LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp23 Nru. 1 pp. 3-4
  • Problema Kbira taʼ Saħħa Mentali Madwar id-Dinja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Problema Kbira taʼ Saħħa Mentali Madwar id-Dinja
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2023
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’inhi saħħa mentali tajba?
  • Problema taʼ saħħa mentali . . .
  • Fittex l-għajnuna għall-problemi taʼ saħħa mentali
  • X’għandek tkun taf dwar id-diżordnijiet mentali
    Stenbaħ!—2015
  • Alla Jwegħedna Saħħa Mentali Perfetta
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2023
  • Meta Xi Ħadd li Tħobb Ibati minn Disturbi Mentali
    Stenbaħ!—2004
  • 4 | Il-Bibbja Tagħti Pariri li Jgħinuk
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2023
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2023
wp23 Nru. 1 pp. 3-4
Mara mdejqa bilqiegħda ħdejn it-tieqa.

Problema Kbira taʼ Saħħa Mentali Madwar id-Dinja

“Dejjem inħossni naqra anzjuż, anki meta nkun waħdi f’kamra.”

“Meta nħossni tajjeb ħafna, nibda ninkwieta. Naf li meta nibda nħossni tajjeb ħafna, wara ftit se nispiċċa naqaʼ ħażin ħafna.”

“Nipprova nieħu ġurnata b’ġurnata, imma kultant f’daqqa waħda nibda nħossni anzjuż dwar ħafna affarijiet.”

Xi nies li jbatu minn saħħa mentali hekk iħossuhom. Ġieli ħassejtek hekk? Jew taf lil xi ħadd li tħobb li ġieli ħassu hekk?

Kun af li m’intix waħdek. Ħafna nies huma effettwati bi problemi taʼ saħħa mentali, kemm jekk għaddejjin minnhom huma u kemm jekk xi ħadd li jħobbu.

M’hemmx dubju, qed ngħixu fi “żminijiet kritiċi li diffiċli biex issib tarfhom” u li qed iġibu ħafna tbatija. (2 Timotju 3:1) Studju madwar id-dinja juri li wieħed minn kull tmienja jbati minn saħħa mentali. Minħabba l-pandemija tal-COVID-19, fl-2020, madwar 26 fil-mija iktar mill-2019, batew mill-anzjetà. U madwar 28 fil-mija iktar batew minn dipressjoni qawwija.

Huwa importanti li tkun taf kemm qed ibatu nies mill-anzjetà u d-dipressjoni. Imma hu iżjed importanti li tkun taf kif int u dawk li tħobb jistgħu jħossuhom aħjar.

X’inhi saħħa mentali tajba?

Meta jkollok saħħa mentali tajba, inti tħossok tajjeb u tkun tistaʼ tagħmel l-affarijiet taʼ kuljum. Fil-fatt, tkun tistaʼ tkampa mal-istress tal-ħajja, tħares ’il quddiem għal dak li għandek tagħmel fil-ġurnata, u tkun kuntent b’ħajtek.

Problema taʼ saħħa mentali . . .

  • MHIJIEX dgħufija personali.

  • HI kundizzjoni medika li ġġib ħafna tbatija u li ma tħallix lil persuna taħseb sew. Dak li jkun lanqas ma jkun jistaʼ jikkontrolla kif iħossu u jaġixxi.

  • Tistaʼ tagħmilha diffiċli biex persuna tifhem lil dawk taʼ madwarha u biex tkampa mal-ħajja taʼ kuljum.

  • Tistaʼ teffettwa nies foqra, sinjuri, taʼ kull età, kultura, nazzjonalità, reliġjon, jew edukazzjoni.

Grupp taʼ Stampi: 1. Żagħżugħ jidher imdejjaq u dipress. 2. Raġel qed jagħti kuraġġ lill-mara tiegħu li hi anzjuża. 3. Mara titkellem maʼ tabiba.

Fittex l-għajnuna għall-problemi taʼ saħħa mentali

Jekk int jew xi ħadd li tħobb jibda jħossu differenti ħafna, jibda jorqod ħafna jew mhux biżżejjed, jibda jiekol iktar jew inqas mis-soltu, jew jibda jħossu anzjuż jew imdejjaq ħafna, jaf ikollu bżonn għajnuna professjonali biex ikun jaf x’qed jikkaġuna dan u x’jistaʼ jagħmel. Imma fejn tistaʼ tfittex l-għajnuna?

L-iżjed bniedem intelliġenti li qatt għex, Ġesù Kristu, qal: “Dawk li huma f’saħħithom m’għandhomx bżonn tabib, imma dawk li huma morda iva.” (Mattew 9:12) Dawk li għandhom problemi taʼ saħħa u jirċievu terapija professjonali u mediċina addattata, ikunu jistgħu jħossuhom aħjar u jkomplu jgħixu ħajja normali u ferħana. Huwa importanti li jekk ilek tħoss is-sintomi u huma serji, iddumx biex tfittex l-għajnuna.a

Għalkemm il-Bibbja mhijiex ktieb mediku, hi tistaʼ tgħinna nkampaw mas-saħħa mentali. Minn qalbna nixtiquk taħseb fuq l-artikli li ġejjin u li jitkellmu kif il-Bibbja tgħinna.

a Ix-Xhieda taʼ Ġeħova ma jgħidulekx liema kura għandek tieħu. Kull persuna għandha taħseb sew x’għażliet għandha qabel tieħu deċiżjoni persunali.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja