LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 11/02 p. 7
  • Kaxxa għall-Mistoqsija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kaxxa għall-Mistoqsija
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Materjal Simili
  • Metodi taʼ kif tiġi pritkata l-aħbar tajba
    Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
  • Ħa Tinbena l-Kongregazzjoni
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Se Tmur Toqgħod xi Mkien Ieħor?
    Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Kif Jgħinna l-Arranġament taʼ l-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2002
km 11/02 p. 7

Kaxxa għall-​Mistoqsija

◼ X’inhuma l-​vantaġġi meta nattendu l-​kongregazzjoni li tieħu ħsieb it-​territorju li ngħixu fih?

Permezz taʼ l-​arranġament tal-​kongregazzjoni, nirċievu inkuraġġiment li ‘jħajjarna għall-​imħabba u għall-​għemil tajjeb.’ (Lhud 10:​24, 25) Permezz tal-​kongregazzjoni nitgħallmu l-​verità u niġu mgħammrin biex inwettqu l-​inkarigu tagħna li nagħmlu dixxipli. (Mt. 28:​19, 20) Barra minn hekk, niġu msaħħin biex nissaportu l-​provi fedelment u nsibu indokraturi kollhom imħabba li qegħdin hemm biex jgħinuna inkampaw mal-​pressjonijiet u l-​ansjetajiet li dejjem jiżdiedu. B’mod ċar, il-​kongregazzjoni hija vitali biex nibqgħu ħajjin spiritwalment. Madankollu, hemm xi vantaġġi meta nattendu l-​kongregazzjoni li tieħu ħsieb it-​territorju li ngħixu fih?

Iċ-ċirkustanzi individwali jvarjaw, u fatturi bħalma huma x-​xogħol sekulari, sieħeb jew sieħba li mhix taʼ l-​istess twemmin, u t-​trasport jistgħu jeffettwaw id-​deċiżjoni finali taʼ l-​individwu f’din il-​ħaġa. Madankollu, meta persuna tassoċja mal-​kongregazzjoni li tieħu ħsieb it-​territorju li tgħix fih, żgur li se jkun hemm vantaġġi, kemm spiritwali u kemm oħrajn. F’każ taʼ xi emerġenza, l-​anzjani għandhom mnejn ikunu jistgħu jikkuntattjaw lill-​pubblikaturi kollha iktar malajr. Kaxxi għall-​Mistoqsija li ħarġu fil-​passat enfasizzaw numru taʼ vantaġġi oħrajn.—Mejju 1991, Marzu 1976, u Jannar 1967.

Ġeneralment, huwa iktar konvenjenti li nattendu l-​laqgħat fil-​qrib, biex b’hekk inkunu nistgħu naslu kmieni biżżejjed ħalli nitkellmu m’oħrajn, nieħdu ħsieb l-​affarijiet neċessarji, u nieħdu sehem fl-​għanja u t-​talba. Meta wħud ġodda interessati jkunu jgħixu fl-​inħawi tagħna, ġeneralment inkunu f’pożizzjoni aħjar biex nikkuntattjawhom, nikkonduċu studji tal-​Bibbja magħhom, u nidderiġuhom lejn il-​laqgħat li huma l-​iktar konvenjenti għalihom.

Aħna fiduċjużi li l-​kapijiet tal-​familja se jikkunsidraw din il-​ħaġa bit-​talb, billi jiżnu l-​fatturi kollha involuti biex jiddeterminaw x’inhu l-​aħjar għas-​saħħa spiritwali u fiżika tal-​familja tagħhom.—1 Tim. 5:8.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja