LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 9/07 p. 2
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 10 taʼ Settembru
  • Ġimgħa li Tibda 24 taʼ Settembru
  • Ġimgħa li Tibda 1 t’Ottubru
Il-Ministeru tas-Saltna—2007
km 9/07 p. 2

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Ġimgħa li Tibda 10 taʼ Settembru

Għanja 225

10 min: Avviżi lokali. Uża s-​suġġeriment f’paġna 4 jew preżentazzjoni oħra adattata għat-​territorju tiegħek biex tħejji turija dwar kif jiġi offrut It-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Settembru.

15 min: Nibbenefikaw mis-​Sottomissjoni Teokratika. Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażati fuq kapitlu 15 tal-​ktieb Organizzati biex Nagħmlu r-​Rieda taʼ Ġeħova.

20 min: “Segwi l-​Eżempju li Ħalla Ġesù.”a Stieden lil dawk fl-​udjenza biex isemmu kif ibbenefikaw mill-​eżempju tajjeb t’oħrajn.

Għanja 130 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 17 taʼ Settembru

Għanja 60

10 min: Avviżi lokali.

15 min: Kif Morna s-​Sena lOħra? L-​indokratur tas-​servizz jirrivedi s-​sena taʼ servizz li għaddiet, waqt li jiffoka fuq l-​affarijiet tajbin li twettqu fil-​ministeru. Agħti tifħir xieraq. Semmi xi punt jew tnejn li l-​kongregazzjoni għandha taħdem fuqhom fis-​sena taʼ servizz il-​ġdida. Ikkummenta fuq l-​attività tal-​pijunieri, u faħħarhom għax-​xogħol tajjeb tagħhom. Semmi xi riżultati tajbin li nkisbu mill-​isforzi biex tingħata għajnuna lil uħud inattivi.

20 min: Fratellanza Magħquda. Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażati fuq kapitlu 16 tal-​ktieb Organizzati biex Nagħmlu r-​Rieda taʼ Ġeħova.

Għanja 74 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 24 taʼ Settembru

Għanja 162

10 min: Avviżi lokali. Aqra r-​rapport tal-​kontijiet u littra taʼ ringrazzjament għad-​donazzjonijiet.

15 min: Kaxxa għall-​Mistoqsija. Diskussjoni maʼ l-​udjenza li tingħata minn anzjan. Skond ma jippermetti l-​ħin, aqra u ddiskuti l-​iskritturi ċitati.

20 min: Uża l-​Fuljett Kun Af il-​Bibbja biex Tibda Studji tal-​Bibbja f’Ottubru. Ir-​rivisti It-​Torri taʼ l-​Għassa u Awake! huma l-​offerta għal Ottubru. Fejn jintwera l-​interess, jistaʼ jintuża l-​fuljett Kun Af il-​Bibbja biex jinbeda studju tal-​Bibbja. Iddiskuti l-​fuljett fil-​qosor wara li l-​attendants iqassmu kopja waħda, jekk disponibbli, lil kulmin hu fl-​udjenza. Spjega li l-​fuljett jistaʼ jiġi kunsidrat maʼ l-​inkwilin kollu kemm hu jew parti minnu fuq l-​ewwel żjara jew meta ssir żjara lura. Uża s-​suġġeriment f’paġna 4 jew preżentazzjoni oħra adattata għat-​territorju tiegħek biex tħejji turija dwar kif jiġi offrut It-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 t’Ottubru. Fit-​turija l-​inkwilin jaċċetta r-​rivisti, il-​pubblikatur jagħtih il-​fuljett, jiddiskuti miegħu paġna 5, jirreferi għall-​kupun f’paġna 6 fejn jistaʼ jitlob għall-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem, u joffri li jmur lura bil-​ktieb.

Għanja 222 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 1 t’Ottubru

Għanja 88

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-​Ministeru tas-​Saltna. Fakkar lill-​pubblikaturi biex jagħtu r-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal Settembru.

15 min: Ittra mill-​Uffiċċju Lokali. Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażati fuq l-​ittra li tidher fl-​ewwel paġna taʼ din il-​ħarġa tal-​Ministeru tas-​Saltna. Stieden lill-​udjenza biex tirrakkonta esperjenzi lokali mill-​kampanja reċenti biex in-​nies jiġu mistidnin jattendu l-​Konvenzjoni Distrettwali “Segwi lill-​Kristu!”

20 min: “Nirsistu fil-​Ministeru Tagħna.”b Inkludi kummenti minn aħwa li qed jirsistu, u għidilhom jispjegaw kif ikomplu jfittxu modi biex jirsistu fil-​ministeru tagħhom. Tistaʼ tħejji kumment jew tnejn minn qabel.

Għanja 102 u talba taʼ l-​għeluq.

[Noti taʼ taħt]

a Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

b Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja