LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 1/08 p. 2
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 14 taʼ Jannar
  • Ġimgħa li Tibda 21 taʼ Jannar
  • Ġimgħa li Tibda 28 taʼ Jannar
  • Ġimgħa li Tibda 4 taʼ Frar
Il-Ministeru tas-Saltna—2008
km 1/08 p. 2

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Ġimgħa li Tibda 14 taʼ Jannar

Għanja 41

10 min: Avviżi lokali. Avviżi Magħżulin mill-​Ministeru tas-​Saltna. Permezz tas-​suġġerimenti f’paġna 8 jew preżentazzjonijiet oħrajn adattati għat-​territorju tiegħek, ħejji turija dwar kif jiġu offruti t-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ Jannar-Marzu u Stenbaħ! taʼ Jannar-Marzu.

15 min: “Uża b’Mod Effettiv il-​Ħin Tiegħek fil-​Ministeru.”a Intervista lil ħu li huwa eżemplari f’li jikkonduċi l-​laqgħa għas-​servizz taʼ l-​għalqa. X’jagħmel biex jipprepara għal din il-​laqgħa u juża bl-​iktar mod effettiv il-​ħin li jqattaʼ fil-​ministeru?

20 min: “Ħa Jkun Kliemkom Dejjem . . . Imħawwar bil-​Melħ.”b Meta tkun qed tikkunsidra paragrafu 2, aqra Ġwanni 4:7-15, 39.

Għanja 85

Ġimgħa li Tibda 21 taʼ Jannar

Għanja 215

10 min: Avviżi lokali. Semmi l-​offerta taʼ letteratura għal Frar, u ħejji turija taʼ waħda mill-​preżentazzjonijiet. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jara l-​vidjo Transfusion-Alternative Health Care—Meeting Patient Needs and Rights (Kura tas-​Saħħa Alternattiva għat-​Trasfużjoni—Jiġu Rispettati l-​Ħtiġijiet u d-​Drittijiet tal-​Pazjent) bħala preparazzjoni għad-​diskussjoni li se ssir fil-​Laqgħa tas-​Servizz fil-​ġimgħa li tibda fl-​4 taʼ Frar.

10 min: Qiegħed Tuża l-​Ktejjeb Neżaminaw l-​Iskrittura Kuljum? Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza bbażati fuq id-​daħla tal-​ktejjeb Neżaminaw l-​Iskrittura Kuljum—2008. Iddiskuti l-​valur taʼ li wieħed jieħu ftit minuti kuljum biex jirrivedi l-​vers Skritturali u l-​kummenti. Stieden lil dawk fl-​udjenza biex jikkummentaw dwar ir-​rutina tagħhom li jikkunsidraw l-​iskrittura u kif ibbenefikaw. Tistaʼ tħejji kumment jew tnejn minn qabel. Enfasizza fil-​qosor l-​iskrittura għas-​sena 2008.

25 min: “‘Nagħtu Xiehda bir-​Reqqa dwar l-​Aħbar Tajba.’”c (Pari. 1-10) Trid tingħata mill-​indokratur tas-​servizz. Intervista pubblikatur jew tnejn li qdew bħala pijunieri awżiljarji matul din l-​aħħar sena minkejja li għandhom skeda mimlija jew li m’humiex f’saħħithom. Kif irnexxielhom jagħmluh? Liema ferħ esperjenzaw? Meta tkun qed tikkunsidra paragrafu 7, semmi l-​iskeda għal-​laqgħat għas-​servizz taʼ l-​għalqa matul Marzu, April, u Mejju.

Għanja 177

Ġimgħa li Tibda 28 taʼ Jannar

Għanja 52

10 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-​pubblikaturi biex jitfgħu r-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal Jannar. Aqra r-​rapport tal-​kontijiet u l-​ittra taʼ ringrazzjament għad-​donazzjonijiet.

20 min: “‘Nagħtu Xiehda bir-​Reqqa dwar l-​Aħbar Tajba.’”d (Pari. 11-17) Jekk l-​inviti specjali tat-​tifkira huma disponibbli, qassam kopja lil kulħadd fl-​udjenza meta tkun qed tikkunsidra paragrafu 14. Semmi l-​arranġamenti lokali li saru biex dawn l-​inviti jitqassmu fit-​territorju.

15 min: “Għin lill-​Istudenti tal-​Bibbja Jsiru Pubblikaturi taʼ l-​Aħbar Tajba tas-​Saltna.”e Skond ma jippermetti l-​ħin, stieden lil dawk fl-​udjenza biex jikkummentaw fuq l-​iskritturi ċitati.

Għanja 22

Ġimgħa li Tibda 4 taʼ Frar

Għanja 161

10 min: Avviżi lokali. Irrivedi l-​Kaxxa għall-​Mistoqsija. Agħmel avviż dwar l-​arranġamenti speċjali għas-​servizz taʼ l-​għalqa għal nhar is-​Sibt, 10 taʼ Frar li se tkun festa pubblika.

10 min: Bżonnijiet lokali.

25 min: “Qed Iżżomm Lura?” Trid tingħata minn anzjan. Ibda mill-​ewwel b’diskussjoni maʼ l-​udjenza fuq il-​vidjo Patient Needs and Rights, billi tuża l-​mistoqsijiet provduti fl-​artiklu. Bħala konklużjoni, aqra l-​aħħar paragrafu u inkuraġġixxi lil kulħadd biex jirrivedi bir-​reqqa l-​artikli ċitati mit-​Torri taʼ l-​Għassa u l-​Ministeru tas-​Saltna. Spjega kif kulmin għadu m’għamilx dan jistaʼ juża bħala għajnuna paġni 5 u 6 taʼ l-​insert tal-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Novembru 2006 biex jieħu deċiżjoni persunali dwar il-​frazzjonijiet tad-​demm u l-​proċeduri mediċi u mbagħad jikkopja l-​għażliet tiegħu fid-​dokument Direttiva Medika bil-​Quddiem. Dawk li diġà mlew id-​dokument Direttiva Medika bil-​Quddiem forsi jkunu jridu jirrivedu l-​għażliet li jkunu għamlu qabel u, jekk ikun hemm bżonn, jimlew dokument ġdid.

Għanja 4

[Nota taʼ taħt]

a Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

b Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

c Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

d Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

e Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja