Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
Ġimgħa li Tibda 12 taʼ Ġunju
8 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-Ministeru tas-Saltna.
15 min: “Il-Ħidma Tagħkom M’Hijiex Għalxejn.” Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba. Inkludi xi kummenti fuq l-esperjenza rakkontata fil-Watchtower tal-15 taʼ Ġunju, 1996, paġna 32.
22 min: Noffru l-ktieb Stejjer mill-Bibbja. Taħdita li fiha jiġi revedut l-artiklu f’Il-Ministeru tas-Saltna taʼ Jannar 1999, paġna 4. Agħmel turija taʼ waħda mill-preżentazzjonijiet imsemmijin. Staqsi lil pubblikatur jew tnejn biex jirrakkontaw fil-qosor is-suċċess li kellhom f’li joffru u jibdew studji bil-ktieb Stejjer mill-Bibbja. Inkuraġġixxi lill-aħwa biex jerġgħu jżuru lil dawk kollha li ħallew xi ktieb magħhom bil-mira li jibdew studju.
Għanja 209 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 19 taʼ Ġunju
12 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet u l-avviż taʼ l-awditjar tal-kontijiet għall-aħħar tliet xhur. Jekk il-kongregazzjoni għandha xi kopji maħżunin tal-kotba Young People Ask jew Youth, uri kif dawn jistgħu jintużaw b’mod effettiv fil-ministeru matul ix-xhur sajfin, meta x’aktarx li iktar se nsibu adolexxenti d-dar.
8 min: Kaxxa għall-Mistoqsija. Taħdita minn anzjan.
25 min: “Kif Nistaʼ . . . Jekk xi Ħadd Ma Jurinix?” L-indokratur tas-servizz jikkonduċi diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba. Ara li kull paragrafu jinqara b’leħen għoli, u aqra l-iskritturi li hemm f’paragrafi 3, 4, u 7. Meta tkopri paragrafu 6, spjega l-irwol taʼ l-indokratur tas-servizz f’li jiddetermina jekk għandhomx jerġgħu jinbdew studji persunali tal-Bibbja maʼ wħud mgħammdin.—Ara l-Kaxxa għall-Mistoqsija f’Il-Ministeru tas-Saltna taʼ Novembru 1998.
Għanja 89 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 26 taʼ Ġunju
10 min: Avviżi lokali. Fakkar lil kulħadd biex jitfaʼ r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Ġunju. Irrevedi l-offerta taʼ letteratura għal Lulju. Uri l-browxers antiki li huma disponibbli fil-lokal, u enfasizza fil-qosor l-iskop taʼ kull wieħed minnhom. Ħejji turija preparata sew li turi kif nistgħu noffru wieħed minnhom fil-ministeru.
17 min: “Kunu Ġenerużi u Aqsmu maʼ l-Oħrajn.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Inkludi l-erbaʼ raġunijiet għala naqsmu m’oħrajn imniżżlin fil-Watchtower taʼ l-1 taʼ Novembru 1996, paġni 29-30 taħt is-sottitlu “Why We Give.”
18 min: Kun Af Kif Tagħti Tweġiba. (Kol. 4:6) Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza. X’tagħmel meta tiltaqaʼ maʼ xi individwu li jqajjem argument mhux skritturali? Il-ktieb Reasoning taʼ spiss jagħtina għajnuna billi jipprovdi suġġerimenti prattiċi dwar kif nagħtu tweġiba bit-tattika. Per eżempju, għalkemm aħna nqisu l-mewt bħala għadu li se jiġi mirbuħ permezz tal-prezz tal-fidwa taʼ Kristu, oħrajn huma konvinti li xejn ma se jneħħiha, u saħansitra jpoġġu fidi fl-idea falza tar-riinkarnazzjoni. Iddiskuti t-tweġibiet li huma offruti fil-ktieb Reasoning fil-parti “If Someone Says—” f’paġni 103-4 u 321. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex iġorr dan il-ktieb miegħu fil-ministeru taʼ l-għalqa.
Għanja 44 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 3 taʼ Lulju
10 min: Avviżi lokali. Staqsi lil xi pubblikaturi jirrakkontaw kif irnexxielhom jibdew studji fuq il-browxer X’Jirrikjedi.
15 min: Bżonnijiet lokali.
20 min: L-Applikar taʼ Prinċipji Bibliċi Jsaħħaħ il-Ħajja tal-Familja. Diskussjoni bejn żewġ aħwa rġiel, ibbażata fuq it-tmien punti li hemm fil-ktieb Reasoning, f’paġni 253-4. Spjegaw l-importanza taʼ li ngħinu lill-istudenti tal-Bibbja jitgħallmu li s-sigriet taʼ l-hena fil-familja jinsab f’li jifhmu u japplikaw il-prinċipji li hemm fil-Kelma t’Alla. Billi tużaw lezzjoni nru. 8 tal-browxer X’Jirrikjedi, uru kif dan jistaʼ jsir. Il-familji li jaġixxu skond il-pariri Bibliċi jinġibdu lejn xulxin u jsibu li l-ferħ jiżdied meta r-rabtiet taʼ l-imħabba u l-unità jissaħħu. Irrakkontaw l-esperjenza fil-ktieb Hena Fil-Familja, kapitlu 13, paragrafi 1, 21-2.
Għanja 51 u talba taʼ l-għeluq.