LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w24 Novembru p. 31
  • X’Jistaʼ Jgħinek Tistudja b’Mod Regolari

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Jistaʼ Jgħinek Tistudja b’Mod Regolari
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
  • Materjal Simili
  • Kif Nistaʼ Nieħu Pjaċir Nistudja l-Bibbja?
    Stenbaħ!—2012
  • Skeda tal-Familja—L-Istudju tal-Familja
    Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Iżżommx Lura —Kif Tlaħħaq maʼ Skeda Mimlija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2012
  • Programm taʼ studju tal-Bibbja għal kulħadd
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
w24 Novembru p. 31
Oħt qed tuża laptop, Bibbja, u notebook biex tagħmel studju personali tal-Bibbja. Hi qed tuża ċ-chart “Qawwiet dinjin imbassrin minn Danjel” fit-taqsima 13 tal-ktejjeb “Gwida għall-Istudju tal-Kelma t’Alla.”

X’Jistaʼ Jgħinek Tistudja b’Mod Regolari

HUWA diffiċli għalik biex l-istudju personali tal-Bibbja tagħmlu kull ġimgħa? Ġieli tiddejjaq tagħmlu? Probabbilment kulħadd jiġrilu hekk kultant. Imma aħseb f’affarijiet li nagħmlu b’mod regolari, bħal li ninħaslu. Meta ninħaslu nieħdu l-ħin u nagħmlu sforz, imma wara nħossuna aħjar. L-istudju tal-Bibbja wkoll jistaʼ jgħinna nħossuna aħjar. (Efes. 5:26) Aħseb f’dawn is-suġġerimenti li jistgħu jgħinuk:

  • Agħżel ħin speċifiku. L-istudju personali tal-Bibbja hu fost “l-iktar affarijiet importanti” li Kristjan għandu jagħmel. (Flp. 1:10) Biex iżżomm mal-iskeda tal-istudju, għax ma tagħmilx nota xi mkien fejn taraha, bħal fuq il-friġġ? Jew tistaʼ ssibha t’għajnuna jekk tagħmel alarm fuq il-mowbajl tiegħek biex ifakkrek ftit qabel il-ħin tal-istudju.

  • Addatta skont il-bżonn tiegħek. X’inhu l-iktar faċli għalik, li tistudja siegħa jew diversi drabi imma ħin qasir? Int taf x’inhu l-aħjar. Addatta skont iċ-ċirkustanzi tiegħek. Jekk ma jkollokx aptit tistudja fil-ħin li ddeċidejt, tistaʼ mqar tagħmel għaxar minuti? Meta tagħmel dan, tistaʼ titgħallem ħafna affarijiet. U meta tibda, forsi titħajjar tkompli tistudja naqra iktar.—Flp. 2:13.

  • Iddeċiedi minn qabel x’se tistudja. Jekk tmur biex tistudja u ma jkollokx idea fuq xiex, ma tkunx qed ‘tuża l-ħin bl-aħjar mod.’ (Efes. 5:16) Għax ma tagħmilx lista taʼ artikli jew suġġetti li tixtieq tistudja? Pereżempju, jekk għandek xi mistoqsija dwar xi ħaġa li ma fhimtx sew, ħu nota tagħha. Wara kull studju tistaʼ żżid iktar ideat mal-lista tal-affarijiet li tixtieq tistudja.

  • Kun flessibbli. Ipprova kun flessibbli fl-iskeda tiegħek, bħal kemm se tqattaʼ ħin tistudja jew x’suġġetti se tagħżel. L-importanti hu li l-istudju jkun regolari u mhux meta, kemm hu twil, jew x’se tistudja.

Meta nistudjaw b’mod regolari żgur se nibbenefikaw. Se nħossuna eqreb taʼ Ġeħova, se nitgħallmu niddeċiedu tajjeb, u se nħossuna inkuraġġiti.—Ġoż. 1:8.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja