Kaxxa għall-Mistoqsija
◼ Huwa tajjeb li titwaħħal mappa sħiħa tat-territorju tal-kongregazzjoni fis-Sala tas-Saltna?
Iva, għandha titqiegħed mappa sħiħa tat-territorju ġo gwarniċ u titwaħħal xi mkien mal-ħajt fis-Sala tas-Saltna. Il-mappa m’għandhiex titwaħħal fuq in-notice board. Din għandha turi sa fejn jasal it-territorju kollu assenjat lill-kongregazzjoni u sa fejn jasal kull territorju individwali bin-numru assenjat tiegħu. Għandu jiġi mmarkat sa fejn jasal it-territorju tal-kongregazzjonijiet kollha li jużaw l-istess Sala tas-Saltna. Dan se jgħin lill-pubblikaturi u wkoll lil uħud ġodda interessati biex jifhmu f’liema territorju tal-kongregazzjoni jgħixu. Ikun t’għajnuna wkoll li fuq il-mappa jintwerew il-postijiet taʼ l-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni sabiex kulħadd ikun jistaʼ jara fejn hu l-grupp taʼ l-istudju tal-ktieb li huwa assenjat miegħu. Il-mappa għandha tinżamm aġġornata.
Jekk din il-mappa jkunu jistgħu jarawha l-pubblikaturi kollha, din se tfakkarhom li, jekk huwa possibbli, ikun tajjeb li jkollhom territorju persunali assenjat lilhom. Il-mappa hija t’għajnuna għal dawk li jridu jagħżlu territorju ħdejn id-dar tagħhom. Xi drabi, permezz tagħha jistaʼ jiġi frankat il-ħin waqt il-laqgħat għas-servizz, billi dak li jikkonduċi jkun jistaʼ jibgħat minnufih lil kull grupp taʼ pubblikaturi fl-inħawi fejn ikunu assenjati li jaħdmu.
Il-mappa tagħti evidenza wkoll li l-kongregazzjoni hija organizzata biex tippriedka bir-reqqa l-messaġġ tas-Saltna fit-territorju assenjat lilha.—Lq. 9:6.