Iktar Opportunitajiet Biex Infaħħru lil Ġeħova
1. Liema arranġament ġdid se jgħinna ‘nfaħħru ħafna lil Ġeħova’?
1 F’Marzu li għadda ġie stabbilit arranġament ġdid li jagħti lill-pubblikaturi l-opportunità li jaqdu bħala pijunieri awżiljarji billi jagħmlu 30 siegħa kull Marzu u April u fix-xahar taż-żjara regulari tal-indokratur tas-circuit. Jekk iż-żjara tal-indokratur tas-circuit tkun mifruxa fuq xahrejn, il-pubblikaturi li japplikaw biex jagħmlu t-30 siegħa jistgħu jagħżlu f’liema xahar ħa jaqdu bħala pijunieri awżiljarji. Kull min ikun qed jaqdi bħala pijunier awżiljarju jistaʼ jattendi l-laqgħa kollha kemm hi li l-indokratur ikollu mal-pijunieri regulari u speċjali. Dan ifisser li jekk ma nistgħux inlaħħqu l-50 siegħa, xorta waħda nistgħu ‘nfaħħru ħafna lil Ġeħova’ bħala pijunieri awżiljarji sa erbaʼ darbiet kull sena billi nagħmlu 30 siegħa!—Salm 109:30; 119:171.
2. Dawk li jaqdu bħala pijunieri awżiljarji matul iż-żjara tal-indokratur tas-circuit, x’se jgawdu?
2 Matul iż-Żjara tal-Indokratur tas-Circuit: Issa ħafna iktar aħwa se jkunu jistgħu jaqdu bħala pijunieri awżiljarji matul iż-żjara tal-indokratur tas-circuit. Ukoll, se jgawdu l-inkuraġġiment li jiġi meta jaħdmu miegħu fil-ministeru. (Rum. 1:11, 12) Ħafna pijunieri awżiljarji x’aktarx li se jirranġaw biex jieħdu ġurnata leave matul il-ġimgħa ħalli jaħdmu mal-indokratur tas-circuit. Dawk li għandhom xogħol sekulari matul il-ġimgħa jistgħu jitolbuh biex jaħdem magħhom is-Sibt jew il-Ħadd. Minbarra dan, kemm se jkun inkuraġġanti għall-pijunieri awżiljarji li jattendu l-laqgħa tal-pijunieri flimkien mal-pijunieri regulari u speċjali!
3. L-istaġun tat-Tifkira għala hu żmien eċċellenti biex taqdi bħala pijunier awżiljarju?
3 Matul Marzu u April: Qabel, ċerti aħwa kienu jieħdu vantaġġ mill-arranġament li kellna biex jaqdu bħala pijunieri awżiljarji billi jagħmlu 30 siegħa f’xahar minnhom matul l-istaġun tat-tifkira. Issa dawn jistgħu jirdoppjaw is-“sagrifiċċju taʼ tifħir” tagħhom. (Ebr. 13:15) Kemm Marzu u kemm April huma xhur eċċellenti biex fihom inżidu fil-ministeru tagħna bħala pijunieri awżiljarji. Kull sena, matul dawn ix-xhur, nieħdu sehem f’kampanja pjaċevoli biex nistiednu lil oħrajn jattendu t-Tifkira. Ukoll, peress li ħafna jżidu fil-ministeru tagħhom matul l-istaġun tat-Tifkira, nistgħu naħdmu maʼ pubblikaturi differenti. Kull sena, wara t-Tifkira, nistgħu nikkultivaw l-interess li jintwera minn dawk li jkunu attendew u nibnu l-entużjażmu għat-taħdita pubblika speċjali. Se tqanqlek qalbek ħalli tieħu vantaġġ minn dawn l-opportunitajiet biex taqdi bħala pijunier awżiljarju?—Lq. 6:45.