LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 1/12 p. 1
  • Immira d-Daqqiet Tiegħek bl-Għaqal

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Immira d-Daqqiet Tiegħek bl-Għaqal
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2012
  • Materjal Simili
  • Se Tibbenefika Int Minn Territorju Persunali?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2013
  • Għandek Int Territorju Persunali?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Kun Effettiv fil-Ministeru Tiegħek
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Nuru li Aħna “Sajjieda tal-Bnedmin”
    Il-Ministeru tas-Saltna—2000
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2012
km 1/12 p. 1

Immira d-​Daqqiet Tiegħek bl-​Għaqal

1. L-​1 Korintin 9:26 kif japplika għall-​ministeru?

1 L-​appostlu Pawlu kiteb: “M’iniex niġri b’mod inċert; m’iniex nimmira d-​daqqiet tiegħi b’tali mod li nkun qed nagħti fl-​arja.” (1 Kor. 9:26) Pawlu kien qed jirreferi għal kif iffoka fuq li jsus wara miri biex jaqdi lil Ġeħova aħjar. Madanakollu, il-​prinċipju taʼ dan il-​kliem japplika wkoll għall-​ministeru. Irridu nimmiraw “id-​daqqiet,” jew, l-​isforzi tagħna bl-​għaqal ħalli jinkiseb l-​iktar ġid. Kif?

2. Kif nistgħu nimitaw lil Pawlu u lil evanġelizzaturi oħrajn fl-​ewwel seklu f’li nagħżlu meta u fi xħin nippritkaw?

2 Morru Fejn Hemm in-​Nies: Pawlu u evanġelizzaturi oħrajn fl-​ewwel seklu ppritkaw fejn ħasbu li jkun hemm in-​nies. (Atti 5:42; 16:13; 17:17) Għalhekk, jekk ħafna nies fit-​territorju tagħna jkunu d-​dar filgħaxija, dan jistaʼ jkun l-​aħjar ħin biex immorru minn dar għal dar. Taf jekk ikunx hemm ħafna nies ħdejn il-​venda tal-​karozzi tal-​linja kmieni filgħodu u tard waranofsinhar meta jkunu sejrin għax-​xogħol jew lura d-​dar? Meta jkun hemm l-​iktar nies fl-​inħawi tal-​ħwienet? L-​għoti taʼ xhieda fit-​toroq jistaʼ jkun l-​iktar produttiv f’dawn il-​ħinijiet.

3. Kif nistgħu nimmiraw id-​daqqiet tagħna bl-​għaqal fil-​mod kif naħdmu t-​territorju?

3 Aħdem it-​Territorju bl-​Għaqal: Għandna noqogħdu attenti wkoll biex nimmiraw id-​daqqiet tagħna bl-​għaqal fil-​mod kif naħdmu t-​territorju. Pereżempju, minflok ma ħu jieħu grupp kbir ħafna fl-​istess post, fejn se jkun hemm bżonn taʼ ħafna ħin u sforz biex il-​grupp jinżamm organizzat u bieżel, jistaʼ jkun aħjar li jaqsam il-​grupp. Bl-​istess mod, meta nkunu qed naħdmu territorju rurali, se nkopru t-​territorju iktar malajr u jkollna iktar opportunitajiet nitkellmu jekk ma nkunux gruppi kbar wisq. Nistgħu aħna nakkwistaw biċċa territorju personali ħdejn darna biex hekk niffrankaw il-​ħin li kieku nużaw fl-​ivvjaġġar?

4. X’se jgħinna nkunu “sajjieda tal-​bnedmin” tajbin?

4 Ġesù xebbah l-​evanġelizzaturi maʼ “sajjieda tal-​bnedmin.” (Mk. 1:17) Il-​mira taʼ sajjied mhijiex sempliċement li jistad imma li jaqbad il-​ħut. Għalhekk, sajjieda li jaqbdu l-​ħut imorru fil-​post u fil-​ħin li jaħsbu li jsibu l-​ħut, u jibdew jistadu bla telf taʼ ħin. Iva, jimmiraw l-​isforzi tagħhom bl-​għaqal. Jalla nuru bżulija simili fil-​ministeru tagħna.—Ebr. 6:⁠11.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja