LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 11/99 p. 1
  • L-Ippridkar Jagħmilna Differenti

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Ippridkar Jagħmilna Differenti
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Materjal Simili
  • Int “Żeluż Għal Għemejjel Tajbin”?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • ‘Inġibu Aħbar Tajba taʼ Xi Ħaġa Aħjar’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • “Morru u agħmlu dixxipli min-nies tal-ġnus kollha”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Ipprietka b’Żelu bħal Ġesù
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2025
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1999
km 11/99 p. 1

L-​Ippridkar Jagħmilna Differenti

1 Ħafna nies jistaqsu, “X’inhu dak li jagħmel lix-​Xhieda taʼ Jehovah differenti minn reliġjonijiet oħrajn?” Kieku int kif twieġeb? Int tistaʼ tispjega xi ftit mit-​twemmin tagħna bbażat fuq il-​Bibbja. Imma ġiek ukoll f’moħħok li tgħidilhom dwar kemm il-​ministeru pubbliku tagħna jagħmilna differenti minn reliġjonijiet oħrajn?—Mt. 24:14; 28:​19, 20.

2 Illum, ftit huma n-​nies reliġjużi li jħossuhom imqanqlin biex jaqsmu t-​twemmin tagħhom m’oħrajn. Forsi jaħsbu li hu biżżejjed li tobdi l-​liġijiet taʼ Ċesari, li jkollok ħajja moralment diċenti, jew li tagħmel opri tajba lil oħrajn. Madankollu, huma ma jħossu l-​ebda obbligu biex jgħinu lil oħrajn jitgħallmu dak li tgħid il-​Bibbja dwar kif wieħed jistaʼ jikseb is-​salvazzjoni. Aħna kif nidhru differenti?

3 Il-​ministeru żeluż tagħna jagħmel kuntrast kbir ħdejn l-​attivitajiet taʼ reliġjonijiet oħrajn. Għal iktar minn 100 sena, ix-​Xhieda taʼ żmienna ppridkaw b’mod diliġenti l-​aħbar tajba sa truf l-​art, l-​istess bħalma għamlu l-​Kristjani bikrin. L-​objettiv tagħna f’li nagħmlu dan hu biex ngħinu kemm jistaʼ jkun nies iġibu ħajjithom fi qbil mar-​rieda t’Alla.—1 Tim. 2:4; 2 Pt. 3:9.

4 X’Inhi r-​Reputazzjoni Tiegħek? Magħruf int bħala predikatur żeluż tal-​Kelma t’Alla? (Atti 17:​2, 3; 18:25) Minħabba l-​attività tiegħek taʼ l-​ippridkar, jaraw il-​ġirien tiegħek mingħajr diffikultà d-​differenza bejn ir-​reliġjon tagħhom u tiegħek? Magħruf int bħala wieħed li hu ħerqan li jaqsam it-​tama tiegħu m’oħrajn? Għandek rutina regulari biex tipparteċipa fil-​ministeru? Ftakar li aħna niddistingwu lilna nfusna mhux biss b’isimna imma wkoll billi nagħmlu dak li l-​isem jiddeskrivi—li nxandru dwar Jehovah.—Is. 43:10.

5 L-​imħabba għal Alla u għal ġarna tqanqalna biex nieħdu sehem fl-​attività taʼ l-​ippridkar. (Mt. 22:​37-39) Għal din ir-​raġuni aħna, bħal Ġesù u l-​appostli tiegħu, irridu nieħdu vantaġġ minn kull opportunità biex naqsmu l-​messaġġ tas-​Saltna m’oħrajn. Jalla nkomplu nippridkaw l-​aħbar tajba b’mod żeluż lil dawk li huma lesti li jisimgħu. Billi nagħmlu dan se ngħinu lil uħud taʼ qalb onesta biex ‘jagħrfu jagħżlu bejn . . . min jaqdi ’l Alla u min ma jaqdihx.’—Mal. 3:18.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja