PROĠETT GĦALL-ISTUDJU
Saħħaħ il-Fidi Tiegħek li Ġeħova Jistaʼ Jsalvak
Aqra Numri 13:25-33; 14:1-4 biex tara kif l-Iżraelin ma fdawx f’Ġeħova.
Tgħallem iktar mill-kuntest. L-Iżraelin għala kellhom ikunu ċerti li Ġeħova setaʼ jsalvahom huma u ħerġin mill-Eġittu? (Slm. 78:12-16, 43-53) X’wassalhom biex jitilfu l-fidi f’Ġeħova? (Dewt. 1:26-28) Ġożwè u Kaleb kif urew li jafdaw f’Ġeħova?—Num. 14:6-9.
Fittex iktar dettalji. L-Iżraelin x’setgħu għamlu biex jafdaw iktar f’Ġeħova? (Slm. 9:10; 22:4; 78:11) Għala hemm bżonn li nirrispettaw lil Ġeħova biex inkunu nistgħu nafdawh?—Num. 14:11.
Aħseb x’tistaʼ titgħallem. Staqsi lilek innifsek:
‘F’liema sitwazzjonijiet jistaʼ jkun diffiċli biex nafda kompletament f’Ġeħova?’
‘X’nistaʼ nagħmel biex nafda iktar f’Ġeħova bħalissa u fil-futur?’
‘Minn xiex nistaʼ nkun ċert meta jibda ż-żmien taʼ tbatija kbira?’—Luqa 21:25-28.