LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 10/02 p. 2
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 14 t’Ottubru
  • Ġimgħa li Tibda 21 t’Ottubru
  • Ġimgħa li Tibda 28 t’Ottubru
  • Ġimgħa li Tibda 4 taʼ Novembru
Il-Ministeru tas-Saltna—2002
km 10/02 p. 2

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Ġimgħa li Tibda 14 t’Ottubru

Għanja 103

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-​Ministeru tas-​Saltna. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jaqra Numri kapitlu 25 u l-​Insight, it-​2 Volum, paġna 419, paragrafi 3-5, u mbagħad jara l-​vidjo Warning Examples for Our Day bħala preparazzjoni għad-​diskussjoni fil-​Laqgħa tas-​Servizz għall-​ġimgħa tat-​28 t’Ottubru. Billi tuża s-​suġġerimenti f’paġna 8, ħejji turija dwar kif jiġi preżentat It-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 t’Ottubru. Uża t-​turija biex turi mod kif wieħed iwieġeb lil xi ħadd li jipprova jwaqqaf id-​diskussjoni billi jgħid “Jien diġà midħla sew taʼ xogħolkom.”​—Ara l-​ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq il-​Bibbja, paġna 12.

15 min: Bżonnijiet lokali.

20  min: “Kif l-​Indokraturi taʼ l-​Istudju tal-​Ktieb tal-​Kongregazzjoni Juru Interess Persunali.” Diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba li għandha tingħata minn indokratur taʼ l-​Istudju tal-​Ktieb tal-​Kongregazzjoni. Fil-​kummenti tal-​ftuħ, spjega fil-​qosor kif inbeda l-​arranġament taʼ l-​istudju tal-​ktieb. (jv 237, par. 4) Irranġa bil-​quddiem għal żewġ jew tliet pubblikaturi biex jikkummentaw dwar kif ibbenefikaw mill-​interess li ntwera lilhom personalment permezz taʼ l-​Istudju tal-​Ktieb tal-​Kongregazzjoni.

Għanja 65 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 21 t’Ottubru

Għanja 206

10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet.

35 min: “Nibbenefikaw bis-​Sħiħ mill-​Konvenzjoni Distrettwali ‘Proklamaturi Żelużi tas-​Saltna.’” Trid tingħata mill-​ħu li jikkonduċi l-​Istudju tat-​Torri taʼ l-​Għassa. Wara introduzzjoni taʼ minuta, kompli b’diskussjoni maʼ l-​udjenza dwar il-​programm tal-​konvenzjoni distrettwali, billi tuża l-​mistoqsijiet li hemm provduti fl-​artiklu. Qassam sew il-​ħin li għandek. Tistaʼ tagħmel kummenti qosra biex tfakkar il-​punti ewlenin. Meta jkun xieraq, staqsi lill-​udjenza kif qegħdin japplikaw dak li tgħallmu u x’benefiċċji qegħdin jaħsdu milli jagħmlu dan.

Għanja 194 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 28 t’Ottubru

Għanja 110

8 min: Avviżi lokali. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jirrivedi n-​noti li ħa fl-​aħħar jum t’assemblea speċjali bħala preparazzjoni għad-​diskussjoni fil-​Laqgħa tas-​Servizz tal-​ġimgħa d-​dieħla. Fakkar lill-​pubblikaturi biex jitfgħu r-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal Ottubru. Billi tuża s-​suġġerimenti f’paġna 8, ħejji turija minn oħt li turi kif tippreżenta t-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Novembru u ħu li juri kif jippreżenta Stenbaħ! tat-​8 taʼ Novembru. Wara kull turija, tkellem fil-​qosor dwar xi aspett pożittiv tal-​preżentazzjoni.

12 min: Esperjenzi lokali. Stieden lill-​aħwa fil-​kongregazzjoni biex jirrakkontaw xi esperjenzi li kellhom huma u sejrin lejn il-​konvenzjoni distrettwali jew ġejjin lura, waqt il-​konvenzjoni, jew f’għoti taʼ xiehda informali fuq ix-​xogħol, l-​iskola, meta jmorru jixtru, u f’postijiet oħrajn.

25 min: “Appell mill-​Qalb biex Nagħtu Kas l-​Eżempji taʼ Twissija għal Żmienna.” Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, imbagħad kompli b’diskussjoni maʼ l-​udjenza billi tuża kull mistoqsija li hi preżentata fl-​artiklu. F’Diċembru se nirrivedu l-​vidjo No Blood​—Medicine Meets the Challenge (Mingħajr Demm—Il-​Mediċina Tilqaʼ l-​Isfida).

Għanja 41 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 4 taʼ Novembru

Għanja 66

10 min: Avviżi lokali. Irrivedi fil-​qosor xi ftit suġġerimenti mill-​insert fil-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Jannar 2002 dwar kif tippreżenta l-​browxer X’Jirrikjedi u l-​ktieb Għarfien. Uri waħda mill-​preżentazzjonijiet.

13 min: Ma Nistħux mill-​Evanġelju. (Rum. 1:​16) Żagħżugħa jew żagħżugħ javviċina lil missieru bi problema. Hu joqgħod lura milli juri li hu wieħed mix-​Xhieda taʼ Jehovah minħabba l-​biżaʼ li jiġi ridikolat minn sħabu. Il-​missier jirringrazzjah għas-​sinċerità tiegħu dwar il-​problema. Hu jirrakkonta dwar kif darba Pietru rreaġixxa minħabba l-​pressjoni minn sħabu. (Mt. 26:​69-​74) Il-​missier joffri dan il-​parir: Qatt m’għandna nistħu li nuru min aħna bħala Kristjani. (Mk. 8:​38) Huwa vantaġġuż li tidentifika lilek innifsek bħala Xhud fl-​iskola. Meta jkunu informati, ħafna għalliema se jirrispettaw it-​twemmin tiegħek u jipprovaw ma jinvolvukx f’attivitajiet li ssib oġġezzjoni għalihom. Se jkun hemm inqas ċans li żgħażagħ bla prinċipji jipprovaw jagħmlulek pressjoni biex iwaqqgħuk f’imġiba mhix xierqa. Xi tfal oħrajn tal-​klassi se jkunu iktar lesti li jifhmu għala tagħżel li ma tinnamrax, ma tipparteċipax f’attivitajiet sportivi barra mill-​ħin taʼ l-​iskola, jew tieħu sehem f’attivitajiet oħrajn wara l-​iskola. Skond ma jippermetti l-​ħin, il-​missier u ż-​żagħżugħ jiddiskutu punti mis-​sottitlu “Stqarr Pubblikament il-​Ħbiberija Tiegħek m’Alla” fil-​ktieb Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu, paġni 315-​18. Iż-​żagħżugħ jesprimi apprezzament għall-​parir tajjeb.

22 min: Oqogħdu għar-​Rieda t’Alla​—Ieqfu lix-​Xitan. (Ġak. 4:7) Billi juża l-​mistoqsijiet provduti hawnhekk, anzjan jikkonduċi diskussjoni ħajja maʼ l-​udjenza dwar il-​programm tal-​jum t’assemblea speċjali li nżamm matul l-​aħħar sena taʼ servizz. Stieden lill-​aħwa fil-​kongregazzjoni biex jirrakkontaw kif irnexxielhom japplikaw dak li tgħallmu. (Il-partijiet jistgħu jingħataw minn qabel.) Enfasizza dawn il-​partijiet mill-​programm: (1) “Noqogħdu għar-​Rieda t’Alla f’Dinja Mjassra.” Għalfejn irridu noqogħdu attenti biex nevitaw in-​nases taʼ Satana? (2) “Nuru li Noqogħdu għar-​Rieda t’Alla Bħala Membri tal-​Familja.” Għalfejn hemm bżonn urġenti fl-​organizzazzjoni taʼ Jehovah biex jissaħħu r-​relazzjonijiet fil-​familja? Dan kif jistaʼ jsir? (3) “Għin lid-​Dixxipli l-​Ġodda Jieqfu Sodi fuq in-​Naħa taʼ Jehovah.” Kif nistgħu ngħinu lil uħud ġodda biex jegħlbu l-​ostakli li jġarrbulhom il-​fidi tagħhom? (4) “Xi Jfisser li Tiqaflu lix-​Xitan.” X’inhi ċ-​ċavetta biex tirreżisti b’suċċess lix-​Xitan? Kif tistaʼ tipproteġina l-​armatura spiritwali deskritta f’Efesin 6:​11-​18? (w92 5/15 21-3) (5) “Żgħażagħ li Jirreżistu b’Suċċess lil Dak il-​Ħażin u mill-​Agħar” u “Żgħażagħ li Jibbenefikaw Għaliex Joqogħdu għar-​Rieda t’Alla.” X’inhuma xi ftit mill-​mezzi taʼ Satana li ż-​żgħażagħ iridu jgħassu għalihom? Iż-​żgħażagħ kif jiġu mberkin meta jissottomettu ruħhom lejn Jehovah? (w-MT90 11/1 9-​10, pari. 15-​17) (6) “Nibbenefikaw Għaliex Noqogħdu għar-​Rieda t’Alla.” Spjega kif il-​Kristjani juru sottomissjoni lejn awtoritajiet governattivi, dawk li jimpjegawhom sekularment, fiċ-​ċirku tal-​familja, u fil-​kongregazzjoni Kristjana. Xi kwalitajiet se jgħinuna biex nagħmlu dan?

Għanja 185 u talba taʼ l-​għeluq.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja