LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w25 Diċembru p. 31
  • X’Tiftakar?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Tiftakar?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2025
  • Materjal Simili
  • L-1 Parti
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2025
w25 Diċembru p. 31

X’Tiftakar?

Qrajt sew il-ħarġiet taʼ It-Torri tal-Għassa taʼ din is-sena? Mela ara tistax twieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin:

Aħna għala nagħtu glorja lil Ġeħova?

Għax nirrispettawh u nħobbuh ħafna. Aħna nagħtu glorja lil Ġeħova wkoll għax nixtiequ li oħrajn isiru jafuh.—w25.01, p. 3.

Jekk xi ħadd iweġġagħna, x’se jgħinna naħfru iktar mill-qalb?

Meta naħfru mill-qalb ma jfissirx li ma nagħtux kas kif inkunu qed inħossuna, imma li ma nibqgħux irrabjati. Jekk nagħmlu hekk, se jgħinna nħossuna aħjar u nkunu nistgħu nkomplu b’ħajjitna.—w25.02, pp. 15-16.

Marku għala hu eżempju tajjeb għall-irġiel żgħażagħ?

Marku kien lest li jaċċetta inkarigu biex jaqdi iktar lil Ġeħova u lil oħrajn. Għalkemm wisq probabbli Marku kien imweġġaʼ u ddiżappuntat, hu ma qatax qalbu. Marku bbenefika ħafna peress li kien iqattaʼ l-ħin maʼ aħwa maturi u maʼ Pawlu.—w25.04, p. 27.

Ġesù x’ried ifisser meta talab: “Jien għallimthom dwar ismek”? (Ġwanni 17:26)

Id-dixxipli tiegħu kienu diġà jafu li isem Alla hu Ġeħova. Imma hu għallimhom dwar l-iskop taʼ Ġeħova għall-art, x’għamel u x’se jagħmel, u xi kwalitajiet għandu.—w25.05, pp. 20-21.

Jekk inkunu umli x’se nifhmu?

Aħna se nifhmu li hemm xi affarijiet li ma nafuhomx. Pereżempju, ma nafux meta se tispiċċa din is-sistema jew ma nafux kif Ġeħova ħa jgħinna. Lanqas nafu x’se jiġri għada jew u kemm jafna Ġeħova.—w25.06, pp. 14-18.

X’jistaʼ jgħinna nibbenefikaw minn artiklu jew taħdita pubblika?

Saqsi lilek nnifsek: ‘Liema prova qed tintuża biex tikkonvinċi l-udjenza? Hemm xi eżempju li nistaʼ nuża biex ngħallem din il-verità lil xi ħadd? Dan is-suġġett lil min jaf jinteressa?’—w25.07, p. 19.

X’nistgħu nitgħallmu mill-mod kif Ġeħova ħafer lil David?

Għalkemm David għamel dnubiet serji, meta nidem, Ġeħova ħafirlu. (1 Slat. 9:​4, 5) Meta Alla jaħfer, hu ma jerġax jiftakar fi żbalji li għamilna fil-passat jew jiftakar fihom fil-futur.—w25.08, p. 17.

Jekk student tal-Bibbja ma jkunx jistaʼ jifhem xi punt, x’għandek tagħmel?

Jekk ikun hemm xi punt li diffiċli biex jifhem wara li tkun provajt tispjegah sew mill-Bibbja, kompli bl-istudju u erġaʼ mur għall-punt iktar tard.—w25.09, p. 24.

Il-Bibbja tgħid li d-dnub għandu l-qawwa li jqarraq. (Lhud 3:13) X’jiġifieri?

Id-dnub jistaʼ jħajjarna biex nagħmlu affarijiet ħżiena. Jistaʼ jġegħelna wkoll nibqgħu niddubitaw xi affarijiet, bħal jekk Ġeħova jħobbniex.—w25.10, p. 16.

Liema tliet affarijiet jistgħu jgħinuna nersqu eqreb taʼ Ġeħova bit-talb?

(1) Nistgħu naħsbu sew dwar il-kwalitajiet taʼ Ġeħova. (2) Nistgħu nitolbu dwar affarijiet li nkunu għaddejjin minnhom, bħal jekk għandniex bżonn naħfru lil xi ħadd. (3) Għandna nieħdu l-ħin biex nitolbu fit-tul. Dan se jgħinna biex nersqu eqreb taʼ Ġeħova.—w25.10, pp. 19-20.

Kif nistgħu ngħinu lil uħud kbar fl-età?

Nistgħu nżuruhom u nċemplulhom, immorru magħhom għand it-tabib, jew nippritkaw magħhom b’modi differenti.—w25.11, pp. 6-7.

Il-Kristjani x’għandhom jagħmlu biex it-tieġ tagħhom iġib unur lil Ġeħova?

Għandhom jimxu mal-liġijiet tal-pajjiż. Għandhom jagħmlu ċert li t-tieġ jirrifletti kwalitajiet li jipproduċi l-ispirtu qaddis. B’dak li jilbsu m’għandhomx jiġbdu attenzjoni żejda lejhom, u għandhom ikunu ċerti li jevitaw drawwiet li jmorru kontra dak li tgħid il-Bibbja. U għandhom jitkellmu b’qalb tajba waqt li qed jippjanaw it-tieġ.—w25.12, pp. 21-25.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1988-2026)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja