LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 7/00 p. 3
  • Tapprezzahom Int l-Affarijiet Sagri?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tapprezzahom Int l-Affarijiet Sagri?
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • Materjal Simili
  • Konvenzjonijiet Distrettwali U Internazzjonali “Il-Mod taʼ Ħajja t’Alla” għall-1998
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Il-Konvenzjonijiet Distrettwali “Il-Kelma Profetika t’Alla” għall-1999
    Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Konvenzjonijiet Distrettwali—Żmien Għal Qima Ferriħija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2010
  • Konvenzjoni Distrettwali “Messaġġiera tal-Paċi Divina” Għall-1996
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2000
km 7/00 p. 3

Tapprezzahom Int l-​Affarijiet Sagri?

1 Meta niġu mistoqsijin jekk napprezzawx l-​affarijiet sagri, x’aktarx li mill-​ewwel inwieġbu iva! X’inhuma xi ftit mill-​provvedimenti sagri t’Alla li napprezzaw?

2 Kemm tassew ngħożżu r-​relazzjoni persunali li jistaʼ jkollna maʼ Missierna tas-​sema! Hu jassigurana li jekk ‘nersqu lejh, hu jersaq lejna.’ (Ġak. 4:8) Mingħajr is-​sagrifiċċju taʼ Ġesù Kristu għall-​fidwa, l-​ebda bniedem ma jistaʼ jirċievi l-​ħajja taʼ dejjem. (Ġw. 3:16) Bi gratitudni sinċiera, aħna kuljum nesprimu l-​apprezzament profond tagħna għal din l-​għotja meraviljuża t’Alla permezz tat-​talb.

3 Il-​Kelma mnebbħa t’Alla, il-​Bibbja Mqaddsa, hija wkoll sagra għalina, kif ukoll l-​organizzazzjoni taʼ Jehovah fuq l-​art. Aħna nuru apprezzament xieraq għal dawn il-​provvedimenti mingħand Jehovah meta ngħixu fi qbil mal-​prinċipji tal-​Bibbja, insaħħu r-​rabtiet taʼ mħabba lejn ħutna, nobdu bir-​reqqa l-​ordni teokratiku, u nikkooperaw maʼ dawk li jieħdu t-​tmexxija.—1 Pt. 1:22.

4 Permezz taʼ l-​ilsir leali u diskret, aħna nirċievu abbundanza taʼ ikel spiritwali. Dan se jkun minnu din is-​sena fil-​Konvenzjoni Distrettwali “Nagħmlu Dak li Tgħid il-​Kelma t’Alla.” Hemmhekk se nirċievu istruzzjoni vitali u se ngawdu sħubija mill-​qalb li neħtiġuhom b’urġenza. Kif nistgħu nuru apprezzament mill-​qalb għal dan il-​provvediment sagru?

5 Titlaqx it-​Tempju taʼ Jehovah: Neħemija wissa lil dawk li ħadmu iebes f’li jerġgħu jibnu l-​ħitan taʼ Ġerusalemm biex ‘ma jitilqux it-​tempju taʼ Alla tagħhom.’ (Neħ. 10:40 [10:39, New World Translation]) Illum, it-​“tempju” taʼ Jehovah huwa l-​arranġament tiegħu għall-​qima. Il-​konvenzjonijiet distrettwali tagħna huma parti minn dak l-​arranġament. Biex ma nitilqux dan l-​arranġament, irridu nattendu u nagħtu attenzjoni kbira, billi nuru lil Jehovah li napprezzaw ferm il-​provvedimenti tiegħu. (Lhud 10:24, 25) Xi pjanijiet irridu nagħmlu issa sabiex nuru li napprezzaw bis-​sħiħ dan l-​avveniment sagru?

6 Attendi t-​Tlett Ijiem Kollha: Kull wieħed u waħda minna jrid jirranġa biex jattendi t-​tlett ijiem kollha tal-​konvenzjoni. Qed tippjana biex kuljum tasal kmieni u tibqaʼ sat-​talba taʼ l-​għeluq tal-​Ħadd? Jekk inhu hekk, se jkollok barkiet kbar. Mhux dejjem jistaʼ jkun faċli li tattendi għall-​konvenzjoni. Sabiex tirranġa l-​ħinijiet tax-​xogħol sekulari tiegħek jistaʼ jkollok bżonn tieħu waqfa soda. It-​trasport mhux dejjem jistaʼ jkun konvenjenti. Imma tħallix dawn il-​fatturi jiskuraġġuk milli tattendi l-​konvenzjoni.

7 Ikkunsidra Dan l-​Eżempju Eċċellenti: Is-​sena l-​oħra, grupp t’aħwa f’pajjiż Afrikan kienu sejrin għall-​konvenzjoni distrettwali. Fi triqithom iltaqgħu maʼ grupp militari, peress li fil-​pajjiż kien għaddej inkwiet ċivili. L-​aħwa ġew mistoqsijin: “Min intom, u fejn sejrin?” Huma wieġbu: “Aħna x-​Xhieda taʼ Jehovah, u sejrin nattendu l-​konvenzjoni distrettwali.” Wieħed mis-​suldati qalilhom: “Intom ix-​Xhieda taʼ Jehovah ma tibżgħu minn xejn. Morru, u se jirnexxilkom ikollkom il-​konvenzjoni tagħkom mingħajr problemi. Madankollu, oqogħdu attenti għax se tiltaqgħu maʼ ħafna suldati. Imxu dejjem fin-​nofs tat-​triq! Jekk taraw ħafna nies miġburin, ibqgħu mexjin fin-​nofs tat-​triq!” Huma hekk għamlu, u waslu għall-​konvenzjoni qawwijin u sħaħ. Dawn l-​aħwa tbierku talli wrew l-​apprezzament tagħhom għall-​affarijiet sagri.

8 Bħal ħutna fl-​Afrika, aħna wkoll niffaċċjaw xi sfidi. Imma mingħajr ebda dubju, nistgħu nimitaw il-​fidi tagħhom u nkunu determinati li nattendu s-​sessjonijiet kollha tal-​konvenzjoni distrettwali tagħna. Jekk ikun hemm bżonn tagħmel xi bidliet, dur lejn Jehovah għall-​gwida, billi taf li hu se jbierek l-​isforzi tagħna biex nattendu l-​programm kollu.

9 Aħsad il-​Barkiet: Aħna nixxennqu għall-​Kelma t’Alla, billi nafu li permezz tagħha nistgħu nikbru sa ma naslu għas-​salvazzjoni. (1 Pt. 2:2) Il-​fatt li nattendu l-​konvenzjoni distrettwali u nagħtu widen għall-​programm se jgħin lil kull wieħed u waħda minna nibnu fidi akbar f’dik il-​Kelma. B’hekk, inkunu iktar kapaċi nirreżistu l-​attakki qawwijin taʼ Satana. Billi nagħmlu dan, se nuru lil Jehovah u lil dawk li jarawna li aħna napprezzaw bis-​sħiħ l-​affarijiet sagri u “m’aħniex minn dawk li jerġgħu lura, . . . aħna minn dawk li jemmnu, biex insalvaw.”—Lhud 10:39; 12:16; Prov. 27:11.

10 Nistgħu nħarsu ’l quddiem lejn kif Alla Jehovah se jiftaħ it-​twieqi tas-​sema u jsawwab fuqna xita taʼ barkiet spiritwali. (Mal. 3:10) Agħmilha l-​mira tiegħek li tattendi l-​Konvenzjoni Distrettwali “Nagħmlu Dak li Tgħid il-​Kelma t’Alla” eżatt minn meta jibda l-​programm tal-​Ġimgħa fil-​għodu sat-​talba taʼ l-​għeluq u l-​“Amen!” tal-​Ħadd wara nofsinhar. Mhux se jiddispjaċik żgur!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja