“M’Iniex Interessat”
1 Din hija reazzjoni komuni għall-messaġġ tagħna f’xi nħawi. X’se jgħinna nevitaw li naqtgħu qalbna meta niltaqgħu maʼ l-apatija fit-territorju? Kif jistaʼ jirnexxilna nqanqlu l-interess fl-aħbar tajba?
2 Ibqaʼ Ferħan: Il-fatt li niftakru għala ħafna nies għandhom l-apatija se jgħinna nibqgħu ferħanin. Nies li ġew mgħallmin it-teorija taʼ l-evoluzzjoni jew li trabbew f’soċjetà li ma temminx f’Alla għandhom mnejn ma jqisux il-Bibbja taʼ valur. Oħrajn forsi baqgħu diżappuntati bl-ipokrisija li raw fir-reliġjon. Għal xi wħud, l-apatija tagħhom tistaʼ tirrifletti l-frustrazzjoni u n-nuqqas taʼ tama li għandhom. (Efes. 2:12) Xi wħud ‘ma jagħtux kas’ għax jinsabu mtaqqlin bl-ansjetajiet tal-ħajja.—Mt. 24:37-39.
3 Minkejja r-reazzjoni negattiva taʼ xi wħud, aħna jistaʼ jkollna l-ferħ fil-ministeru, għax nafu li l-isforzi tagħna jigglorifikaw lil Ġeħova. (1 Pt. 4:11) Iktar minn hekk, li nitkellmu dwar il-verità, saħansitra maʼ dawk li għadhom ma japprezzawhiex, isaħħilna l-fidi tagħna. Ejja nagħmlu ħilitna biex inqisu lin-nies fit-territorju bħalma jqishom Ġeħova. Hu ddispjaċieh għan-nies taʼ Ninwè li ma kinux jafu “jagħżlu bejn il-lemin u x-xellug tagħhom.” (Ġona 4:11) Dawk li jgħixu fit-territorju tagħna għandhom bżonn l-aħbar tajba! Għalhekk, m’għandniex naqtgħu qalbna imma rridu nfittxu modi kif inqanqlu l-interess fil-messaġġ tal-Bibbja.
4 Iddiskuti X’Qed Jinkwieta lin-Nies Lokalment: Forsi tistaʼ ssemmi kwistjoni li qed tinkwieta lin-nies lokalment fl-introduzzjoni tiegħek u tistaqsi lill-inkwilin biex jesprimi l-ħarsa tiegħu. Agħtih widen hekk kif jitkellem, imbagħad urih il-messaġġ taʼ faraġ mill-Bibbja fi qbil maʼ dak li qed jinkwetah. Wara traġedja lokali, wieħed Xhud esprima f’kull bieb kemm kien dispjaċut sinċerament. “F’daqqa waħda, in-nies bdew jitkellmu,” qal hu. “Kelli ħafna konversazzjonijiet mill-aħjar dakinhar talli wrejt interess persunali f’dawk l-uħud li kont qed inżur.”
5 Kull problema li qed tiffaċċja l-umanità se tintemm permezz tas-Saltna t’Alla. Ipprova ifhem liema waħda l-iktar li tinkwieta lill-inkwilin. Għandu mnejn iħallik tispjegalu l-messaġġ taʼ tama mill-Bibbja. Jekk le, forsi jkun lest li jismaʼ “darb’oħra.”—Atti 17:32.