LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 2/03 p. 2
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 10 taʼ Frar
  • Ġimgħa li Tibda 17 taʼ Frar
  • Ġimgħa li Tibda 24 taʼ Frar
  • Ġimgħa li Tibda 3 taʼ Marzu
Il-Ministeru tas-Saltna—2003
km 2/03 p. 2

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Ġimgħa li Tibda 10 taʼ Frar

Għanja 4

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-​Ministeru tas-​Saltna. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jara l-​vidjo Faithful Under Trials​—Jehovah’s Witnesses in the Soviet Union (Leali fil-​Provi—Ix-​Xhieda taʼ Jehovah fl-​Unjoni Sovjetika) bħala preparazzjoni għad-​diskussjoni fil-​Laqgħa tas-​Servizz għall-​ġimgħa taʼ l-​24 taʼ Frar. Uża s-​suġġerimenti f’paġna 8, u ħejji turija taʼ kif jiġi preżentat it-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Frar u Stenbaħ! tat-​8 taʼ Frar. Iż-​żewġ rivisti għandhom jiġu offruti flimkien, avolja It-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Frar biss se jiġi preżentat.

35 min: “Ippriedka u Agħti Xiehda bir-​Reqqa.” a Għandha tingħata mill-​indokratur tas-​servizz. Ħeġġeġ lil kulmin jistaʼ biex jaqdi bħala pijunier awżiljarju f’Marzu u f’April. Stieden lil dawk li qdew bħala pijunieri fl-​istaġun tat-​Tifkira tal-​Mewt taʼ Ġesù tas-​sena l-​oħra biex jagħtu l-​kummenti tagħhom. X’arranġamenti għamlu biex jaqdu bħala pijunieri? Liema sforz u bidliet kienu meħtieġa? X’ferħ u barkiet esperjenzaw? Irrivedi l-​iskedi mogħtija bħala eżempju fil-​kaxxa f’paġna 4. Ħabbar li l-​applikazzjonijiet għas-​servizz taʼ pijunier awżiljarju se jkunu disponibbli wara l-​laqgħa.

Għanja 30 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 17 taʼ Frar

Għanja 48

10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet. Irrivedi l-​offerta taʼ letteratura għal Marzu. Semmi suġġeriment jew tnejn taʼ kif jiġi preżentat il-​ktieb Għarfien, waqt li tuża xi punti msemmijin fl-​insert tal-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Jannar, 2002. Enfasizza l-​mira taʼ li jinbdew studji tal-​Bibbja fid-​djar.

15 min: “Tistaʼ Toffri li Jsir f’Darek?” Taħdita minn indokratur taʼ l-​istudju tal-​ktieb. Inkludi kummenti mill-​Kaxxi għall-​Mistoqsija f’Il-Ministeru tas-​Saltna t’April 2001 u l-​Our Kingdom Ministry taʼ Frar 1990. Semmi kemm hemm gruppi għall-​istudju tal-​ktieb fil-​kongregazzjoni u x’inhi l-​attendenza medja. Stieden pubblikatur jew tnejn biex jgħidu kif huma u l-​familji tagħhom ibbenefikaw għax laqgħu l-​istudju tal-​ktieb f’darhom. Kulmin jixtieq jagħmel lil daru disponibbli għandu jgħarraf lill-​indokratur li jippresiedi.

20 min: “X’Inhi l-​Prijorità Tiegħek?”b Ħejji minn qabel lil xi pubblikatur jew tnejn biex jikkummentaw dwar kif irnexxielhom jirranġaw iċ-​ċirkustanzi tagħhom biex jagħmlu iktar fil-​ministeru.

Għanja 57 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 24 taʼ Frar

Għanja 74

10 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-​pubblikaturi biex jitfgħu r-​rapport tas-​servizz taʼ lgħalqa għal Frar. Uża s-​suġġerimenti taʼ paġna 8 u ħejji żewġ turijiet separati taʼ kif jiġu preżentati t-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 taʼ Marzu u Stenbaħ! tat-​8 taʼ Marzu. F’kull turija, iż-​żewġ rivisti jridu jiġu offruti flimkien, anki jekk jiġi preżentat wieħed minnhom biss.

10 min: “Għajnuna f’Waqtha.” Taħdita minn anzjan. Enfasizza l-​punt li l-​isforz speċjali li qed isir biex tingħata l-​għajnuna lil uħud inattivi jirrifletti l-​interess kollu mħabba li Jehovah juri lejn il-​poplu tiegħu.

25 min: “Vidjo li Se Jilluminak u Jqanqlek!” Ibda mill-​ewwel b’diskussjoni maʼ l-​udjenza tal-​vidjo Faithful Under Trials, waqt li tuża l-​mistoqsijiet li huma provduti. Qassam il-​ħin bir-​reqqa sabiex tagħti ċans li jsiru bosta kummenti fuq l-​aħħar mistoqsija. Ikkonkludi billi taqra l-​kaxxa f’paġna 192 tat-​2002 Yearbook.

Għanja 56 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 3 taʼ Marzu

Għanja 14

10 min: Avviżi lokali. Iddiskuti fil-​qosor “Arranġament Ġdid għal-​Libreriji tas-​Swali tas-​Saltna.” Semmi min se jaqdi bħala librar fil-​librerija tas-​Sala tas-​Saltna.

15 min: Bżonnijiet lokali.

20 min: “Kunu Moħħkom f’Loku Hekk Kif Joqrob it-​Tmiem.”c Meta tkun qed tiddiskuti paragrafi 3-4, stieden lill-​pubblikaturi biex jgħidu liema miri spiritwali qed jipprovaw jilħqu bħalissa. Inkludi kummenti minn paġna 176 tal-​ktieb Qim lil Alla.

Għanja 127 u talba taʼ l-​għeluq.

[Noti taʼ taħt]

a Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

b Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

c Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja