Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
Ġimgħa li Tibda 8 taʼ Diċembru
10 min: Avviżi lokali. Irrivedi fil-qosor l-eżempji taʼ preżentazzjonijiet għat-Torri taʼ l-Għassa t’Ottubru-Diċembru u Stenbaħ! t’Ottubru-Diċembru li jinsabu f’paġna 8. Stieden lil dawk fl-udjenza li rnexxielhom iqassmu dawn il-ħarġiet biex jgħidu kif ippreżentawhom. Liema artiklu, mistoqsija, u skrittura użaw? Ħabbar l-arranġamenti speċjali għas-servizz taʼ l-għalqa għall-jum taʼ festa pubblika, nhar is-Sibt, 13 taʼ Diċembru.
15 min: L-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għas-Sena 2009. Taħdita mill-indokratur taʼ l-iskola. Iddiskuti l-punti li għandhom bżonn jiġu enfasizzati lokalment mill-insert tal-Ministeru tas-Saltna t’Ottubru 2008. Irrivedi l-irwol taʼ l-ajjutant li jagħti l-pariri. Ħeġġeġ lil kulħadd biex ikun ħabrieki meta jwettaq l-inkarigi tiegħu, meta jieħu sehem fil-punti prinċipali mill-Bibbja, u meta jiġi biex japplika s-suġġerimenti li jingħataw kull ġimgħa mill-ktejjeb Kif Ittejjeb l-Abbiltà Tiegħek biex Titkellem u Tgħallem.
20 min: “Qed Tużah il-Ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq Il-Bibbja?”a Meta tikkunsidra paragrafu 3, ħejji pijunier/a jew pubblikatur jew pubblikatriċi kwalifikata oħra biex turi fil-qosor kif jistaʼ jintuża l-ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq Il-Bibbja fil-ministeru minn bieb għal bieb biex tiġi mwieġba l-oġġezzjoni, ‘M’iniex interessat.’
Ġimgħa li Tibda 15 taʼ Diċembru
10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-Ministeru tas-Saltna. Ħabbar l-arranġamenti speċjali għas-servizz taʼ l-għalqa għall-festa pubblika nhar il-Ħamis, 25 taʼ Diċembru.
10 min: Uża r-Ripetizzjoni fil-Ministeru. Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza bbażata fuq il-ktieb Ministry School paġna 207. Uri fil-qosor suġġeriment jew tnejn mill-materjal.
25 min: “‘Agħti Xiehda bir-Reqqa’—Billi Tagħti Xiehda fl-Appartamenti.”b Trid tingħata mill-indokratur tas-servizz jew minn anzjan ieħor. Applika l-materjal skond il-lokal.
Ġimgħa li Tibda 22 taʼ Diċembru
10 min: Avviżi lokali. Aqra r-rapport tal-kontijiet u l-ittra taʼ ringrazzjament għad-donazzjonijiet. Semmi l-offerta taʼ letteratura għal Jannar, u ħejji anzjan biex juri kif din tistaʼ tiġi preżentata.
15 min: Ħejji Biex Toffri t-Torri taʼ l-Għassa taʼ Jannar-Marzu u Stenbaħ! taʼ Jannar-Marzu. Diskussjoni maʼ l-udjenza. Wara li ssemmi fil-qosor x’fihom ir-rivisti, staqsi lil dawk fl-udjenza dwar liema artikli jistgħu jolqtu lin-nies fit-territorju u għala. Uża ftit minn dawn l-artikli u stieden lil dawk fl-udjenza biex jgħidu mistoqsija li kieku jużaw biex jibdew konversazzjoni, imbagħad skrittura mill-artiklu li kieku jaqraw qabel ma joffru r-rivisti. Ikkonkludi billi turi kif kull rivista tistaʼ tiġi offruta permezz taʼ l-eżempji taʼ preżentazzjonijiet li jinsabu f’paġna 8 jew preżentazzjonijiet oħrajn adattati għat-territorju tagħkom.
20 min: “Jum Speċjali Biex Noffru Studji tal-Bibbja.”c Ħabbar liema tmiem il-ġimgħa f’Jannar il-kongregazzjoni se tiffoka fuq li tibda studji tal-Bibbja. Irrivedi s-suġġerimenti li jinsabu f’paragrafu 3 u ħejji turija taʼ wieħed jew tnejn minnhom.
Għanja133
Ġimgħa li Tibda 29 taʼ Diċembru
Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni:
Skola tal-Ministeru Teokratiku:
Qari tal-Bibbja: Rivelazzjoni 15-22
Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Laqgħa tas-Servizz:
5 min: Avviżi lokali.
10 min: Bżonnijiet lokali.
20 min: “L-Ippridkar Jeħtieġ is-Sabar.”d Skond ma jippermetti l-ħin, stieden lil dawk fl-udjenza biex jikkummentaw fuq l-iskritturi ċitati.
Ġimgħa li Tibda 5 taʼ Jannar
Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni:
Skola tal-Ministeru Teokratiku:
Qari tal-Bibbja: Ġenesi 1-5
Nru. 1: Ġenesi 3:1-15
Nru. 2: Għala Ġesù Kien Għalliem Kbir (lr kap. 1)
Nru. 3: X’M’Huwiex Frugħa? (1 Kor. 15:58)
Laqgħa tas-Servizz:
Nota: L-informazzjoni rigward il-konvenzjoni distrettwali m’għandhiex tiġi kunsidrata qabel il-ġimgħa li tibda fil-5 taʼ Jannar. Il-kongregazzjonijiet m’għandhomx imexxu ’l quddiem il-laqgħa tagħhom taʼ dik il-ġimgħa sakemm ma jkollhomx iż-żjara taʼ l-indokratur tas-circuit.
5 min: Avviżi lokali.
10 min: Imita l-Attitudni taʼ Ġesù Lejn il-Ministeru. Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza bbażata fuq il-ktieb “Come Be My Follower” (“Ejja Kun Segwaċi Tiegħi”), paġni 84-86, paragrafi 16-21.
20 min: “Ir-Regolarità fis-Servizz Iġġib Barkiet.” e Enfasizza l-obbligu Skritturali li għandhom il-qaddejja kollha taʼ Ġeħova biex jieħdu sehem regolarment fil-ministeru. Itlob kummenti mill-udjenza dwar għala jikkunsidrawh importanti li jieħdu sehem fis-servizz taʼ l-għalqa regolarment u li jitfgħu r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa kull xahar. Liema passi pożittivi għandhom jittieħdu biex dak li jkun ikun ċert li jagħmel dan?
[Noti taʼ taħt]
a Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
b Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
c Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
d Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
e Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.