LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwyp artiklu 99
  • Kif Nistaʼ Nittrennja l-Kuxjenza Tiegħi?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Nistaʼ Nittrennja l-Kuxjenza Tiegħi?
  • Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’inhi l-kuxjenza?
  • Għala għandek tittrennja l-kuxjenza tiegħek?
  • Kif tistaʼ tittrennja l-kuxjenza tiegħek?
  • Kif Tistaʼ Żżomm Kuxjenza Tajba?
    “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla”
  • Kuxjenza tajba f’għajnejn Alla
    Kif tibqa’ fl-imħabba t’Alla
  • Hija l-Kuxjenza Tiegħek Imħarrġa Sew?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Il-kuxjenza tagħkom hi gwida li tistgħu toqogħdu fuqha?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
Ara Iżjed
Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
ijwyp artiklu 99
Żagħżugħ qed jieħu deċiżjoni. Warajh hemm żewġ vleġeġ li jirrappreżentaw it-tajjeb u l-ħażin.

IŻ-ŻGĦAŻAGĦ JISTAQSU

Kif Nistaʼ Nittrennja l-Kuxjenza Tiegħi?

Maʼ liema minn dawn tistaʼ tqabbel il-kuxjenza tiegħek?

  • mappa

  • mera

  • ħabib

  • imħallef

It-tweġiba t-tajba hi l-erbgħa li huma. Dan l-artiklu se jispjega għala.

  • X’inhi l-kuxjenza?

  • Għala għandek tittrennja l-kuxjenza tiegħek?

  • Kif tistaʼ tittrennja l-kuxjenza tiegħek?

  • Dak li jgħidu żgħażagħ oħra

X’inhi l-kuxjenza?

Il-kuxjenza tiegħek hi li tkun kapaċi tifhem jekk xi ħaġa hix tajba jew ħażina. Il-Bibbja tgħid li hi bħal ‘liġi miktuba fi qlubna.’ (Rumani 2:15) Kuxjenza tajba tgħinek tieħu deċiżjoni tajba u tiġġudika jekk kontx ħadt deċiżjoni tajba qabel.

  • Il-kuxjenza tiegħek hi bħal mappa. Tieħdok fid-direzzjoni t-tajba biex ma tidħolx fl-inkwiet.

  • Il-kuxjenza tiegħek hi bħal mera. Turik x’tip taʼ persuna int verament.

  • Il-kuxjenza tiegħek hi bħal ħabib tajjeb. Tistaʼ tagħtik pariri tajbin u tgħinek tirnexxi jekk tismaʼ minnha.

  • Il-kuxjenza tiegħek hi bħal imħallef. Tgħidlek jekk tkunx għamilt xi ħaġa ħażina.

Żagħżugħ f’ħanut tal-video games qed jipprova jiddeċiedi x’logħba se jagħżel.

Kuxjenza tajba tistaʼ tgħinek tieħu deċiżjonijiet tajbin

L-iktar ħaġa importanti: Il-kuxjenza tiegħek hi bħal għodda importanti li tgħinek (1) tieħu deċiżjonijiet għaqlin u (2) tipprova tirranġa l-iżbalji li tkun għamilt.

Għala għandek tittrennja l-kuxjenza tiegħek?

Il-Bibbja tgħidilna biex ‘inżommu kuxjenza tajba.’ (1 Pietru 3:16) Dan ikun diffiċli jekk il-kuxjenza tagħna ma tkunx trenjata.

“Kont nigdeb lill-ġenituri tiegħi dwar fejn kont inkun u kont naħbi minnhom. Għall-ewwel, il-kuxjenza kienet tniggiżni, imma iktar ma għadda żmien ma ħassejtx li kont qed nagħmel xi ħaġa ħażina.”—Jennifer.

Maż-żmien, il-kuxjenza taʼ Jennifer qanqlitha biex tgħid lill-ġenituri tagħha x’kienet qed tagħmel u li riedet tieqaf tqarraq bihom.

Aħseb dwar dan: Il-kuxjenza taʼ Jennifer kif setgħet tniggiżha qabel?

“Huwa diffiċli u stressanti li tgħix ħajja doppja. Ladarba l-kuxjenza tħallik tieħu deċiżjoni ħażina, mhux se ssibha diffiċli biex terġaʼ tieħu deċiżjoni ħażina.”—Matthew.

Xi nies jinjoraw il-kuxjenza għalkollox. Huma “tilfu kull sens morali,” tgħid il-Bibbja. (Efesin 4:19) Xi traduzzjonijiet tal-Bibbja jpoġġuha b’dal-mod: “Huma tilfu kull sens taʼ mistħija.”

Aħseb dwar dan: Meta n-nies ikollhom kuxjenza nadifa, verament ikollhom ħajja aħjar? Jekk iħossuhom ħatja, maʼ liema problemi jkollhom iħabbtu wiċċhom?

L-iktar ħaġa importanti: Biex ikollok kuxjenza nadifa, irid ikollok ‘is-sensi tiegħek imħarrġin biex tagħraf tagħżel kemm it-tajjeb u kemm il-ħażin.’—Ebrej 5:14.

Kif tistaʼ tittrennja l-kuxjenza tiegħek?

Biex tittrennja l-kuxjenza tiegħek, trid tqabbel kif taġixxi mal-livelli taʼ xi ħadd jew xi ħaġa. Xi nies jimxu skont:

  • il-familja u l-kultura

  • żgħażagħ oħra

  • nies famużi

Madankollu, dak li tgħid il-Bibbja dwar kif għandna ngħixu hu ħafna aħjar minn dawn. Dan ma jissorprendiniex ladarba l-Bibbja hi “mnebbħa minn Alla,” dak li ħalaqna u jaf x’inhu l-aħjar għalina.—2 Timotju 3:16.

Ikkunsidra xi eżempji.

IL-BIBBJA TGĦID: “Nixtiequ nġibu ruħna bl-onestà f’kollox.”—Ebrej 13:18.

  • Dal-vers kif jistaʼ jaffettwa l-kuxjenza tiegħek meta tkun tixtieq tiċċitja waqt eżami, tigdeb lill-ġenituri, jew tisraq?

  • Jekk il-kuxjenza tqanqlek biex tkun onest f’kollox, kif taħseb li tistaʼ tibbenefika issa u fil-futur?

IL-BIBBJA TGĦID: “Aħarbu miż-żína.”—1 Korintin 6:18.

  • Dal-vers kif jistaʼ jaffettwa l-kuxjenza tiegħek meta tkun tixtieq tara l-pornografija jew tagħmel is-sess qabel iż-żwieġ?

  • Jekk il-kuxjenza tiegħek tqanqlek biex taħrab miż-żina, jiġifieri mill-immoralità sesswali, kif tistaʼ tibbenefika issa u fil-futur?

IL-BIBBJA TGĦID: “Kunu qalbkom tajba maʼ xulxin, agħdru b’tenerezza, u aħfru lil xulxin mill-qalb.”—Efesin 4:32.

  • Dal-vers kif jistaʼ jaffettwak meta jkun hemm nuqqas taʼ qbil maʼ ħutek jew ħbiebek?

  • Jekk il-kuxjenza tiegħek tqanqlek biex taħfer u tagħder, jew turi ħniena, kif tistaʼ tibbenefika issa u fil-futur?

IL-BIBBJA TGĦID: ‘Kulmin iħobb il-vjolenza [Ġeħova] jobogħdu.’—Salm 11:5.

  • Dal-vers kif jistaʼ jaffettwak meta tagħżel il-films, programmi fuq it-televixin, u video games?

  • Jekk il-kuxjenza tiegħek tqanqlek biex twarrab dak li hu vjolenti, kif tistaʼ tibbenefika issa u fil-futur?

STORJA VERA: “Għandi ħbieb li kienu jilagħbu video games vjolenti, u jien ukoll kont nilgħab dat-tip taʼ logħob. Imbagħad, missieri qalli li ma nistax nilagħbu iktar. Però, bqajt nilagħbu meta kont immur għand il-ħbieb. Meta kont immur id-dar, ma kont ngħid xejn dwar dan. Missieri kien isaqsini jekk hux kollox sew, u jien kont ngħidlu iva. Però, darba minnhom, kont qed naqra Salm 11:5 u bdejt inħossni ħażin dwar dak li kont qed nagħmel. Irrealizzajt li kelli nieqaf nilgħab dawk il-video games. U hekk għamilt! Meta wieħed mill-ħbieb ra l-eżempju tiegħi, hu wkoll tqanqal biex jieqaf jilgħab video games vjolenti.”—Jeremy.

Aħseb dwar dan: Il-kuxjenza taʼ Jeremy meta bdiet taħdem, u meta beda jismaʼ minnha? X’titgħallem mill-istorja taʼ Jeremy?

L-iktar ħaġa importanti: Il-kuxjenza tiegħek turi min int, u dak li temmen li hu importanti. Il-kuxjenza tiegħek x’tgħid dwarek?

Dak li jgħidu żgħażagħ oħra

Alexis.

“Anki jekk il-kuxjenza tagħna taf tagħraf it-tajjeb mill-ħażin, ma jfissirx li se nagħmlu l-ħaġa it-tajba. Jekk il-GPS qed jaħdem tajjeb u jidderiġik fejn trid tmur, xorta trid tieħu d-deċiżjoni jekk timxix fuqu jew le.”—Alexis.

Lionel.

“Il-kuxjenza mhix bħal ħajt li jagħlaqlek it-triq. Minflok, hija bħal triq li tiggwidak fejn għandek tmur. Il-kuxjenza tiegħek għandha bħal tabelli bi prinċipji Bibliċi li jipproteġuk minn xi periklu li jistaʼ jkun hemm iktar il quddiem.”—Lionel.

Isabella.

“Tgħallimt ma nħallix il-kuxjenza taʼ ħaddieħor teffettwani. Trenjajt il-kuxjenza tiegħi biex jekk inħossni skomda dwar xi ħaġa, ma ninjorax dak li nħoss. M’għandix inbiddel dak li naħseb li hu tajjeb biex ħaddieħor jaċċettani.”—Isabella.

Reviżjoni: Kif nistaʼ nittrennja l-kuxjenza tiegħi?

  • Aħseb dwar il-valur għoli tal-prinċipji Bibliċi. Il-Bibbja fiha l-ħsibijiet t’Alla, dak li ħalaqna u dak li jaf x’inhu l-aħjar għalina.

  • Qabbel il-kuxjenza tiegħek mal-prinċipji Bibliċi. B’liema mod tistaʼ tkun matur u b’hekk tħares lejn l-affarijiet bil-mod kif iħares lejhom Alla?

  • Żomm mal-prinċipji Bibliċi. Ħalli l-għarfien li ħadt dwar il-prinċipji Bibliċi jinfluwenza d-deċiżjonijiet tiegħek taʼ kuljum.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja