LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 2/03 p. 1
  • Tistaʼ Toffri li Jsir f’Darek?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tistaʼ Toffri li Jsir f’Darek?
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • Materjal Simili
  • Kaxxa għall-Mistoqsija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • L-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni—Għala Għandna Bżonnu
    Il-Ministeru tas-Saltna—2004
  • Kif Jgħinna l-Arranġament taʼ l-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Kif Tibbenefika mill-Grupp Tiegħek tas-Servizz tal-Għalqa
    Il-Ministeru tas-Saltna—2012
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2003
km 2/03 p. 1

Tistaʼ Toffri li Jsir f’Darek?

1 Fl-​ewwel seklu, ħafna Kristjani offrew djarhom biex jintużaw għal-​laqgħat tal-​kongregazzjoni. (1 Kor. 16:19; Kol. 4:15; Flm. 1, 2) Illum, f’xi kongregazzjonijiet m’hemmx biżżejjed postijiet fejn jiltaqgħu l-​gruppi taʼ l-​Istudju tal-​Ktieb tal-​Kongregazzjoni u l-​laqgħat tas-​servizz taʼ l-​għalqa. Dan jistaʼ jwassal biex f’xi gruppi taʼ l-​istudju tal-​ktieb ikun hemm 30 ruħ jew iktar, kważi d-​doppju taʼ l-​ammont rikkmandat taʼ xi 15-il ruħ.

2 Privileġġ mill-​Aqwa: Ġieli ħsibt biex toffri darek ħalli fiha jiltaqaʼ l-​Istudju tal-​Ktieb tal-​Kongregazzjoni? Kamra mdaqqsa li tkun nadifa, imdawla sew, u arjuża hija ideali għal dan l-​iskop. Peress li l-​istudju tal-​ktieb huwa laqgħa tal-​kongregazzjoni u huwa parti mill-​arranġament taʼ Jehovah biex jgħallem lill-​poplu tiegħu, li jkollok studju tal-​ktieb f’darek huwa privileġġ mill-​aqwa. Ħafna jgħidu li bbenefikaw spiritwalment talli offrew darhom għal dan l-​iskop.

3 Jekk taħseb li darek hija addattata, inħeġġuk li tgħarraf lill-​anzjani b’dan. Għandhom mnejn ikunu qed ifittxu iżjed postijiet fejn isiru dawn il-​laqgħat. Jekk m’huwiex possibbli li jkollok studju tal-​ktieb f’darek, jistaʼ forsi jiltaqaʼ l-​grupp tas-​servizz taʼ l-​għalqa fiha? Anki jekk bħalissa m’hemmx bżonn, l-​anzjani se japprezzaw il-​fatt li jkunu jafu li darek hija disponibbli. Forsi għad tgawdi dan il-​privileġġ iktar ’il quddiem.

4 Uri Manjieri Tajbin: Meta jiltaqgħu f’dar privata dawk kollha li jattendu għandhom juru rispett lejn il-​propjetà taʼ min ikun qed jilqagħhom. Il-​ġenituri għandhom ikunu żguri li wliedhom jibqgħu fil-​post li fih isir l-​istudju, mhux jiġru ’l hemm u ’l hawn fil-​postijiet privati tad-​dar. Għandna wkoll nuru konsiderazzjoni lejn il-​ġirien, billi noqogħdu attenti li ma ndejquhomx.—2 Kor. 6:​3, 4; 1 Pt. 2:12.

5 Lhud 13:16 jinkuraġġina biex ma ‘ninsewx nagħmlu l-​ġid lil oħrajn, u naqsmu bejnietna dak li għandna, għax b’sagrifiċċji bħal dawn jitgħaxxaq Alla.’ Meta toffri darek biex tintuża għal xi laqgħa tal-​kongregazzjoni, b’mod mill-​aqwa tkun qed tagħmel il-​ġid lill-​oħrajn u ‘tweġġaħ lill-​Mulej b’ġidek.’—Prov. 3:9.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja