LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 7/02 p. 2
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 8 taʼ Lulju
  • Ġimgħa li Tibda 15 taʼ Lulju
  • Ġimgħa li Tibda 22 taʼ Lulju
  • Ġimgħa li Tibda 29 taʼ Lulju
  • Ġimgħa li Tibda 5 t’Awissu
Il-Ministeru tas-Saltna—2002
km 7/02 p. 2

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Ġimgħa li Tibda 8 taʼ Lulju

Għanja 201

15 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-​Ministeru tas-​Saltna. Uża s-​suġġerimenti f’paġna 4, u ħejji turija taʼ kif jiġi preżentat it-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Lulju. Uri mod kif wieħed iwieġeb lil xi ħadd li jipprova jwaqqaf il-​konversazzjoni billi jgħid, “Aħna diġà Kristjani hawnhekk.”—Ara l-​ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq Il-​Bibbja, paġna 11. Ħeġġeġ lil kulħadd biex jieħu sehem fis-​servizz taʼ l-​għalqa fi tmiem il-​ġimgħa.

10 min: Kaxxa għall-​Mistoqsija. Taħdita minn anzjan li japplika l-​materjal għall-​kongregazzjoni lokali.

20 min: Norganizzaw Ruħna biex Nagħtu Xiehda Informali. Diskussjoni maʼ l-​udjenza mill-​ktieb Our Ministry, paġni 93-4. Filwaqt li tuża s-​suġġerimenti fil-​paġna taʼ quddiem fl-​insert taʼ Il-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Jannar 2002, uri fil-​qosor żewġ modi jew tlieta kif tingħata xiehda informali lil xi ħadd li ma tafx, lil xi ġâr, lil xi qarib, jew lil xi ħadd li taf.

Għanja 139 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 15 taʼ Lulju

Għanja 144

10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet.

15 min: Bżonnijiet lokali.

20 min: Raġunijiet Validi Għala Għandna Nużaw il-​Bibbja fil-​Ministeru Tagħna. Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza. Ġesù kien jaf l-​Iskrittura u rrefera ħafna għaliha meta kien qed jgħallem. (Lq. 24:​27, 44-47) Dak li għallem ma kienx ġej minnu. (Ġw. 7:​16-18) Huwa importanti li aħna wkoll nużaw il-​Kelma t’Alla. Għandha iktar qawwa minn kwalunkwe ħaġa li nistgħu ngħidu aħna. (Ġw. 12:​49, 50; Lhud 4:12) Uħud sinċiera jinġibdu mill-​faraġ u t-​tama li toffri l-​Iskrittura. Agħmilha l-​mira tiegħek li taqra minn taʼ l-​inqas vers wieħed mill-​Bibbja fil-​preżentazzjonijiet tiegħek. Oħroġ il-​punt illi fis-​suġġerimenti għall-​preżentazzjonijiet tar-​rivisti għal dan ix-​xahar hemm l-​iskritturi. Staqsi għal xi kummenti minn dawk fl-​udjenza dwar kif qed jużaw il-​Bibbja fil-​ministeru u l-​effett li din għandha fuqhom infushom u fuq dawk li jippridkawlhom.

Għanja 215 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 22 taʼ Lulju

Għanja 47

10 min: Avviżi lokali. Ġenitur u tifel jew tifla li qed jaħdmu flimkien fis-​servizz juru kif jintużaw is-​suġġerimenti f’paġna 4 biex joffru r-​rivisti taʼ l-​1 t’Awissu u t-​8 t’Awissu. Wieħed joffri It-​Torri taʼ l-​Għassa u l-​ieħor joffri Stenbaħ! Ħeġġeġ lill-​ġenituri biex iħarrġu lil uliedhom b’mod progressiv fil-​ministeru.

17 min: X’Għandek Tgħidlu lil Xi Ħadd li Jistaqsi dwar l-​Islam? Taħdita u turija. Uża l-​ktieb Mankind’s Search for God, kapitlu 12, biex tispjega fil-​qosor l-​affarijiet li huma l-​istess fil-​Bibbja u fil-​Koran. (Ara l-​kaxxa f’paġna 285.) Uri l-​kuntrast bejn it-​tagħlim Islamiku dwar ir-​ruħ (paġna 297-300) u l-​ispjegazzjoni tal-​Bibbja. (Ara n-​nota taʼ taħt f’paġna 299.) Uża l-​ktieb Reasoning, paġni 375-9, biex turi kif jiġi spjegat x’tgħid il-​Bibbja dwar ir-​ruħ lil xi ħadd ġdid interessat.

18 min: Kif Nistaʼ Nevita l-​Perikli taʼ fuq l-​Internet? Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażati fuq Stenbaħ! tat-​8 taʼ Frar, 2000, paġni 19-21. Semmi l-​perikli li hemm meta l-​Internet jintuża mingħajr ma jkun hemm restrizzjonijiet, u spjega kif dak li jkun jistaʼ jevita milli jinqabad f’nassa. Stieden lil dawk fl-​udjenza biex jikkummentaw dwar kif ibbenefikaw meta applikaw dan il-​parir.

Għanja 61 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 29 taʼ Lulju

Għanja 54

10 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-​pubblikaturi biex jitfgħu r-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal Lulju.

10 min: “Programm Ġdid taʼ l-​Assemblea tas-​Circuit.” Taħdita. Jekk inhi magħrufa, ħabbar id-​data taʼ l-​assemblea tas-​circuit li jmiss. Ħeġġeġ lil kulħadd biex ikun preżenti u attent għall-​programm. Inkuraġġixxi lill-​pubblikaturi mhux mgħammdin biex jaħsbu dwar li jikkwalifikaw għall-​magħmudija. Għandu jsir sforz speċjali biex jiġu mistidnin l-​istudenti tal-​Bibbja.

25 min: “Kunu Magħqudin Flimkien Għalenija.”a Meta tiddiskuti paragrafu 3, inkludi xi kummenti minn Stenbaħ! tat-​8 taʼ Mejju, 2000, paġni 9-10.  Maʼ paragrafu 4 inkludi xi kummenti mit-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 t’April, 1995, paġni 27-28, paragrafi 4-6.

Għanja 81 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 5 t’Awissu

Għanja 38

10 min: Avviżi lokali.

20 min: “Il-​Ġbir taʼ Nies mill-​Ilsna Kollha.”b Inkludi kummenti mit-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 t’April, 2002, paġna 24.

15 min: Esperjenzi lokali. Stieden lil dawk fl-​udjenza biex jirrakkontaw xi esperjenzi inkuraġġanti li kellhom fis-​servizz taʼ pijunier awżiljarju, jew f’xi attivitajiet spiritwali oħrajn li ħadu sehem fihom s’issa matul is-​sajf.

Għanja 184 u talba taʼ l-​għeluq.

[Noti taʼ taħt]

a Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

b Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja