Skeda taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku Għall-2003
Istruzzjonijiet
Dawn li ġejjin se jkunu l-arranġamenti għall-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul l-2003.
MATERJAL BĦALA SORS: New World Translation of the Holy Scriptures [bi12], It-Torri taʼ l-Għassa [w-MT], Benefit From Theocratic Ministry School Education [be], “All Scripture Is Inspired of God and Beneficial” (Edizzjoni taʼ l-1990) [si], “Suġġetti Bibliċi għal Diskussjoni” [td-MT], u Reasoning From the Scriptures (Edizzjoni taʼ l-1989) [rs].
L-iskola trid tibda FIL-ĦIN b’għanja, talba, u kummenti taʼ merħba u mbagħad tkompli kif ġej:
IL-KWALITÀ TAD-DISKORS: 5 minuti. L-indokratur taʼ l-iskola, l-ajjutant li jagħti l-pariri, jew anzjan kwalifikat ieħor se jiddiskuti kwalità tad-diskors ibbażata mill-ktieb Ministry School. (F’kongregazzjonijiet fejn hemm numru limitat taʼ anzjani, jistaʼ jintuża qaddej ministerjali kwalifikat.) Sakemm ma jkunx hemm indikat mod ieħor, il-kaxxi li jidhru fil-paġni assenjati jridu jiġu inklużi fid-diskussjoni. L-eżerċizzji għandhom jitħallew barra. Dawn qegħdin primarjament għall-użu persunali u għal pariri li jingħataw fil-privat.
INKARIGU NRU. 1: 10 minuti. Dan irid jingħata minn anzjan jew qaddej ministerjali, u se jkun ibbażat fuq It-Torri taʼ l-Għassa, Benefit From Theocratic Ministry School Education, jew “All Scripture Is Inspired of God and Beneficial.” Irid jingħata bħala taħdita taʼ istruzzjoni taʼ għaxar minuti mingħajr ebda reviżjoni orali. L-objettiv m’għandux ikun biss li jiġi mgħoddi l-materjal imma li l-attenzjoni tiġi ffokata fuq il-valur prattiku taʼ l-informazzjoni diskussa, billi jintwera ċar x’se jkun l-iktar taʼ għajnuna għall-kongregazzjoni. Għandha tintuża t-tema murija. Huwa mistenni mill-aħwa inkarigati b’din it-taħdita li joqogħdu attenti li jżommu mal-ħin. Jistaʼ jingħata parir fil-privat skond il-bżonn.
PUNTI PRINĊIPALI MILL-QARI TAL-BIBBJA: 10 minuti. Fl-ewwel sitt minuti, anzjan jew qaddej ministerjali kwalifikat irid japplika l-materjal b’mod effettiv skond il-bżonnijiet lokali. Jistaʼ jikkummenta fuq kwalunkwe parti mill-qari tal-Bibbja assenjat għall-ġimgħa, peress li l-ħu li jagħti l-inkarigu Nru. 2 mhux se jikkummenta fuq il-versi li jaqra. Dan m’għandux ikun sempliċi ġabra fil-qosor tal-qari assenjat. L-objettiv prinċipali huwa li dak li jkun jgħin lill-udjenza tapprezza għala u kif l-informazzjoni hija taʼ valur. Wara dan, għal erbaʼ minuti l-kelliemi se jistieden lill-udjenza tipparteċipa billi tagħti kummenti qosra (30 sekonda jew inqas) fuq iż-żewġ mistoqsijiet li ġejjin: “X’sibt fil-qari tal-Bibbja taʼ din il-ġimgħa li se jkun taʼ benefiċċju għalik fil-ministeru jew fil-ħajja tiegħek?” u “X’saħħaħlek il-fidi u x’żiedlek l-apprezzament tiegħek lejn Jehovah?” Imbagħad l-indokratur taʼ l-iskola se jibgħat lill-istudenti li huma inkarigati fi klassijiet oħrajn.
INKARIGU NRU. 2: 4 minuti. Dan huwa qari li jrid jingħata minn ħu. Ġeneralment, il-qari se jkun mill-Bibbja. Darba fix-xahar dan l-inkarigu se jkopri l-materjal meħud minn It-Torri taʼ l-Għassa. L-istudent irid jaqra l-materjal assenjat mingħajr ma jagħmel introduzzjoni jew konklużjoni. Minn ġimgħa għall-oħra, l-ammont taʼ materjal għall-qari se jvarja xi ftit iżda jrid jieħu 4 minuti jew inqas. L-indokratur taʼ l-iskola għandu jara l-materjal qabel ma jinkariga lil xi ħadd bih, u jqabbel l-inkarigi skond l-età u l-abbiltà taʼ l-istudenti. L-indokratur taʼ l-iskola se jkun speċjalment interessat f’li jgħin lill-istudenti jaqraw b’mod li juru li qed jifhmu, b’mod fluwenti, b’enfasi xierqa fuq is-sens, bil-modulazzjoni, b’pawsi fejn ikun xieraq, u b’mod naturali.
INKARIGU NRU. 3: 5 minuti. Dan se jkun assenjat lil oħt. L-istudenti li jingħataw dan l-inkarigu jew se jagħżlu setting jew inkella se jingħataw wieħed mil-lista li tidher f’paġna 82 tal-ktieb Ministry School. L-istudenta għandha tuża t-tema assenjata u tapplikaha għal aspett tas-servizz taʼ l-għalqa li hu realistiku u prattiku għat-territorju tal-kongregazzjoni lokali. Meta ma jiġux indikati referenzi bħala s-sors tal-materjal, l-istudenta se jkollha bżonn tiġbor il-materjal għal din il-parti billi tagħmel riċerka fil-pubblikazzjonijiet provduti mill-klassi taʼ l-ilsir leali u diskret. L-istudenti li jkunu iktar ġodda għandhom jiġu inkarigati jagħtu taħditiet li jkollhom ir-referenzi magħhom. L-indokratur taʼ l-iskola se jkun speċjalment interessat fil-mod kif l-istudenta tiżviluppa l-materjal u l-mod kif tgħin lill-inkwilina tirraġuna mill-Iskrittura u tifhem il-punti prinċipali tal-preżentazzjoni. L-istudenti li jingħataw din il-parti jridu jkunu jafu jaqraw. L-indokratur taʼ l-iskola se jinkariga assistenta waħda.
INKARIGU NRU. 4: 5 minuti. L-istudent għandu jiżviluppa t-tema assenjata. Meta ma jiġux indikati referenzi bħala s-sors tal-materjal, l-istudent se jkollu bżonn jiġbor il-materjal għal din il-parti billi jagħmel riċerka fil-pubblikazzjonijiet provduti mill-klassi taʼ l-ilsir leali u diskret. Meta din il-parti tiġi assenjata lil ħu, dan jistaʼ jagħtiha bħala taħdita bl-udjenza tas-Sala tas-Saltna f’moħħu. Meta tiġi assenjata lil oħt, għandha tiġi preżentata dejjem kif inhu spjegat f’Inkarigu Nru. 3. Jekk jogħġobkom innotaw li s-suġġetti li għandhom l-asterisk iridu jiġu inkarigati lill-aħwa rġiel biss biex jingħataw bħala taħditiet.
IL-ĦIN: Ebda taħdita m’għandha taqbeż il-ħin, u lanqas il-ħu li jagħti l-parir m’għandu jagħmel dan. L-inkarigi Nru. 2 sa 4 jridu jitwaqqfu bit-tattika meta jkun sar il-ħin. Jekk l-aħwa rġiel li jkunu qed jagħtu t-taħdita tal-ftuħ fuq kwalità tad-diskors, Inkarigu Nru. 1, jew il-punti prinċipali mill-qari tal-Bibbja jaqbżu l-ħin, iridu jingħataw parir fil-privat. Kulħadd irid joqgħod attent sew għall-ħin tiegħu. Il-programm b’kollox: 45 minuta, minbarra l-għanja u t-talba.
PARIRI: Minuta. L-indokratur taʼ l-iskola mhux se jieħu iktar minn minuta wara kull preżentazzjoni mill-istudenti sabiex jagħti kummenti pożittivi fuq aspett tat-taħdita li kien taʼ min ifaħħru. L-iskop tiegħu m’huwiex li sempliċement jgħid “prosit” iżda, minflok, li jiġbed l-attenzjoni lejn raġunijiet speċifiċi għala dak l-aspett tal-preżentazzjoni kien effettiv. Skond il-bżonn taʼ kull student, pariri oħrajn li jibnu jistgħu jingħataw privatament wara l-laqgħa jew f’ħin ieħor.
AJJUTANT LI JAGĦTI L-PARIRI: Il-ġemgħa taʼ l-anzjani tistaʼ tagħżel anzjan kapaċi, jekk ikun hemm wieħed disponibbli minbarra l-indokratur taʼ l-iskola, biex jieħu ħsieb l-inkarigu taʼ ajjutant li jagħti l-pariri. Ir-responsabbiltà tiegħu se tkun li jagħti l-pariri fil-privat, jekk ikun hemm bżonn, lill-aħwa li jieħdu ħsieb Inkarigu Nru. 1 u l-punti prinċipali mill-Bibbja. M’hemmx għalfejn jagħti parir wara kull waħda minn dawn it-taħditiet li jingħataw minn sħabu l-anzjani jew il-qaddejja ministerjali. Dan l-arranġament se jibda matul l-2003 u jistaʼ jiġi aġġustat wara din id-data.
IL-FORMOLA TAL-PARIRI: Fil-ktieb.
REVIŻJONI ORALI: 30 minuta. Kull xahrejn, l-indokratur taʼ l-iskola se jikkonduċi reviżjoni orali. Qabilha se jkun hemm konsiderazzjoni taʼ kwalità tad-diskors u punti prinċipali mill-qari tal-Bibbja bħalma msemmi iktar kmieni. Ir-reviżjoni orali se tkun ibbażata mill-materjal li jkun ġie kunsidrat fl-iskola matul ix-xahrejn taʼ qabel, inkluż il-ġimgħa kurrenti.
SKEDA
Jan. 6 Qari tal-Bibbja: Mattew 1-6 Għanja 91
Kwalità tad-Diskors: Merħba fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku (be pġ. 5 ¶1–pġ. 8 ¶1)
Nru. 1: Sib l-Għaxqa Tiegħek fil-Kelma t’Alla (be pġ. 9 ¶1-5)
Nru. 2: Mattew 4:1-22
Nru. 3: Mhux Kulħadd Qed Jaqdi lill-Istess Alla (td-MT 16D)
Nru. 4: X’Inhu Jagħmel Bħalissa Ġesù?
Jan. 13 Qari tal-Bibbja: Mattew 7-11 Għanja 40
Kwalità tad-Diskors: Aqra l-Bibbja Kuljum (be pġ. 10 ¶1−pġ. 12 ¶4)
Nru. 1: ‘Iġri’ b’Dan il-Mod (w-MT01 1/1 pġi. 28-31)
Nru. 2: Mattew 9:9-31
Nru. 3: Għala Nippridkaw lil Oħrajn
Nru. 4: Għala x-Xhieda taʼ Jehovah Jgħidu li l-Aħħar Jiem Bdew fl-1914? (rs pġ. 239 ¶2–pġ. 240 ¶1)
Jan. 20 Qari tal-Bibbja: Mattew 12-15 Għanja 133
Kwalità tad-Diskors: Qari Eżatt (be pġ. 83 ¶1-5)
Nru. 1: Int Tistaʼ Tirbaħ il-Ġlieda Kontra l-Iskuraġġiment! (w-MT01 2/1 pġi. 20-3)
Nru. 2: Mattew 13:1-23
Nru. 3: Il-Knisja Spiritwali, Mibnija fuq Kristu (td-MT 17A)
Nru. 4: Alla Jinbidel?
Jan. 27 Qari tal-Bibbja: Mattew 16-21 Għanja 129
Kwalità tad-Diskors: Kif Taqra b’Eżattezza (be pġ. 84 ¶1–pġ. 85 ¶3)
Nru. 1: Kif iż-Żmien Jgħaddi Jiġri (si pġi. 278-9 ¶1-6)
Nru. 2: w-MT01 1/15 pġ. 20 ¶20–pġ. 21 ¶24
Nru. 3: X’Se Jgħaqqad lid-Dinja?
Nru. 4: Għala Alla Jħalli Daqshekk Żmien Jgħaddi Qabel Ma Jeqred lill-Ħżiena? (rs pġ. 241 ¶1-3)
Frar 3 Qari tal-Bibbja: Mattew 22-25 Għanja 139
Kwalità tad-Diskors: Kliem Imlissen b’Mod Ċar (be pġ. 86 ¶1-6)
Nru. 1: “Oqogħdu Attenti Kif Tisimgħu” (be pġ. 13 ¶1–pġ. 14 ¶5)
Nru. 2: Mattew 22:15-40
Nru. 3: Il-Knisja Mhix Mibnija fuq Pietru (td-MT 17B)
Nru. 4: Min Tassew Hu l-Ilsir Leali u Diskret?
Frar 10 Qari tal-Bibbja: Mattew 26-28 Għanja 27
Kwalità tad-Diskors: Kif Titkellem b’Mod Ċar (be pġ. 87 ¶1–pġ. 88 ¶3)
Nru. 1: Kif Issib il-Ferħ Veru (w-MT01 3/1 pġi. 4-7)
Nru. 2: Mattew 26:6-30
Nru. 3: Għala Ma Niħux Drogi
Nru. 4: X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja tal-Bniedem? (rs pġ. 243 ¶3–pġ. 244 ¶4)
Frar 17 Qari tal-Bibbja: Mark 1-4 Għanja 137
Kwalità tad-Diskors: Pronunzja Korretta—Fatturi li Għandek Tikkunsidra (be pġ. 89 ¶1–pġ. 90 ¶2)
Nru. 1: Affarijiet fil-Bibbja li Jindikaw iż-Żminijiet (si pġi. 279-80 ¶7-13)
Nru. 2: w-MT01 2/15 pġ. 25 ¶10–pġ. 26 ¶14
Nru. 3: L-1914 (E.K.) Ittemm Żminijiet il-Ġentili (td-MT 18A)
Nru. 4: Għala l-Logħob tal-Flus Huwa Ħażin
Frar. 24 Qari tal-Bibbja: Mark 5-8 Għanja 72
Kwalità tad-Diskors: Modi Kif Ittejjeb il-Pronunzja (be pġ. 90 ¶3–pġ. 92)
Reviżjoni Orali
Mar. 3 Qari tal-Bibbja: Mark 9-12 Għanja 195
Kwalità tad-Diskors: Taħdita Mogħtija b’Mod Fluwenti
(be pġ. 93 ¶1–pġ. 94 ¶3)
Nru. 1: Kif Tismaʼ Taħdita, Waqt Diskussjonijiet, u fl-Assembleat u l-Konvenzjonijiet (be pġ. 15 ¶1–pġ. 16 ¶5)
Nru. 2: Mark 10:1-22
Nru. 3: Kif Nistgħu Niksbu l-Qawwa Mingħand Alla
Nru. 4: Fuq Liema Bażi Nistgħu Nittamaw li Ngħixu għal Dejjem? (rs pġ. 246 ¶5-7)
Mar. 10 Qari tal-Bibbja: Mark 13-16 Għanja 187
Kwalità tad-Diskors: Kif Issir Iktar Fluwenti (be pġ. 94 ¶4–pġ. 96 ¶3, minbarra l-kaxxa f’pġ. 95)
Nru. 1: X’Inhi l-Ġenna Spiritwali? (w-MT01 3/1 pġi. 8-11)
Nru. 2: Mark 13:1-23
Nru. 3: It-Tifkira taʼ l-Ikla taʼ Fil-Għaxija tal-Mulej (td-MT 19A)
Nru. 4: Iżomm Alla maʼ Xi Naħa fil-Gwerer tal-Bnedmin?
Mar. 17 Qari tal-Bibbja: Luqa 1-3 Għanja 13
Kwalità tad-Diskors: Kif Tkampa mat-Temtim (be pġ. 95, kaxxa)
Nru. 1: “Hieni Min Isib l-Għerf” (w-MT01 3/15 pġi. 25-8)
Nru. 2: Luqa 3:1-22
Nru. 3: Huwa Xieraq li Naduraw lil Ġesù?
Nru. 4: aHuwa Importanti li Tiżżewweġ fi Qbil mal-Ħtiġijiet Legali? (rs pġ. 248 ¶2–pġ. 249 ¶2)
Mar. 24 Qari tal-Bibbja: Luqa 4-6 Għanja 156
Kwalità tad-Diskors: Pawsa għall-Punteġġatura u għall-Bidla fil-Ħsieb (be pġ. 97 ¶1–pġ. 98 ¶5)
Nru. 1: Tħoss Int li Tiġi Mifhum Ħażin? (w-MT01 4/1 pġi. 20-3)
Nru. 2: Luqa 6:1-23
Nru. 3: Il-Quddies M’Huwiex Skritturali (td-MT 19B)
Nru. 4: Jistgħu l-Kristjani Jistennew li Jkollhom Protezzjoni Divina?
Mar. 31 Qari tal-Bibbja: Luqa 7-9 Għanja 47
Kwalità tad-Diskors: Pawsa għall-Enfasi, Pawsa biex Tismaʼ (be pġ. 99 ¶1–pġ. 100 ¶4)
Nru. 1: “Ibżaʼ Minn Dak Alla Veru u Ħares il-Kmandamenti Tiegħu” (be pġ. 272 ¶1–pġ. 275 ¶3)
Nru. 2: w-MT01 3/15 pġ. 18 ¶17–pġ. 19 ¶20
Nru. 3: Kif Nafu li l-Bibbja Ġejja minn Alla
Nru. 4: X’Jirrappreżentaw l-Emblemi tal-Mafkar? (rs pġ. 267 ¶2-3)
Apr. 7 Qari tal-Bibbja: Luqa 10–12 Għanja 68
Kwalità tad-Diskors: Enfasi Xierqa fuq is-Sens (be pġ. 101 ¶1–pġ. 102 ¶3)
Nru. 1: ‘Nagħtu Xhieda dwar Ġesù’ (be pġ. 275 ¶4–pġ. 278 ¶4)
Nru. 2: Luqa 10:1-22
Nru. 3: Il-Magħmudija—Ħtieġa Kristjana (td-MT 20A)
Nru. 4: Liema Proċeduri Formali Kien Jinvolvi l-Ewwel Żwieġ? (rs pġ. 249 ¶3-4)
Apr. 14 Qari tal-Bibbja: Luqa 13-17 Għanja 208
Kwalità tad-Diskors: Kif Ittejjeb l-Enfasi fuq is-Sens (be pġ. 102 ¶4–pġ. 104 ¶4)
Nru. 1: “Dan l-Evanġelju tas-Saltna” (be pġ. 279 ¶1–pġ. 281 ¶4)
Nru. 2: Luqa 15:11-32
Nru. 3: Kif Nipproteġu Lilna Nfusna mill-Influwenza tad-Demonji
Nru. 4: Kemm-il Darba Jrid Jitfakkar il-Mafkar, u Meta? (rs pġ. 269 ¶1-2)
Apr. 21 Qari tal-Bibbja: Luqa 18-21 Għanja 23
Kwalità tad-Diskors: L-Ideat Prinċipali Enfasizzati (be pġ. 105 ¶1–pġ. 106 ¶2)
Nru. 1: L-Istaġuni—Provvediment Għaqli u Kollu Mħabba Mingħand Jehovah (si pġ. 280 ¶14-17)
Nru. 2: w-MT01 4/15 pġ. 6 ¶19–pġ. 7 ¶22
Nru. 3: Kif it-Tama taʼ l-Irxoxt Teffettwalna Ħajjitna
Nru. 4: bIl-Magħmudija—Ma Taħfirx id-Dnubiet (td-MT 20B)
Apr. 28 Qari tal-Bibbja: Luqa 22-24 Għanja 218
Kwalità tad-Diskors: Volum Addattat għall-Udjenza (be pġ. 107 ¶1–pġ. 108 ¶4)
Reviżjoni Orali
Mej. 5 Qari tal-Bibbja: Ġwann 1-4 Għanja 31
Kwalità tad-Diskors: Kif Ittejjeb il-Volum Tiegħek (be pġ. 108 ¶5–pġ. 110 ¶2)
Nru. 1: Int Tistaʼ Ttejjeb il-Memorja Tiegħek (be pġ. 17 ¶1–pġ. 19 ¶1)
Nru. 2: Ġwann 2:1-25
Nru. 3: Jikkundanna Alla l-Użu taʼ l-Alkoħol?
Nru. 4: cKif Iħares Alla Lejn is-Separazzjoni tal-Miżżewġin? (rs pġ. 251 ¶3)
Mej. 12 Qari tal-Bibbja: Ġwann 5-7 Għanja 150
Kwalità tad-Diskors: Il-Modulazzjoni—Aġġusta l-Volum Tiegħek (be pġ. 111 ¶1–pġ. 112 ¶2)
Nru. 1: Tistaʼ Tirnexxi Kienet X’Kienet it-Trobbija Tiegħek (w-MT01 4/15 pġi. 25-8)
Nru. 2: Ġwann 5:1-24
Nru. 3: Għala d-Duttrina tal-Predestinazzjoni M’Hijiex Raġunevoli
Nru. 4: Marija Omm Ġesù, M’Hijiex “Omm Alla” (td-MT 21A)
Mej. 19 Qari tal-Bibbja: Ġwann 8-11 Għanja 102
Kwalità tad-Diskors: Il-Modulazzjoni—Biddel il-Pass (be pġ. 112 ¶3-6)
Nru. 1: ‘Bl-Għerf Jitkattrulna Jiem Ħajjitna’ (w-MT01 5/15 pġi. 28-31)
Nru. 2: Ġwann 10:16-42
Nru. 3: Għala Alla fil-Passat Kien Jippermetti li Ħu u Oħt Jiżżewġu? (rs pġ. 252 ¶5–pġ. 253 ¶1)
Nru. 4: Kif Tkampa maʼ l-Istress
Mej. 26 Qari tal-Bibbja: Ġwann 12-16 Għanja 24
Kwalità tad-Diskors: Il-Modulazzjoni—Varja t-Tonalità Tiegħek (be pġ. 113 ¶1–pġ. 114 ¶3)
Nru. 1: Is-Sena u l-Iskrittura Mqaddsa (si pġi. 280-2 ¶18-23)
Nru. 2: w-MT01 5/1 pġ. 14 ¶4–pġ. 15 ¶7
Nru. 3: Xi Jfisser li Ma Tkun Ebda Parti mid-Dinja
Nru. 4: Marija Ma Baqgħetx “Verġni għal Dejjem” (td-MT 21B)
Ġun. 2 Qari tal-Bibbja: Ġwann 17-21 Għanja 198
Kwalità tad-Diskors: Tkellem b’Emozzjoni (be pġ. 115 ¶1–pġ. 116 ¶4)
Nru. 1: L-Irwol li Għandu l-Ispirtu t’Alla biex Ifakkarna (be pġ. 19 ¶2–pġ. 20 ¶3)
Nru. 2: Ġwann 20:1-23
Nru. 3: X’Jistaʼ Jgħin biex Żwieġ Jitjieb? (rs pġ. 254 ¶1-4)
Nru. 4: Hemm Bżonn li Wieħed Ikun Parti minn Organizzazzjoni Reliġjuża?
Ġun. 9 Qari tal-Bibbja: Atti 1-4 Għanja 92
Kwalità tad-Diskors: Entużjażmu Xieraq għall-Materjal (be pġ. 116 ¶5–pġ. 117 ¶4)
Nru. 1: Saħħaħ il-Fiduċja Tiegħek f’Jehovah (w-MT01 6/1 pġi. 7-10)
Nru. 2: Atti 4:1-22
Nru. 3: Il-Kawża tal-Mewt (td-MT 22A)
Nru. 4: Jimpurtah Alla minn Kif Nagħtu Qima?
Ġun. 16 Qari tal-Bibbja: Atti 5-7 Għanja 2
Kwalità tad-Diskors: Kif Tesprimi Ruħek b’Mod Kordjali (be pġ. 118 ¶1–pġ. 119 ¶5)
Nru. 1: L-Istqarrija tad-Dnub Twassal għall-Fejqan (w-MT01 6/1 pġi. 28-31)
Nru. 2: Atti 7:1-22
Nru. 3: Kif ix-Xhieda taʼ Jehovah Huma Differenti minn Reliġjonijiet Oħrajn
Nru. 4: Kienet Marija Verament Verġni Meta Wildet lil Ġesù? (rs pġ. 255 ¶3-4)
Ġun. 23 Qari tal-Bibbja: Atti 8-10 Għanja 116
Kwalità tad-Diskors: Kif Tesprimi l-Emozzjoni (be pġ. 119 ¶6–pġ. 120 ¶5)
Nru. 1: Nieħdu Ħsieb l-Iltiema u r-Romol fl-Hemm Tagħhom (w-MT01 6/15 pġi. 9-12)
Nru. 2: w-MT01 6/1 pġ. 12 ¶1–pġ. 13 ¶5
Nru. 3: Il-Kundizzjoni tal-Mejtin (td-MT 22B)
Nru. 4: dGħala l-Attendenza għal-Laqgħat Hija Vitali biex Nikbru Spiritwalment
Ġun. 30 Qari tal-Bibbja: Atti 11-14 Għanja 167
Kwalità tad-Diskors: L-Importanza tal-Ġesti u l-Espressjonijiet tal-Wiċċ (be pġ. 121 ¶1-4)
Reviżjoni Orali
Lul. 7 Qari tal-Bibbja: Atti 15-17 Għanja 38
Kwalità tad-Diskors: L-Użu tal-Ġesti u l-Espressjonijiet tal-Wiċċ (be pġ. 122 ¶1–pġ. 123 ¶2)
Nru. 1: Għala Għandek Tagħti Ruħek għall-Qari? (be pġ. 21 ¶1–pġ. 23 ¶3)
Nru. 2: Atti 15:1-21
Nru. 3: Kif Nappoġġaw is-Sovranità taʼ Jehovah
Nru. 4: Impossibbli Titkellem mal-Mejtin (td-MT 22Ċ)
Lul. 14 Qari tal-Bibbja: Atti 18-21 Għanja 32
Kwalità tad-Diskors: Kuntatt Viżwali fil-Ministeru (be pġ. 124 ¶1–pġ. 125 ¶4)
Nru. 1: Tħallix id-Dubji Jeqirdulek il-Fidi (w-MT01 7/1 pġi. 18-21)
Nru. 2: Atti 19:1-22
Nru. 3: eKienet Marija Konċeputa b’Mod Immakulat? (rs pġ. 257 ¶3–pġ. 258 ¶1)
Nru. 4: Xi Jfisser li Nkomplu ‘Nfittxu l-Ewwel is-Saltna’
Lul. 21 Qari tal-Bibbja: Atti 22-25 Għanja 222
Kwalità tad-Diskors: Kuntatt Viżwali Meta Tagħti Taħdita (be pġ. 125 ¶5–pġ. 127 ¶1)
Nru. 1: Kemm Int Verament Tolleranti? (w-MT01 7/15 pġi. 21-3)
Nru. 2: Atti 24:1-23
Nru. 3: Huwa x-Xitan Reali?
