LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/14 p. 4
  • Invit speċjali

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Invit speċjali
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2014
  • Materjal Simili
  • Stedina diretta
    Il-Ministeru tas-Saltna—2015
  • Il-Kampanja Biex Nirreklamaw it-Tifkira Tibda fl-1 taʼ Marzu
    Il-Ministeru tas-Saltna—2013
  • Kampanja bl-invit tal-konvenzjoni
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2016
  • Il-kampanja bl-invit għat-Tifkira tibda fit-22 taʼ Marzu
    Il-Ministeru tas-Saltna—2014
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2014
km 4/14 p. 4

Invit speċjali

1. Il-​kampanja tal-​inviti tal-​konvenzjonijiet tal-​2014 meta se tibda?

1 Kieku kellek tipprepara ikla speċjali għall-​familja jew il-​ħbieb, waħda li tkun tirrikjedi sforz kbir u spiża biex tippreparaha, aktarx ikollok l-​entużjażmu meta tagħmel l-​istedina. B’mod simili, sar ħafna xogħol biex tiġi ppreparata l-​festa spiritwali li se tiġi ppreżentata fil-​konvenzjonijiet distrettwali u internazzjonali tagħna tal-​2014. Minn tliet ġimgħat qabel ma tibda l-​konvenzjoni tagħna, se jkollna l-​privileġġ li nistiednu lil oħrajn jattendu. X’se jgħinna noffru l-​inviti bl-​entużjażmu?

2. X’se jqanqalna nieħdu sehem bis-​sħiħ fil-​kampanja?

2 Meta naħsbu bl-​apprezzament fuq kemm nibbenefikaw personalment mill-​ikla spiritwali li Ġeħova jipprovdi fil-​konvenzjonijiet, se nkunu mqanqlin nieħdu sehem bis-​sħiħ fil-​kampanja. (Is. 65:13, 14) Għandna niftakru wkoll li l-​kampanja annwali tagħna tħalli l-​frott. Xi nies li nistiednu se jattendu l-​konvenzjoni magħna. Madankollu, minkejja kemm uħud jilqgħu l-​istedina, l-​isforzi diliġenti tagħna matul il-​kampanja se jġibu tifħir lil Ġeħova u jirriflettu l-​ġenerożità tiegħu.​—Salm 145:3, 7; Riv. 22:17.

3. Kif se jiġu mqassmin l-​inviti?

3 Kull ġemgħa tal-​anzjani għandha tara kif l-​iżjed tistaʼ tqassam inviti l-​kongregazzjoni, inkluż jekk jitħallewx fejn ma nsibu lil ħadd id-​dar jew noffruhomx fl-​ippritkar f’postijiet pubbliċi fit-​territorju. Fil-​wikends jistgħu jiġu offruti r-​rivisti flimkien mal-​invit meta jkun xieraq. Jekk l-​ewwel Sibt tax-​xahar jinzerta fid-​dati tal-​kampanja, għandha ssir enfasi fuq li jitqassmu l-​inviti minflok ma jinbdew studji tal-​Bibbja. Wara li tispiċċa l-​kampanja, kemm se nkunu ferħanin li pparteċipajna bl-​entużjażmu u li stidinna kemm stajna nies biex jingħaqdu magħna fl-​ikla spiritwali li pprovdielna Ġeħova!

X’se tgħid?

Wara li tintroduċi lilek innifsek, tistaʼ tgħid: “Qed nieħu sehem f’kampanja globali biex nistiednu lin-​nies għal laqgħa importanti ħafna. Id-​data, il-​ħin, u l-​indirizz huma pprintjati fuq dan l-​invit.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja