LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 6/00 p. 1
  • ‘Kunu Ġenerużi u Aqsmu maʼ l-Oħrajn’

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • ‘Kunu Ġenerużi u Aqsmu maʼ l-Oħrajn’
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • Materjal Simili
  • ‘Stagħnew b’Opri Tajba’
    Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Agħmel il-Ġid u Aqsam m’Oħrajn
    Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Meta Niżirgħu Ħafna Naqilgħu Barkiet Għonja
    Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Orbot qalbek maʼ teżori spiritwali
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2017
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2000
km 6/00 p. 1

‘Kunu Ġenerużi u Aqsmu maʼ l-​Oħrajn’

1 Sekli ilu l-​appostlu Pawlu istruwixxa lil Timotju biex jinkuraġġixxi lill-​kredenti sħabu sabiex “jagħmlu l-​ġid, jistagħnu b’opri tajba, li jkunu ġenerużi u jaqsmu maʼ l-​oħrajn.” (1 Tim. 6:​18) Pawlu fakkar ukoll lill-​Kristjani Lhud biex ma jinsewx ‘jagħmlu l-​ġid lill-​oħrajn, u jaqsmu bejniethom dak li għandhom.’ (Lhud 13:16) Għala kiteb dawn l-​istruzzjonijiet? Għax kien jaf li kellu jkun hemm “glorja u ġieħ u sliem għal kull min jagħmel it-​tajjeb.”—Rum. 2:​10.

2 Bħala l-​Ħallieq, Alla Jehovah huwa s-​Sid taʼ kollox. (Apk. 4:​11) Aħna ċertament napprezzaw dak li qed jagħmel għalina bl-​affarijiet tiegħu. Minkejja l-​attitudni ingrata taʼ ħafna bnedmin, l-​Iktar Għoli jibqaʼ jippermetti li kulħadd jibbenefika mill-​provvedimenti ġenerużi għall-​għajxien tal-​ħajja. (Mt. 5:​45) Hu saħansitra ta lill-​Iben għażiż tiegħu bħala sagrifiċċju sabiex jistaʼ jkollna ħajja taʼ dejjem. M’għandhiex l-​imħabba li ġiet murija lejna ġġagħalna nuru l-​gratitudni tagħna billi nkunu ġenerużi maʼ bnedmin sħabna?—2 Kor. 5:​14, 15.

3 X’Nistgħu Naqsmu? Naturalment jixraq li aħna nużaw dak kollu li għandna b’mod li jogħġob lil Alla. Żgur li rridu nappoġġaw ix-​xogħol tas-​Saltna mad-​dinja kollha kemm b’mod materjali kif ukoll spiritwali. M’għandniex xi ngħidu, l-​aħbar tajba hija l-​iktar teżor prezzjuż li xi ħadd jistaʼ jkollu, għax hija l-​“qawwa taʼ Alla għas-​salvazzjoni.” (Rum. 1:​16) Billi nużaw il-​ħin u r-​riżorsi tagħna b’mod ġeneruż kull xahar biex nipparteċipaw fix-​xogħol taʼ l-​ippridkar u tat-​tagħlim, aħna nistgħu nkunu kapaċi naqsmu dan it-​teżor spiritwali m’oħrajn, li jwassalhom biex jiksbu ħajja taʼ dejjem.

4 Jehovah tassew jieħu pjaċir meta aħna ngħinu lil dawk bi ftit mezzi. Hu jwiegħed barkiet, u jfakkarna wkoll: “Għal xejn ma jiswa l-​ġid f’jum l-​għadab, imma l-​ġustizzja teħles mill-​mewt.” (Prov. 11:4; 19:17) Li nappoġġaw ix-​xogħol tas-​Saltna materjalment u li jkollna sehem sħiħ fl-​ippridkar taʼ l-​aħbar tajba, huma modi meraviljużi li bihom nistgħu nuru li tassew aħna ġenerużi, u pronti biex naqsmu m’oħrajn.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja