It-Tqassim tal-Inviti għat-Tifkira Jibda fit-2 t’April
1. Meta se nqassmu l-inviti għat-Tifkira din is-sena, u għala hija importanti din il-kampanja li ssir kull sena?
1 Mit-2 sas-17 t’April se nqassmu l-inviti għall-iktar ġrajja importanti tas-sena—it-Tifkira tal-mewt taʼ Kristu. Fil-passat, ħafna wħud interessati wieġbu għal din il-kampanja li ssir kull sena. Pereżempju, fil-ġurnata tat-Tifkira, mara ċemplet lill-uffiċċju tal-fergħa u qalet: “Għadni kemm ġejt id-dar u sibt invit taħt il-bieb. Nixtieq immur, imma m’iniex ċerta mill-ħin.” Il-ħu spjega fejn setgħet issib din l-informazzjoni fuq l-invit. Il-mara spiċċat il-konversazzjoni billi wiegħdet, “Illejla se nattendi dan l-avveniment!”
2. X’nistgħu ngħidu meta noffru l-invit?
2 Kif Se Nagħmluha: Peress li għandna ħin limitat biex inkopru t-territorju, ikun tajjeb jekk inkunu fil-qosor. Nistgħu ngħidu: “Bonġu. Irridu nagħtu lill-familja tiegħek dan l-invit għal avveniment annwali importanti li se jsir madwar id-dinja l-Ħadd, 17 t’April. [Agħti l-invit lill-inkwilin.] Din id-data hi l-anniversarju tal-mewt taʼ Ġesù. Se tingħata taħdita fuq il-Bibbja bla ħlas li se tispjega kif nistgħu nibbenefikaw mill-fidwa taʼ Kristu. Dan l-invit juri l-indirizz u l-ħin tal-laqgħa li se ssir fl-inħawi tagħna.”
3. Kif nistgħu nistiednu lil kemm jistaʼ jkun nies?
3 Jekk il-kongregazzjoni għandha territorju kbir, l-anzjani forsi jidderiġukom biex tħallu l-inviti fi djar fejn ma jkun hemm ħadd, imbasta f’post fejn ma jidhrux. Kun ċert li tistieden liż-żjajjar lura, lill-qraba, lil sħabek tax-xogħol u tal-iskola, u lil nies oħrajn li taf. Meta tkun qed tieħu sehem fit-tqassim fi tmiem il-ġimgħa, offri r-rivisti meta dan ikun xieraq. Tistaʼ inti taqdi bħala pijunier awżiljarju matul April, u b’hekk ikollok sehem akbar f’din il-kampanja pjaċevoli?
4. Għala rridu li wħud interessati jattendu t-Tifkira?
4 X’xhieda mill-aqwa se jirċievu dawk li jattendu! Huma se jisimgħu dwar l-imħabba kbira taʼ Ġeħova f’li jipprovdi l-fidwa. (Ġw. 3:16) Se jisimgħu dwar kif is-Saltna t’Alla se tkun taʼ benefiċċju għall-umanità. (Is. 65:21-23) Ukoll, huma se jiġu mistidnin javviċinaw lill-attendants u jitolbu għal studju tal-Bibbja biex jitgħallmu iktar. Hija x-xewqa kbira tagħna li ħafna wħud taʼ qalb onesta jwieġbu għal din il-kampanja u jingħaqdu magħna għat-Tifkira!