LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 12/06 p. 8
  • Għandek Int Territorju Persunali?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għandek Int Territorju Persunali?
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Materjal Simili
  • Se Tibbenefika Int Minn Territorju Persunali?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2013
  • Metodi taʼ kif tiġi pritkata l-aħbar tajba
    Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
  • Kaxxa għall-Mistoqsija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • Meta n-Nies Ma Jkunux id-Dar
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
Il-Ministeru tas-Saltna—2006
km 12/06 p. 8

Għandek Int Territorju Persunali?

1. X’inhu territorju persunali?

1 Territorju persunali huwa territorju inkarigat lilek. Jistaʼ jkun f’lokal konvenjenti għalik sabiex tkun tistaʼ tasal hemm malajr u tippriedka waħdek jew maʼ pubblikatur ieħor. Filwaqt li huwa tajjeb li tappoġġa l-​arranġamenti taʼ l-​għoti taʼ xiehda bħala grupp meta jkun possibbli, li jkollok territorju persunali biex taħdmu f’okkażjonijiet oħra jistaʼ jgħin biex tingħata xiehda bir-​reqqa, speċjalment f’kongregazzjonijiet fejn ikun hemm territorju kbir.​—Atti 10:42.

2. X’inhuma xi benefiċċji taʼ li jkollna territorju persunali?

2 Benefiċċji: Xi wħud kisbu iktar benefiċċji meta ppridkaw f’territorju persunali qrib il-​post tax-​xogħol tagħhom waqt il-​ħin tal-​brejk taʼ nofsinhar jew eżatt wara x-​xogħol. Oħrajn ħadu pjaċir jaħdmu flimkien bħala familja fl-​inħawi fejn joqogħdu għal madwar xi siegħa qabel l-​Istudju tal-​Ktieb tal-​Kongregazzjoni. B’riżultat taʼ dan, iż-​żjajjar lura u l-​istudji tal-​Bibbja li kisbu kienu fi nħawi fil-​qrib, u dan irriżulta fl-​aħjar użu taʼ l-​isforzi, l-​ħin, u l-​ispejjeż tagħhom. Peress li jkun jistaʼ jsir iktar xogħol f’inqas ħin, li jkollok territorju persunali jistaʼ jgħin lil xi wħud biex ikunu pijunieri awżiljarji minn żmien għall-​ieħor jew inkella li jsiru pijunieri regulari. Iżjed minn hekk, meta jinħadem territorju persunali u dak li jkun isir iktar familjari maʼ l-​inkwilini, wieħed iktar ikun jistaʼ jikseb il-​fiduċja tagħhom u jadatta l-​preżentazzjoni tiegħu għal dak li jinteressahom, u b’hekk il-​ministeru tagħna jkun iktar effettiv.

3. X’kienet l-​esperjenza taʼ waħda pijuniera meta kisbet territorju persunali?

3 Waħda pijuniera li ġiet inkuraġġita minn indokratur li jivvjaġġa biex tikseb territorju persunali tgħid: “Jien ħadt il-​parir tiegħu u malajr sirt midħla sew maʼ l-​inkwilini fit-​territorju tiegħi u sirt ħabiba tagħhom. Jien irranġajt il-​ħinijiet taż-​żjajjar tiegħi għall-​kumdità tagħhom. B’riżultat taʼ dan, iż-​żjajjar lura tiegħi telgħu minn 35 għal iktar minn 80 fix-​xahar, u għandi sebaʼ studji tal-​Bibbja fid-​djar.”

4. Kif tistaʼ tikseb u taħdem territorju persunali?

4 Kif Tiksbu: Jekk trid takkwista territorju persunali, tkellem mal-​ħu li jieħu ħsieb it-​territorju. Tiddejjaqx tistieden pubblikatur biex jaħdem miegħek, u ħu nota taʼ fejn ma ssibx nies id-​dar. Għandek tipprova tlesti t-​territorju fi żmien erbaʼ xhur. Jekk issib diffikultà biex tagħmel dan, tistaʼ tistaqsi lill-​Indokratur taʼ l-​Istudju tal-​Ktieb tal-​Kongregazzjoni jew oħrajn għall-​għajnuna. Fi tmiem l-​erbaʼ xhur, tistaʼ jew tirritorna t-​territorju lest jew titlob biex terġaʼ taħdmu. Madankollu, m’għandekx iżżomm it-​territorju għal dejjem imma għandek tirritornah sabiex ħaddieħor ikun jistaʼ jitlob li jaħdmu. Jekk qiegħed f’kongregazzjoni fejn it-​territorju huwa limitat u ma jkunx possibbli li tikseb territorju persunali, forsi tkun tistaʼ titlob parti minn territorju mingħand l-​indokratur taʼ l-​istudju tal-​ktieb.

5. X’inhu meħtieġ sabiex inkunu nistgħu nwettqu l-​inkarigu tagħna biex nippridkaw?

5 L-​inkarigu tagħna biex nippridkaw “fl-​art abitata kollha” huwa inkarigu kbir. (Mt. 24:14) Jeħtieġ li tikkoordina l-​isforzi tiegħek sew. Meta nagħtu xiehda bħala grupp kif ukoll nippridkaw f’territorju persunali nistgħu niġu megħjunin nilħqu kemm jistaʼ jkun nies possibbli bl-​aħbar tajba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja