Yan Zabolotnyi/stock.adobe.com
IBQAʼ ATTENT!
Jiżdied il-Ħażen Madwar id-Dinja—X’Tgħid il-Bibbja?
Fil-Haiti hemm ħafna gangs vjolenti. Fl-Afrika t’Isfel, fil-Messiku, u f’pajjiżi fl-Amerika Latina ħafna qed ibatu minħabba kriminalità vjolenti. Anke f’postijiet fejn il-vjolenza naqset, in-nies għadhom jibżgħu u jħossuhom ansjużi għaliex jisimgħu b’rapporti taʼ serq, vandaliżmu, u ħsara apposta taʼ propjetà.
Il-Bibbja x’tgħid dwar il-ħażen li qed jiġri madwar id-dinja?
Dak li profetizzat il-Bibbja dwar il-ħażen
Il-Bibbja qalet bil-quddiem li l-ħażen kellu jkun parti mis-sinjal “tat-tmiem taʼ din id-dinja.” (Mattew 24:3) Meta kien qiegħed jiddeskrivi l-ġrajjiet li jagħmlu parti minn dan is-sinjal Ġesù Kristu qal:
“U peress li jiżdied il-ħażen, il-biċċa l-kbira tan-nies ma jibqgħux iħobbu lil oħrajn.”—Mattew 24:12.
Il-Bibbja qalet ukoll li “fl-aħħar jiem” in-nies kienu se jkunu “mingħajr kontroll, kattivi, jobogħdu dak li hu tajjeb.” (2 Timotju 3:1-5) Kwalitajiet egoisti bħal dawn iwasslu għall-imġiba ħażina li qed naraw illum.
Imma m’aħniex bla tama. Il-Bibbja twiegħed li dalwaqt il-ħażen se jispiċċa.
“Ftit ieħor biss, u l-ħżiena jispiċċaw; Int tħares fejn kienu, imma ma jkunux hemm. Imma l-umli se jirtu l-art. U se jħossuhom ferħanin ħafna bil-paċi kbira li se jkollhom.”—Salm 37:10, 11.
Tgħallem iktar dwar il-messaġġ taʼ tama li tagħti l-Bibbja u dwar għala tistaʼ tkun ċert li l-ġrajjiet li qed naraw illum iwettqu l-profeziji tal-Bibbja. Ara dawn l-artikli.