Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
Ġimgħa li Tibda 8 taʼ Jannar
10 min: Avviżi lokali. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jara l-vidjo No Blood—Medicine Meets the Challenge (Xejn Demm—Il-Mediċina Tilqaʼ l-Isfida) bħala preparazzjoni għad-diskussjoni li se ssir fil-Laqgħa tas-Servizz fil-ġimgħa li tibda fit-22 taʼ Jannar. Permezz tas-suġġeriment f’paġna 8 jew preżentazzjoni oħra adattata għat-territorju tiegħek, ħejji turija dwar kif jiġi offrut It-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Jannar. It-turija għandha turi kif nistgħu nkellmu lil xi ħadd li jipprova jwaqqaf il-konversazzjoni billi jgħid: “Għandi x’nagħmel.”—Ara l-ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq Il-Bibbja, pġi. 11-12.
15 min: Ibbenefika mill-ktejjeb Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum. Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza bbażati fuq id-daħla tal-ktejjeb Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2007. Iddiskuti l-bżonn li kulħadd jieħu ftit minuti kuljum biex jikkunsidra l-Iskrittura u l-kummenti. Irranġa bil-quddiem biex tqabbad lil xi persuna jew tnejn biex jikkummentaw dwar ir-rutina tagħhom li jikkunsidraw is-silta mill-Iskrittura u kif ibbenefikaw minn dan. Ikkonkludi b’diskussjoni qasira dwar l-iskrittura għas-sena 2007.
20 min: Ilħaq lil Kulħadd bl-Aħbar Tajba. Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza bbażati fuq il-ktieb Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda taʼ Ġeħova, paġna 92 sas-sottitlu f’paġna 102.
Għanja 165 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 15 taʼ Jannar
10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-Ministeru tas-Saltna.
15 min: Hemm xi Ħaġa Żżommok Lura? Taħdita minn anzjan ibbażata fuq It-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 t’April, 2002, paġni 13-15.
20 min: “M’Iniex Interessat.”a Meta tkun qed tiddiskuti paragrafu 4, staqsi lill-udjenza dwar liema kwistjonijiet qed jinkwetaw lin-nies fit-territorju lokali. Ħejji żewġ turijiet qosra li juru kif jistaʼ jirnexxilna nkellmu lil xi ħadd li jipprova jwaqqaf il-konversazzjoni billi jgħid: “M’Iniex Interessat.”—Ara l-ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq Il-Bibbja, pġi. 8-9.
Għanja 135 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 22 taʼ Jannar
5 min: Avviżi lokali. Aqra r-rapport tal-kontijiet u l-ittra taʼ ringrazzjament għad-donazzjonijiet. Billi tuża s-suġġeriment f’paġna 8 jew xi preżentazzjoni oħra li hija adattata għat-territorju tiegħek, ħejji turija dwar kif jiġi offrut It-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Frar waqt żjara lura fuq rotta bir-rivisti.
15 min: “Konvenzjoni Distrettwali tax-Xhieda taʼ Ġeħova għas-sena 2007, ‘Segwi lill-Kristu!’”b Taħdita bbażata fuq l-artiklu li jidher fil-Ministeru tas-Saltna taʼ Diċembru 2006 u li għandha tingħata mis-segretarju tal-kongregazzjoni. Ħeġġeġ lil kulħadd biex jagħmel l-arranġamenti għall-konvenzjoni malajr kemm jistaʼ jkun.
25 min: “L-Aqwa Kwalità taʼ Kura Medika—X’Inhi?” Għandha tingħata minn anzjan. Ibda mill-ewwel b’diskussjoni fuq il-vidjo No Blood maʼ l-udjenza, billi tuża l-mistoqsijiet provduti fl-artiklu. Ikkonkludi billi taqra l-aħħar paragrafu u tinkuraġġixxi lil kulħadd biex jirrivedi bir-reqqa l-artikli ċitati tat-Torri taʼ l-Għassa.
Għanja 188 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 29 taʼ Jannar
10 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-pubblikaturi biex jagħtu r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa tagħhom għal Jannar. Semmi l-offerta taʼ letteratura għal Frar, u ħejji turija.
20 min: “Preparat Int għal Diżastru Naturali?”c Għandha tingħata minn anzjan. Inkludi kummenti mill-Ministeru tas-Saltna taʼ Novembru 2005, paġna 3.
15 min: Jekk Twiegħed li Terġaʼ Tmur Lura, Mur. Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza bbażati fuq It-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Settembru, 1999, paġna 11. Stieden lil dawk fl-udjenza biex jirrakkontaw esperjenzi li juru kif ġew imberkin meta marru lura kif wiegħdu.
Għanja 137 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 5 taʼ Frar
10 min: Avviżi lokali. Agħmel avviż dwar l-arranġamenti speċjali tas-servizz taʼ l-għalqa għas-Sibt 10 taʼ Frar li se tkun festa pubblika.
15 min: Jien Hekk! Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza. Xi żgħażagħ ma jkunux iridu jgħidu li huma Xhieda taʼ Ġeħova għax jaħsbu li dawk taʼ mparhom jistgħu jwaqqgħuhom għaċ-ċajt. Madankollu, hemm raġunijiet tajbin għala għandek tgħid min int. L-għalliema li jkunu jafu bit-twemmin tiegħek x’aktarx li iktar se jirrispettawk u ma jġagħlukx tipparteċipa f’xi ħaġa mhux xierqa. Żgħażagħ neqsin mill-prinċipji morali jaħsbuha darbtejn biex jistidnuk tieħu sehem f’kondotta mhux xierqa. Oħrajn se jkunu lesti li jifhmu iktar id-deċiżjonijiet tiegħek rigward kwistjonijiet bħall-innamrar jew li tieħu sehem fi sports taʼ l-iskola u attivitajiet oħrajn wara l-ħin taʼ l-iskola. Ukoll, se tibżaʼ inqas biex tagħti xiehda l-iskola jew li tiltaqaʼ maʼ wieħed minn sħabek tal-klassi waqt li tkun qed tippriedka fit-territorju. (g02 4/8 pġ. 20) Stieden lill-pubblikaturi biex jikkummentaw dwar kif ibbenefikaw meta qalu li huma Xhieda taʼ Ġeħova fl-iskola. Tistaʼ tħejji bil-quddiem kumment jew tnejn.
20 min: “L-Imħabba—Iċ-Ċavetta għal Ministeru Produttiv.”d Inkludi kummenti mit-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Frar, 2003, paġna 23, paragrafi 16-17.
Għanja 83 u talba taʼ l-għeluq.
[Noti taʼ taħt]
a Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
b Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
c Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
d Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.