Nru. 4: Il-Kristjani Kollha Għandhom Ikunu Ministri (td-MT 23A)
Lul. 28 Qari tal-Bibbja: Atti 26-28 Għanja 14
Kwalità tad-Diskors: Kif Tkun Naturali fil-Ministeru taʼ l-Għalqa (be pġ. 128 ¶1–pġ. 129 ¶1)
Nru. 1: Ebda Sena Żero (si pġ. 282 ¶24-6)
Nru. 2: w-MT01 7/1 pġ. 13 ¶5-pġ 14 ¶8
Nru. 3: Huwa Xieraq li Nitolbu lil Marija biex Tidħol Għalina? (rs pġ. 258 ¶4–pġ. 259 ¶1)
Nru. 4: Kif Nuru Rispett għall-Għotja tal-Ħajja
Awis. 4 Qari tal-Bibbja: Rumani 1-4 Għanja 106
Kwalità tad-Diskors: Kif Tkun Naturali fuq il-Platform (be pġ. 129 ¶2–pġ. 130 ¶1)
Nru. 1: Kif Tagħti Ruħek għall-Qari (be pġ. 23 ¶4–pġ. 26 ¶5)
Nru. 2: Rumani 2:1-24
Nru. 3: Għext Darba Oħra Qabel il-Ħajja t’Issa?
Nru. 4: Kwalifiki għall-Ministeru (td-MT 23B)
Awis. 11 Qari tal-Bibbja: Rumani 5-8 Għanja 179
Kwalità tad-Diskors: Kif Tkun Naturali Meta Taqra fil-Pubbliku (be pġ. 130 ¶2-4)
Nru. 1: ‘Barkiet Jinżlu fuq il-Ġust’ (w-MT01 7/15 pġi. 24-7)
Nru. 2: Rumani 5:6-21
Nru. 3: fTemmen Int bil-Verġni Marija? (rs pġ. 260 ¶4–pġ. 261 ¶2)
Nru. 4: Għandek Temmen bir-Riinkarnazzjoni?
Awis. 18 Qari tal-Bibbja: Rumani 9-12 Għanja 206
Kwalità tad-Diskors: L-Indafa Persunali Ssebbaħ il-Messaġġ (be pġ. 131 ¶1-3)
Nru. 1: Ħalli Drawwietek Jaħdmu għall-Ġid Tiegħek (w-MT01 8/1 pġi. 19-22)
Nru. 2: w-MT01 8/15 pġ. 22 ¶10-13
Nru. 3: Il-Bnedmin Bidluha l-Bibbja?
Nru. 4: Ir-Raġuni għall-Oppożizzjoni Lejn il-Kristjani (td-MT 24A)
Awis. 25 Qari tal-Bibbja: Rumani 13-16 Għanja 43
Kwalità tad-Diskors: Kif il-Modestja u l-Moħħ f’Loku Jeffettwaw l-Ilbies u d-Dehra taʼ Dak li Jkun (be pġ. 131 ¶4–pġ. 132 ¶3)
Reviżjoni Orali
Sett. 1 Qari tal-Bibbja: 1 Korintin 1-9 Għanja 48
Kwalità tad-Diskors: Kemm Jiswa l-Ilbies Xieraq (be pġ. 132 ¶4–pġ. 133 ¶1)
Nru. 1: Kif Tistudja (be pġ. 27 ¶1−pġ. 31 ¶2)
Nru. 2: 1 Korintin 3:1-23
Nru. 3: Xi Jfisser il-Kliem fi Ġwann 6:53-57? (rs pġ. 263 ¶3-4)
Nru. 4: Huwa l-Faqar Qatt Raġuni Tajba biex Tisraq?
Sett. 8 Qari tal-Bibbja: 1 Korintin 10-16 Għanja 123
Kwalità tad-Diskors: Dehra Persunali Tajba Ma Tfixkel lil Ħadd (be pġ. 133 ¶2-4)
Nru. 1: Egħleb l-Ostakli li Jfixklu l-Progress Tiegħek! (w-MT01 8/1 pġi. 28-30)
Nru. 2: 1 Korintin 12:1-26
Nru. 3: Għala Alla Jħalli li Jseħħu Affarijiet Ħżiena?
Nru. 4: Il-Mara M’Għandhiex Tħalli lir-Raġel Jifridha minn Alla (td-MT 24B)
Sett. 15 Qari tal-Bibbja: 2 Korintin 1-7 Għanja 16
Kwalità tad-Diskors: Poża Tajba u Tagħmir Pulit (be pġ. 133 ¶5–pġ. 134 ¶4)
Nru. 1: Kif Ikollok Suċċess fiż-Żgħożija Tiegħek (w-MT01 8/15 pġi. 4-7)
Nru. 2: 2 Korintin 6:1–7:1
Nru. 3: L-Attitudni taʼ Kristjan Lejn l-Awtoritajiet Sekulari (rs pġ. 270 ¶1-3)
Nru. 4: Jimpurtah Alla mit-Tinġis taʼ l-Art?
Sett. 22 Qari tal-Bibbja: 2 Korintin 8-13 Għanja 207
Kwalità tad-Diskors: Kif Tistaʼ Tnaqqas l-Ansjetà Meta Titkellem (be pġ. 135 ¶1–pġ. 137 ¶2)
Nru. 1: Kif Tista Tieħu Deċiżjonijiet Tajbin (w-MT01 9/1 pġi. 27-30)
Nru. 2: 2 Korintin 8:1-21
Nru. 3: X’Jiġrilha r-Ruħ wara l-Mewt
Nru. 4: Ir-Raġel M’Għandux Jippermetti lill-Mara Żżommu milli Jaqdi ’l Alla (td-MT 24Ċ)
Sett. 29 Qari tal-Bibbja: Galatin 1-6 Għanja 163
Kwalità tad-Diskors: Kif Tikseb l-Ekwilibriju (be pġ. 137 ¶3–pġ. 138 ¶5)
Nru. 1: Il-Valur Kbir tad-Dati li Huma taʼ Importanza Vitali (si pġi. 282-3 ¶27-30)
Nru. 2: w-MT01 9/1 pġ. 15 ¶8–pġ. 17 ¶11
Nru. 3: F’Liema Ċirkustanzi Alla Ħalla lill-Iżraelin Jieħdu Sehem fil-Gwerer? (rs pġ. 271 ¶5–pġ. 273 ¶1)
Nru. 4: Kif Nafu li s-Saltna t’Alla Qed Taħkem
Ott. 6 Qari tal-Bibbja: Efesin 1-6 Għanja 99
Kwalità tad-Diskors: L-Importanza tal-Proċess li Jżid il-Volum tal-Leħen (be pġ. 139 ¶1–pġ. 140 ¶1)
Nru. 1: L-Istudju Huwa Premjanti (be pġ. 31 ¶3–pġ. 32 ¶4)
Nru. 2: Efesin 2:1-22
Nru. 3: Il-Fidi f’Alla Hi Realistika
Nru. 4: Profeti Foloz Imbassrin; Kienu Jeżistu fi Żmien l-Appostli (td-MT 25A)
Ott. 13 Qari tal-Bibbja: Filippin 1–Kolossin 4 Għanja 105
Kwalità tad-Diskors: Uża l-Mikrofoni b’Mod Effettiv (be pġ. 140 ¶2–pġ. 142 ¶1)
Nru. 1: Imxi ‘fit-Triq ir-Rettaʼ (w-MT01 9/15 pġi. 24-8)
Nru. 2: Filippin 2:1-24
Nru. 3: Liema Skritturi Jinfluwenzaw l-Attitudni taʼ Kristjan Lejn iċ-Ċerimonji Patrijottiċi? (rs pġ. 274
¶2–pġ. 275 ¶3)
Nru. 4: Dak li Jehovah Jeħtieġ Minna Llum
Ott. 20 Qari tal-Bibbja: 1 Tessalonikin 1–2 Tessalonikin 3 Għanja 145
Kwalità tad-Diskors: L-Użu tal-Bibbja Meta Twieġeb (be pġ. 143 ¶1-3)
Nru. 1: Kif Jehovah Iħares Lejn iż-Żmien (si pġi. 283-4 ¶31-3)
Nru. 2: w-MT01 10/15 pġ. 23 ¶6–pġ. 24 ¶9
Nru. 3: Min Imur is-Sema?
Nru. 4: Reliġjon Waħda Biss Hija Vera (td-MT 26A)
Ott. 27 Qari tal-Bibbja: 1 Timotju 1–2 Timotju 4 Għanja 46
Kwalità tad-Diskors: Kif Tuża l-Bibbja Aħjar (be pġ. 144 ¶1-4)
Reviżjoni Orali
Nov. 3 Qari tal-Bibbja: Titu 1–Filemon Għanja 30
Kwalità tad-Diskors: L-Użu tal-Bibbja Inkuraġġit (be pġi. 145-6)
Nru. 1: Kif Tagħmel Riċerka bil-Bibbja (be pġ. 33 ¶1–pġ. 35 ¶2)
Nru. 2: Filemon 1-25
Nru. 3: Se Tkun Monotona l-Ħajja Perfetta?
Nru. 4: Għala l-Isem Jehovah Jintuża fin-New World Translation taʼ l-Iskrittura Griega Kristjana? (rs pġ. 278 ¶1-3)
Nov. 10 Qari tal-Bibbja: Lhud 1-8 Għanja 149
Kwalità tad-Diskors: L-Importanza taʼ li Nintroduċu l-Iskritturi b’Mod Effettiv (be pġ. 147 ¶1–pġ. 148 ¶2)
Nru. 1: Ħenok Mexa m’Alla f’Dinja li Tiċħad ’l Alla (w-MT01 9/15 pġi. 29-31)
Nru. 2: Lhud 2:1-18
Nru. 3: Duttrina Falza Hija Kundannata Kif Inhu Xieraq (td-MT 26B)
Nru. 4: Dawk li Jiġu Rxoxtati Kif Se Jsir Ħaqq Minnhom Skond l-Għemejjel Tagħhom?
Nov. 17 Qari tal-Bibbja: Lhud 9-13 Għanja 144
Kwalità tad-Diskors: Jintgħażlu Kummenti Xierqa biex Jintroduċu l-Iskritturi (be pġ. 148 ¶3–pġ. 149 ¶2)
Nru. 1: Xi Jfisser li Tkun Leali? (w-MT01 10/1 pġi. 20-3)
Nru. 2: Lhud 9:11-28
Nru. 3: Huma l-Ħlejjaq tas-Sema t’Alla Organizzati? (rs pġ. 280 ¶2-3)
Nru. 4: Għala Huwa taʼ Benefiċċju li Nipprattikaw Kondotta li Tonora lil Alla
Nov. 24 Qari tal-Bibbja: Ġakbu 1-5 Għanja 88
Kwalità tad-Diskors: Enfasi Xierqa Tinvolvi l-Emozzjoni (be pġ. 150 ¶1-2)
Nru. 1: Inkejlu l-Ġrajjiet mal-Milja taż-Żmien (si pġi. 284-5¶1-4)
Nru. 2: w-MT01 11/1 pġ. 12 ¶15–pġ. 13 ¶19
Nru. 3: Il-Valur tal-Modestja
Nru. 4: Li Wieħed Jibdel ir-Reliġjon Tiegħu Huwa Essenzjali Jekk Ikun Hemm il-Provi li Din Tkun Ħażina (td-MT 26Ċ)
Diċ. 1 Qari tal-Bibbja: 1 Pietru 1–2 Pietru 3 Għanja 54
Kwalità tad-Diskors: Enfasizza l-Kliem li Suppost (be pġ. 150 ¶3–pġ. 151 ¶2)
Nru. 1: Kif Titgħallem Tuża Għodod Oħrajn għar-Riċerka (be pġ. 35 ¶3–pġ. 38 ¶4)
Nru. 2: 1 Pietru 1:1-16
Nru. 3: Turi l-Bibbja li l-Kristjani Veri Kienu Se Jkunu Organizzati? (rs pġ. 282 ¶1-4)
Nru. 4: Kif is-Sagrifiċċju tal-Fidwa taʼ Ġesù Għandu Jeffettwalna Ħajjitna
Diċ. 8 Qari tal-Bibbja: Ġuda–3 Ġwann (1 Ġwann 1–Ġuda, NW) Għanja 22
Kwalità tad-Diskors: Metodi Kif Tenfasizza (be pġ. 151 ¶3–pġ. 152 ¶5)
Nru. 1: Ħares il-Kuxjenza Tiegħek (w-MT01 11/1 pġi. 4-7)
Nru. 2: 1 Ġwann 3:1-18
Nru. 3: Għala l-Bibbja Ma Taħtix għal Meta n-Nisa Jiġu Trattati b’Nuqqas taʼ Rispett
Nru. 4: Il-Fatt li Jidher li Hemm “it-Tajjeb fir-Reliġjonijiet Kollha” Ma Jfissirx li Alla Japprovahom (td-MT 26D)
Diċ. 15 Qari tal-Bibbja: Apokalissi 1-6 Għanja 219
Kwalità tad-Diskors: L-Iskritturi Applikati b’Mod Korrett (be pġ. 153 ¶1–pġ. 154 ¶3)
Nru. 1: Il-Fidi taʼ Noè Tikkundanna lid-Dinja (w-MT01 11/15 pġi. 28-31)
Nru. 2: Apokalissi 2:1-17
Nru. 3: Kif Tistaʼ Tingħaraf il-Parti Viżibbli taʼ l-Organizzazzjoni taʼ Jehovah? (rs pġ. 283 ¶4–pġ. 284 ¶2)
Nru. 4: Għala l-Milied M’Huwiex għall-Kristjani
Diċ. 22 Qari tal-Bibbja: Apokalissi 7-14 Għanja 6
Kwalità tad-Diskors: Uri b’Mod Ċar Kif l-Iskritturi Japplikaw (be pġ. 154 ¶4–pġ. 155 ¶4)
Nru. 1: Tistaʼ Tevita Attakk tal-Qalb Spiritwali (w-MT01 12/1 pġi. 9-13)
Nru. 2: w-MT01 12/15 pġ. 17 ¶10–pġ. 18 ¶13 (inkluż in-nota taʼ taħt)
Nru. 3: Kif Tistaʼ Tegħleb il-Pressjoni Mingħand Dawk li Huma taʼ Mparek
Nru. 4: Ritorn Inviżibbli għall-Bnedmin (td-MT 27A)
Diċ. 29 Qari tal-Bibbja: Apokalissi 15-22 Għanja 60
Kwalità tad-Diskors: Irraġuna mill-Iskrittura (be pġ. 155 ¶5–pġ. 156 ¶5)
Reviżjoni Orali
[Noti taʼ taħt]
a Inkariga lill-aħwa rġiel biss.
b Skond ma jippermetti l-ħin, ikkunsidra t-tweġibiet għal dak li jistaʼ jsostni l-inkwilin, l-oġġezzjonijiet tiegħu, u affarijiet oħrajn simili li se jkunu l-iktar utli għall-bżonnijiet tat-territorju lokali.
c Skond ma jippermetti l-ħin, ikkunsidra t-tweġibiet għal dak li jistaʼ jsostni l-inkwilin, l-oġġezzjonijiet tiegħu, u affarijiet oħrajn simili li se jkunu l-iktar utli għall-bżonnijiet tat-territorju lokali.
d Skond ma jippermetti l-ħin, ikkunsidra t-tweġibiet għal dak li jistaʼ jsostni l-inkwilin, l-oġġezzjonijiet tiegħu, u affarijiet oħrajn simili li se jkunu l-iktar utli għall-bżonnijiet tat-territorju lokali.
e Skond ma jippermetti l-ħin, ikkunsidra t-tweġibiet għal dak li jistaʼ jsostni l-inkwilin, l-oġġezzjonijiet tiegħu, u affarijiet oħrajn simili li se jkunu l-iktar utli għall-bżonnijiet tat-territorju lokali.
f Skond ma jippermetti l-ħin, ikkunsidra t-tweġibiet għal dak li jistaʼ jsostni l-inkwilin, l-oġġezzjonijiet tiegħu, u affarijiet oħrajn simili li se jkunu l-iktar utli għall-bżonnijiet tat-territorju lokali.