Laqgħat tas-Servizz għal Awissu
Nota: Il-Ministeru tas-Saltna se jipprovdi skeda għal-Laqgħa tas-Servizz għal kull ġimgħa matul Settembru. Il-kongregazzjonijiet jistgħu jagħmlu aġġustamenti kif jinħtieġ biex iħallu spazju għal li nattendu l-Konvenzjoni Distrettwali “Il-Kelma Profetika t’Alla” u mbagħad għal reviżjoni taʼ 30 minuta fuq il-punti prinċipali tal-programm għal-Laqgħa tas-Servizz il-ġimgħa taʼ wara. Ir-reviżjoni taʼ kull ġurnata tal-programm tal-konvenzjoni għandha tiġi assenjata bil-quddiem lil tliet aħwa kwalifikati li se jiffokaw dwar punti li jispikkaw. Din ir-reviżjoni preparata tajjeb se tgħin lill-kongregazzjoni tiftakar il-punti prinċipali għal applikazzjoni persunali u għall-użu fl-għalqa. Kwalunkwe kummenti mill-udjenza u esperjenzi rakkontati għandhom ikunu qosra u konċiżi.
Ġimgħa li Tibda 2 t’Awissu
10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-Ministeru tas-Saltna. Ikkummenta dwar ir-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal April kemm tal-pajjiż u kemm tal-kongregazzjoni lokali. Inkuraġġixxi lill-pubblikaturi kollha biex jieħdu sehem fil-ministeru taʼ l-għalqa matul Awissu.
17 min: “Irrispetta Profondament l-Isem Sabiħ taʼ Jehovah.” Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba. Enfasizza l-iskritturi ċitati.—Ara l-ktieb Tgħix Għal Dejjem, paġni 184-5.
18 min: “L-Edukazzjoni Sekulari u l-Miri Spiritwali Tiegħek.” Missier jiddiskuti l-artiklu maʼ ibnu jew bintu. Huma jirrevedu wkoll il-materjal li għandu x’jaqsam maʼ dan mill-Awake! tat-22 taʼ Diċembru, 1995, paġni 7-11.
Għanja 148 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 9 t’Awissu
8 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet.
12 min: Pijunieri Jgħinu lil Oħrajn—Liema Progress Sar? Taħdita u intervisti li jikkonduċihom l-indokratur tas-servizz. Irrevedi d-direzzjoni provduta f’Il-Ministeru tas-Saltna taʼ Settembru 1998, paġna 4. Għid kif dan ġie organizzat lokalment, u agħti rapport aġġornat dwar il-progress li għamlu dawk li ġew megħjunin. Intervista lil pijunier jew tnejn u lil xi wħud mill-pubblikaturi li bbenefikaw mill-għajnuna tagħhom. Inkuraġġixxi lil dawk li issa jmiss lilhom li jiġu megħjunin biex jieħdu vantaġġ sħiħ minn dan il-provvediment.
25 min: “Għandek Int issa l-Opportunità li Tagħmel ix-Xogħol taʼ Pijunier?” Anzjan jikkonduċi diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba. B’mod pożittiv, uri l-possibbiltajiet li jeżistu biex iktar pubblikaturi jagħmlu x-xogħol taʼ pijunier. Intervista lil xi pijunieri li jistgħu jirrakkontaw mill-esperjenza tagħhom stess kif huma setgħu jegħlbu ostakli komuni u rnexxew. Analizza l-parti intitolata “Skedi Bħala Eżempju għall-Pijunieri Regulari,” billi tenfasizza li jekk wieħed jippjana tajjeb, ikun jistaʼ jilħaq il-ħtieġa tas-sigħat. Ħabbar li kulmin jixtieq ikollu applikazzjoni għax-xogħol taʼ pijunier jistaʼ jikseb waħda wara l-laqgħa.
Għanja 202 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 16 t’Awissu
10 min: Avviżi lokali. Fadal biss żewġ Sibtijiet u Ħdud f’Awissu. Għalhekk inkuraġġixxi lil kulħadd biex jieħu sehem fil-ministeru qabel ma jispiċċa x-xahar. Irrevedi “Programm Ġdid għall-Jum t’Assemblea Speċjali.”
15 min: Bżonnijiet lokali.
20 min: Qiegħed Int Tieħu Sehem f’li Tagħmel Dixxipli? Diskussjoni maʼ l-udjenza. Meta nqisu l-ammont kbir taʼ letteratura li qed titqassam, il-mira tagħna għandha tkun li nibdew studji tal-Bibbja sabiex inkunu nistgħu ngħinu lin-nies jibbenefikaw mill-pubblikazzjonijiet li jirċievu. Ħejji lil xi pubblikaturi biex jikkummentaw dwar il-problemi li jfixkluhom milli jikkonduċu iktar studji: (1) Huwa diffiċli biex issib nies lesti li jistudjaw. (2) Xi nies li juru interess jgħidu li għandhom wisq x’jagħmlu biex jistudjaw. (3) Wara li jinbeda studju, huwa diffiċli biex issib l-individwu d-dar ħalli l-istudju jibqaʼ regulari. Ukoll iġbed l-attenzjoni lejn dak li xi pubblikaturi jistgħu jħossu dwar ix-xogħol taʼ studju tal-Bibbja: (1) ‘Ma nħossnix kwalifikat biex ngħallem.’ (2) ‘M’għandix ħin biex nikkonduċi studju tal-Bibbja kull ġimgħa.’ (3) ‘Ma nixtieqx nintrabat maʼ persuna oħra.’ (4) ‘Sodisfatt b’li nieħu sehem fl-aspetti l-oħrajn tal-ministeru.’ Offri suġġerimenti pożittivi dwar kif negħlbu dawn l-ostakli sabiex nieħdu sehem personalment fix-xogħol taʼ li nagħmlu dixxipli. Stieden lil xi pubblikaturi li kellhom suċċess biex jgħidu dwar il-ferħ li esperjenzaw fix-xogħol taʼ studju tal-Bibbja.—Ara l-insert taʼ Il-Ministeru tas-Saltna t’April 1998, paragrafi 3-8, 15.
Għanja 100 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 23 t’Awissu
10 min: Avviżi lokali.
15 min: Għin lil Uħud Interessati Ġodda biex Japprezzaw is-Santità taż-Żwieġ. Anzjan jikkonduċi diskussjoni maʼ l-udjenza bbażata fuq il-ktieb Reasoning, paġni 248-50. Aħna niltaqgħu maʼ koppji li jwieġbu b’mod pożittiv għall-messaġġ tas-Saltna imma li jdumu ma jagħmlu progress għax qed jgħixu flimkien mingħajr il-benefiċċju taʼ żwieġ legali. Iddiskuti kif nistgħu ngħinuhom jifhmu għala l-Kristjani għandhom jappoġġaw żwieġ onorabbli. (Ara l-Awake! tat-8 taʼ Jannar, 1992, paġni 26-7.) Agħti xi suġġerimenti dwar dak li nistgħu ngħidu bit-tattika biex ngħinu lil koppji bħal dawn jifhmu għala ma jistgħux ikunu parti mill-kongregazzjoni sakemm iż-żwieġ tagħhom ikun reġistrat legalment.
20 min: “Il-Konvenzjonijiet Distrettwali ‘Il-Kelma Profetika t’Alla’ għall-1999.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Enfasizza r-raġunijiet għala għandna nattendu l-konvenzjoni kollha kemm hi, inkluż is-sessjonijiet tal-Ġimgħa.
Għanja 133 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 30 t’Awissu
10 min: Avviżi lokali. Fakkar lil kulħadd biex jitfaʼ r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Awissu. L-aħwa li jikkonduċu l-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni għandhom jiċċekkjaw maʼ kulmin hu fil-grupp tagħhom sabiex ir-rapporti kollha jkunu jistgħu jingħaddu sas-6 taʼ Settembru.
17 min: Aħna Nħobbuhom lil Ħutna. Taħdita minn anzjan, li tinkludi diskussjoni maʼ l-udjenza bbażata fuq it-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Diċembru, 1995, paġni 26-27, paragrafi 7-11. Enfasizza l-benefiċċji reċiproki li ngawdu meta nsiru nafu lil ħutna sew, nagħtu l-inkuraġġiment, u ngħinu lil xulxin nissaportu l-provi. Issuġġerixxi kif dan jistaʼ jsir fuq skala akbar. Stieden lil dawk fl-udjenza biex jirrakkontaw xi esperjenzi li juru kif huma ħassewhom mibnijin u msaħħin bl-inkuraġġiment kollu mħabba minn oħrajn.
18 min: Agħti Raġuni għat-Tama Tiegħek. Anzjan jintervista lil adolexxent eżemplari jew tnejn li jattendu l-iskola pubblika. Kontinwament huma jiġu konfrontati b’sitwazzjonijiet fejn sħabhom tad-dinja jkunu jridu jafu għala l-adolexxenti tagħna jagħżlu li ma jingħaqdux magħhom fl-attivitajiet tagħhom. Waqt li jieħdu vantaġġ minn dawn l-opportunitajiet biex jispjegaw il-konvinzjonijiet tagħhom ibbażati fuq il-Bibbja, iż-żgħażagħ tagħna jeħtieġ li jirreżistu b’mod sod. Il-grupp jiddiskuti kif jistgħu jwieġbu jekk xi ħadd joffrilhom it-tabakk jew id-drogi. Irrevedi l-irraġunar preżentat fil-ktieb Young People Ask, paġni 277-81. Spjega kif il-fatt li jiddefendu d-determinazzjoni tagħhom biex jagħmlu dak li hu tajjeb iservi bħala protezzjoni u jagħti xiehda tajba.
Għanja 129 u talba taʼ l-għeluq.