Il-kampanja bl-invit għat-Tifkira tibda fit-22 taʼ Marzu
Din is-sena, il-kampanja tagħna biex nistiednu lil oħrajn jattendu t-Tifkira se tibda s-Sibt, 22 taʼ Marzu. Ilkoll kemm aħna inkuraġġiti biex ikollna sehem sħiħ. Fi tmiem il-ġimgħa, meta jkun xieraq, se noffru wkoll ir-rivisti kurrenti. Fl-ewwel Sibt t’April se niffokaw fuq li nqassmu l-inviti minflok nipprovaw nibdew studji tal-Bibbja. Madankollu, jekk niltaqgħu maʼ xi ħadd li juri interess speċjali, xorta nistgħu nipprovaw nibdew studju tal-Bibbja. L-indokratur tas-servizz jistaʼ jiddeċiedi jekk ikunx t’għajnuna li nqassmu l-inviti anki fi ppritkar pubbliku biex nilħqu iktar nies fit-territorju tal-kongregazzjoni tagħna. Minn issa agħmel lista taʼ qraba, sħabek tax-xogħol u tal-iskola, żjajjar lura, u oħrajn li tixtieq tistieden, u agħtihom l-istedina meta tibda l-kampanja. Nittamaw li ħafna jingħaqdu magħna hekk kif nikkommemoraw l-akbar żewġ espressjonijiet tal-imħabba.—Ġw. 3:16; 15:13.