Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
Ġimgħa li Tibda 10 taʼ Marzu
10 min: Avviżi lokali. Permezz taʼ preżentazzjonijiet adattati għat-territorju tiegħek, ħejji turija dwar kif jiġu offruti t-Torri taʼ l-Għassa taʼ Jannar-Marzu u Stenbaħ! taʼ Jannar-Marzu flimkien maʼ l-invit għat-Tifkira. Inkuraġġixxi lil kulmin jistaʼ jippjana biex jappoġġa l-arranġamenti għas-servizz taʼ l-għalqa fid-19 u l-21 taʼ Marzu, li huma festi pubbliċi.
20 min: Għala Niltaqgħu Flimkien? Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza bbażati fuq It-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Mejju, 2007, paġni 11-13. Stieden lill-udjenza biex tikkummenta dwar kif ibbenefikaw mill-attendenza għal-laqgħat tal-kongregazzjoni u kif għelbu ostakli sabiex jattendu l-laqgħat b’mod regulari.
15 min: “Ilkoll Għandna X’Nagħtu lil Ġeħova.”a Skond kemm jippermetti l-ħin, stieden lill-udjenza biex tikkummenta dwar l-iskritturi ċitati.
Ġimgħa li Tibda 17 taʼ Marzu
5 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-Ministeru tas-Saltna.
10 min: “Konvenzjoni Distrettwali tax-Xhieda taʼ Ġeħova 2008.”b Taħdita bbażata fuq l-artiklu fil-Ministeru tas-Saltna taʼ Diċembru 2007. Għandha tingħata mis-segretarju tal-kongregazzjoni. Faħħar lil kulħadd għall-arranġamenti li għamlu mingħajr dewmien biex jattendu l-konvenzjoni.
10 min: Kaxxa għall-Mistoqsija. Trid tingħata minn anzjan. Aqra u ddiskuti l-artiklu kollu.
20 min: “Kif Nistgħu Ngħinu lil Dawk li Jattendu t-Tifkira?”c Meta tkun qed tiddiskuti paragrafu 5, ħejji turija qasira dwar kif jistaʼ jinbeda studju tal-Bibbja maʼ xi viżitatur li jkun attenda t-Tifkira.
Ġimgħa li Tibda 24 taʼ Marzu
10 min: Avviżi lokali. Aqra r-rapport tal-kontijiet u l-ittra taʼ ringrazzjament għad-donazzjonijiet. Fakkar lill-udjenza biex iġibu magħhom It-Torri taʼ l-Għassa t’April-Ġunju u Stenbaħ! t’April-Ġunju għal-Laqgħa tas-Servizz il-ġimgħa d-dieħla u biex ikunu preparati biex jiddiskutu preżentazzjonijiet adattati għat-territorju lokali. Ħabbar l-arranġament speċjali għas-servizz taʼ l-għalqa għat-Tnejn, 31 taʼ Marzu, li hi festa pubblika.
15 min: “Ninkuraġġixxu lil Xulxin fil-Ministeru.”d
20 min: Aħna Nġibu Aħbar Tajba taʼ Xi Ħaġa Aħjar. Wara introduzzjoni taʼ inqas minn minuta, anzjan jagħti taħdita bbażata fuq It-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Lulju, 2005, paġni 18-19, paragrafi 10-14. Stieden lill-udjenza biex tikkummenta dwar kif il-messaġġ tas-Saltna tahom faraġ u tama meta semgħuh l-ewwel darba.
Ġimgħa li Tibda 31 taʼ Marzu
10 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-pubblikaturi biex jagħtu r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa.
20 min: Agħmel Użu Tajjeb mit-2008 Yearbook. Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza. Iddiskuti “Ittra Mingħand il-Ġemgħa li Tiggverna.” Agħti ċans biex tnejn jew tlieta fl-udjenza jirrakkontaw esperjenza mill-Yearbook li kienet speċjalment taʼ inkuraġġiment għalihom. Ħejji minn qabel biex pubblikatur jew tnejn jikkummentaw dwar l-iskeda tagħhom għall-qari persunali tal-Yearbook. Ikkonkludi billi tinkuraġġixxi lil kulħadd biex jaqra l-ktieb minn qoxra sa qoxra.
15 min: Ipprepara biex Toffri r-Rivisti Kurrenti. Diskussjoni maʼ l-udjenza. Wara li tagħti sommarju żgħir tat-Torri taʼ l-Għassa t’April-Ġunju u taʼ Stenbaħ! t’April-Ġunju, staqsi lill-udjenza liema artikli jistgħu jinteressaw lin-nies fit-territorju u għala. Stieden lil dawk fl-udjenza biex isemmu xi punti speċifiċi fl-artikli li qed jippjanaw li jużaw. Liema mistoqsija tistaʼ tintuża biex tinbeda konversazzjoni? Liema skrittura fl-artiklu tistaʼ mbagħad tinqara? Permezz taʼ preżentazzjonijiet suġġeriti għat-territorju lokali, ħejji turija dwar kif jistgħu jiġu offruti t-Torri taʼ l-Għassa t’April-Ġunju u Stenbaħ! t’April-Ġunju.
Ġimgħa li Tibda 7 t’April
10 min: Avviżi lokali.
20 min: Għala Toqgħod Lura Milli Titgħammed? Taħdita minn anzjan ibbażata fuq It-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Lulju, 2006, paġni 29-30, paragrafi 14-17. Inkludi intervista qasira maʼ pubblikatur jew tnejn li tgħammdu meta kienu għadhom adoloxxenti. X’qanqalhom jagħmlu dan il-pass importanti f’età żgħira? Il-magħmudija tagħhom kif għenithom biex jiżviluppaw maturità spiritwali li hi taʼ protezzjoni?
15 min: Ġieli Pprovajt il-Metodu Dirett? Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza bbażati fuq l-insert tal-Ministeru tas-Saltna taʼ Jannar 2002, paġna 6. Iddiskuti l-preżentazzjonijiet bħala eżempji u kif jistgħu jiġu adattati biex jinbeda studju tal-Bibbja bil-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem? Imbagħad ħejji turija jew tnejn. Inkuraġġixxi lil dawk fl-udjenza biex minn taʼ l-inqas darba matul il-ġimgħa li ġejja jipprovaw jibdew studju tal-Bibbja bil-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem? billi jużaw il-metodu dirett.
[Noti taʼ taħt]
a Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
b Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
c Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
d Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.