LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwyp artiklu 98
  • X’Nistaʼ Nagħmel Jekk Qed Inġib Marki Baxxi?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Nistaʼ Nagħmel Jekk Qed Inġib Marki Baxxi?
  • Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Dak li tistaʼ tagħmel
  • Kif tgħin lit-tfal tiegħek imorru aħjar fl-eżamijiet
    Għajnuna għall-Familja
  • Kif Nistaʼ Nlaħħaq mal-Homework?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Kif Nistaʼ Nsib il-Ħin biex Nagħmel il-Ħowmwerk?
    Stenbaħ!—2004
  • ‘Għandi Wisq X’Nagħmel!’
    Stenbaħ!—2009
Ara Iżjed
Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
ijwyp artiklu 98

IŻ-ŻGĦAŻAGĦ JISTAQSU

X’Nistaʼ Nagħmel Jekk Qed Inġib Marki Baxxi?

“Fil-klassi tiegħi hemm studenti li ma jkollhom ebda ktieb quddiemhom u jkunu bil-headphones jisimgħu l-mużika waqt li t-teacher tkun qed titkellem. Imbagħad dawn jissorprendu ruħhom li qed iġibu marki ħżiena! U hemm dawk li bħali jipprovaw jagħmlu mill-aħjar, jistudjaw ħafna, u xorta jġibu marki baxxi. Ma nafx għala. Ma niħux pjaċir meta nġib marki baxxi wara li nkun qattajt il-ġimgħa kollha nistudja sa tard filgħaxija.”—Yolanda.

Ġieli ħassejtek bħal Yolanda? Ngħiduha kif inhi, żgur li tħossok skuraġġit meta ġġib marki baxxi.

Xi żgħażagħ li mhumiex sejrin tajjeb fl-iskola jistgħu jaqtgħu qalbhom u ma jibqgħux jipprovaw iġibu marki aħjar. Jerġaʼ oħrajn forsi ma jibqgħux imorru l-iskola. Għalkemm xi wħud jistgħu jaqgħu f’dawn in-nases, hemm mod ieħor kif jistgħu jirranġaw dil-problema. Ikkunsidra ħames affarijiet li tistaʼ tagħmel biex iġġib marki aħjar.

  • Dak li tistaʼ tagħmel

  • Dak li jgħidu żgħażagħ oħra

Dak li tistaʼ tagħmel

  • Attendi l-lezzjonijiet kollha. Forsi tgħid, ‘Mhux ovvja!’ Imma jekk titlef ħafna lezzjonijiet, il-marki tiegħek se jmorru minn taħt.

    “Fl-iskola tiegħi, it-tfal li kienu jiskartaw l-iskola ma kienx jimpurtahom kemm iġibu marki u kienu jħabbtu wiċċhom mal-problemi.”—Matthew.

    Prinċipju Bibliku: “Dak li bniedem jiżraʼ, dak ukoll jaħsad.”—Galatin 6:7.

  • Hu vantaġġ minn kull lezzjoni. Għalkemm hu tajjeb li tkun preżenti fil-klassi, ikun aħjar li tieħu li tistaʼ mil-lezzjoni. Ħu noti tajbin. Ipprova ifhem dak li qed jgħid l-għalliem. Jekk l-għalliem iħallik tistaqsi mistoqsijiet waqt il-lezzjoni, agħmel dan.

    “Waqt il-lezzjoni, jien nistaqsi ħafna mistoqsijiet, għax nara li t-teacher tispjega s-suġġett aħjar meta tkun taf li student ma jkunx qed jifhem.”—Olivia.

    Prinċipju Bibliku: “Oqogħdu attenti kif tisimgħu.”—Luqa 8:18.

  • Tiċċitjax. Min jiċċitja jkun diżonest. Hemm ħafna modi kif xi ħadd jistaʼ jiċċitja. Mod minnhom hu li xi ħadd jikkopja x-xogħol taʼ ħaddieħor. Dan la jgħinek tkun onest, u lanqas ma jgħinek titgħallem.

    “Jekk hemm xi ħaġa li ma tifhimhiex, tikkopjax mill-istudenti l-oħrajn. Meta tiċċitja, ma tkunx qed titgħallem. Fil-fatt, tkun qed tgħallem lilek innifsek biex tistrieħ fuq ħaddieħor minflok titgħallem issolvi l-problemi waħdek.”—Jonathan.

    Prinċipju Bibliku: “Nixtiequ nġibu ruħna bl-onestà f’kollox.”—Ebrej 13:18.

  • Agħti prijorità lill-homework. Jekk ikun possibbli, agħmel il-homework qabel l-affarijiet l-oħra, speċjalment qabel tagħmel xi ħaġa li tieħu pjaċir tagħmilha.a Meta tagħmel hekk, iżjed se tieħu pjaċir tirrilassa wara li tkun lestejt il-homework.

    “Kont nagħmel il-homework mill-ewwel, u dan għen biex ikolli marki aħjar. Meta kont nasal id-dar, spiss kien ikolli aptit immur nistrieħ jew nismaʼ l-mużika. Imma kont nipprova nagħmel il-homework qabel nirrilassa.”—Calvin.

    Prinċipju Bibliku: ‘Aċċertaw ruħkom minn dak li hu iktar importanti.’—Filippin 1:10.

  • Itlob l-għajnuna. Toqgħodx tistħi taċċetta l-għajnuna minn ħaddieħor. Itlob lill-ġenituri tiegħek biex jagħtuk parir. Itlob lill-għalliem tiegħek biex jgħinek iġġib marki aħjar. Kultant jistaʼ jgħinek li tmur il-privat.

    “Toqgħodx taħsibha darbtejn biex tkellem lill-għalliem. Itlob l-għajnuna biex tifhem is-suġġett aħjar u biex iġġib marki tajbin. Peress li tkun determinat li ġġib marki aħjar, aktarx l-għalliem se jieħu pjaċir bik u jgħinek.”—David.

    Prinċipju Bibliku: “Il-pjanijiet . . . jirnexxu meta jkun hemm ħafna li jagħtu l-pariri.”—Proverbji 15:22.

Dak li jgħidu żgħażagħ oħra

“Tinsiex li din l-opportunità tiġi darba biss f’ħajtek u għalhekk issa ċ-ċans li tirnexxi fl-iskola. Allura, iktar ma tirsisti iktar se tibbenefika.”—Alexandra.

“Għid lit-teachers x’inhi l-mira tiegħek. Meta kont l-iskola, jien saqsejthom x’kelli nagħmel biex inġib marki aħjar, anki jekk dan kien ifisser li nerġaʼ nagħmel xi assignments jew iżjed homework.”—Elijah.

“Ħu l-inizjattiva u itlob l-għajnuna. Ħafna drabi, l-għalliema se jkunu lesti li jgħinuk jekk jarawk li int lest tagħmel sforz biex iġġib marki aħjar.”—Mackenzie.

Reviżjoni: X’nistaʼ nagħmel jekk qed inġib marki baxxi?

  1. Attendi l-lezzjonijiet kollha.

  2. Hu vantaġġ minn kull lezzjoni.

  3. Tiċċitjax.

  4. Agħti prijorità lill-homework.

  5. Itlob l-għajnuna.

a Għal suġġerimenti speċifiċi dwar kif tistaʼ tistudja aħjar, ara l-artiklu “Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Kif Nistaʼ Nlaħħaq mal-Homework?”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja