min: Avviżi lokali.

12 min: “Ippjana bil-​Quddiem!” Taħdita li tirrevedi l-​attivitajiet teokratiċi kollha ppjanati lokalment għad-​diversi xhur li ġejjin. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jimmarka d-​dati fuq il-​kalendarju tiegħu u ma jħallix affarijiet oħra jtellfuh.

10 min: “Konvenzjoni Distrettwali tax-​Xhieda taʼ Jehovah għall-​1999 ‘Il-​Kelma Profetika t’Alla.’” Diskussjoni maʼ l-​udjenza. Uża Rum. 12:2; 1 Tim. 2:​9, 10 biex tenfasizza għala l-​ilbies, id-​dehra, u l-​kondotta huma kwistjonijiet li jirrikjedu l-​attenzjoni tagħna mill-​qrib.

18 min: “Nikkultivaw l-​Interess Permezz taż-​Żjajjar Lura.” L-​indokratur tas-​servizz jiddiskuti l-​materjal maʼ l-​udjenza. Skond iċ-​ċirkustanzi lokali, inkludi suġġerimenti addattati simili għal dawk f’paragrafu 5. Informa lill-​membri tal-​kongregazzjoni kif inhuma sejrin f’li jagħmlu ż-​żjajjar lura u offri inkuraġġiment biex iktar uħud jieħdu sehem f’din il-​karatteristika tas-​servizz.

Għanja 29 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 24 taʼ Mejju

Għanja 41

15 min: Avviżi lokali. Irrevedi l-​ittra tas-​Soċjetà tal-​15 t’Ottubru, 1998, li tittratta dwar il-​formola Please Follow Up (S-43). Spjega kif din tistaʼ tgħin f’li nsegwu l-​interess li nsibu meta nagħtu xiehda informali u meta nikkuntattjaw lil nies li jitkellmu lingwa oħra. Inkuraġġixxi lill-​pubblikaturi biex jużaw tajjeb dawn il-​formoli.

12 min: Kaxxa għall-​Mistoqsija. Taħdita minn anzjan.

18 min: Qegħdin Aħna Nieħdu Sehem f’Xogħol taʼ Sseparar? Taħdita li tqanqal mill-​indokratur tas-​servizz, ibbażata fuq il-​Watchtower taʼ l-​1 taʼ Lulju, 1997, paġni 30-1.

Għanja 32 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 31 taʼ Mejju

Għanja 43

15 min: Avviżi lokali. Fakkar lil kulħadd biex jitfaʼ r-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal Mejju. Irrevedi l-​arranġamenti għas-​servizz taʼ l-​għalqa matul il-​vaganza dinjija fis-​7 taʼ Ġunju. Irrevedi l-​offerta taʼ letteratura għal Ġunju. Meta nkunu qed noffru l-​ktieb Għarfien, nistgħu ninkludu kopja taʼ ktieb iktar antik taʼ 192 paġna li l-​kongregazzjoni jistaʼ jkollha ħażna kbira tiegħu. Uri eżempju taʼ preżentazzjoni, billi ssemmi l-​arranġament tad-​donazzjoni.

15 min: Bżonnijiet lokali.

15 min: X’Fiha Ħażin ir-​Reliġjon Tiegħi? Diskussjoni bejn żewġ qaddejja ministerjali. Niltaqgħu maʼ ħafna nies li għandhom attitudni favorevoli lejn il-​verità u li jammiraw lix-​Xhieda taʼ Jehovah. Madankollu, l-​irbit li għad għandhom mal-​knisja tagħhom iżommhom lura. Isibuha diffiċli biex jemmnu li aħna għandna l-​unika vera reliġjon u li l-​forma taʼ qima tagħhom hija falza. Dan isir l-​ostaklu ewlieni għall-​progress spiritwali tagħhom. L-​aħwa jirrevedu s-​sitt fatturi msemmijin f’paġna 204 tal-​ktieb Reasoning, li juru biċ-​ċar li reliġjonijiet oħrajn ma jsegwux il-​Bibbja. Inkuraġġixxi lill-​udjenza biex tuża dawn il-​punti biex bit-​tattika tgħin lil uħud sinċieri jiżnu t-​twemmin reliġjuż tagħhom.

Għanja 50 u talba taʼ l-​għeluq.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja