LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwyp artiklu 12
  • Il-bullying—Kif Nistaʼ Nkampa Miegħu?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-bullying—Kif Nistaʼ Nkampa Miegħu?
  • Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’inhu l-bullying?
  • Xi nies għala jsiru bulijiet?
  • Min għandu l-iktar ċans li jsir vittma tal-bullying?
  • X’tistaʼ tagħmel jekk xi ħadd qed jaqbad miegħek?
  • Kif nistaʼ nkampa mal-​bullying fl-​iskola?
    Tweġibiet għal 10 mistoqsijiet li ż-żgħażagħ jistaqsu
  • Kif Teħles mill-Abbuż tal-Bulijiet
    Stenbaħ!—2003
  • L-Abbuż tal-Bulijiet—X’Jikkaġunah u X’Effetti Jħalli
    Stenbaħ!—2003
  • L-Abbuż tal-Bulijiet—Problema Madwar id-Dinja
    Stenbaħ!—2003
Ara Iżjed
Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
ijwyp artiklu 12

IŻ-ŻGĦAŻAGĦ JISTAQSU

Il-bullying—Kif Nistaʼ Nkampa Miegħu?

  • X’inhu l-bullying?

  • Xi nies għala jsiru bulijiet?

  • Min għandu l-iktar ċans li jsir vittma tal-bullying?

  • X’tistaʼ tagħmel jekk xi ħadd qed jaqbad miegħek?

Ukoll, aqra xi suġġerimenti minn dawk tamparek u l- kummenti t’għalliema dwar il-bullying, u agħmel il-kwizz dwar il-bullying.

Il-bullying hu xi ħaġa serja. Minn stħarriġ li sar fil-Britannja nstab li f’iktar minn 40 fil-mija mis-suwiċidji taż-żgħażagħ li jiġu rapportati fil-mezzi tax-xandir ikun jidher li hemm involut il-bullying.

X’inhu l-bullying?

Il-bullying jinkludi iktar minn ħsara fiżika. Jistaʼ jinvolvi wkoll dan li ġej:

  • Jattakkawk verbalment. “It-tfajliet jistgħu jkunu veru ħodor fi kliemhom,” tgħid Celine li għandha 20 sena. “Qatt ma se ninsa l-kliem li għajruni bih jew l-affarijiet li qaluli. Ġegħluni nħossni ma niswa għal xejn, m’iniex maħbuba, u ma jien tajba għal xejn. Aħjar tawni daqqa taʼ ponn.”

  • Iwarrbuk. Haley, li għandha 18-il sena, tgħid: “Sħabi tal-iskola bdew iwarrbuni. Kienu jagħmlu tabirruħhom li ma kienx hemm post għalija fuq il-mejda fil-brejk. Għal sena sħiħa bkejt u kilt waħdi.”

  • Jagħmlu bullying permezz tal-Internet. Daniel, li għandu 14-il sena, jgħid: “Billi tagħfas ftit buttuni tal-keyboard tal-kompjuter tistaʼ tħassar ir-reputazzjoni taʼ xi ħadd​—jew saħansitra tagħmillu ħajtu miżerja. Forsi tinstemaʼ qisha esaġerazzjoni, imma tistaʼ tiġri!” Dan jinkludi wkoll li jintbagħtu ritratti jew messaġġi imbarazzanti bil-mowbajl.

Xi nies għala jsiru bulijiet?

Dawn huma xi raġunijiet komuni:

  • Xi ħadd ikun għamilha taʼ bùli magħhom. “Tant kont xbajt niġi ttrattat ħażin minn dawk tampari li jien stess bdejt nagħmilha taʼ bùli sempliċement biex jaċċettawni,” jammetti żagħżugħ jismu Antonio. “Iktar tard ħsibt dwar dak li għamilt u indunajt kemm kont aġixxejt ħażin!”

  • M’għandhomx eżempji tajbin biex jimitaw. “Spiss bùli li jkun għadu żgħir jittratta lil ħaddieħor . . . bil-mod kif jara lill-ġenituri, lil ħutu akbar minnu, jew lil qraba oħrajn jittrattaw lil oħrajn,” jikteb Jay McGraw fil-ktieb tiegħu Life Strategies for Dealing With Bullies.

  • Jaġixxu bħallikieku huma superjuri​—mentri fil-fatt iħossuhom inferjuri. “Bulijiet li jidhru li jħossuhom superjuri spiss jużaw din is-superjorità biex jaħbu l-fatt li huma mweġġgħin profondament u jħossuhom mhumiex kapaċi,” tgħid Barbara Coloroso fil-ktieb tagħha The Bully, the Bullied, and the Bystander.

Min għandu l-iktar ċans li jsir vittma tal-bullying?

  • Uħud li jinqatgħu għalihom. Xi żgħażagħ li ma tantx jafu jmorru man-nies jinqatgħu għalihom, u b’hekk jagħmluha faċli għall-bulijiet biex jaqbdu magħhom.

  • Żgħażagħ li jitqiesu bħala li huma differenti. Xi żgħażagħ jaqgħu vittma tal-bulijiet minħabba d-dehra, ir-razza, jew ir-reliġjon tagħhom jew anke għax għandhom xi diżabilità​—kwalunkwe ħaġa li bùli jistaʼ juża biex jaqbad maʼ dak li jkun.

  • Żgħażagħ li m’għandhomx stima xierqa tagħhom infushom. Bulijiet jistgħu jindunaw b’dawk li jaħsbu b’mod negattiv dwarhom infushom. Spiss ikun faċli li l-bulijiet jaqbdu maʼ dawn l-individwi għax ma tantx jiġġieldu lura.

X’tistaʼ tagħmel jekk xi ħadd qed jaqbad miegħek?

  • Tirreaġixxix. “Il-bulijiet iridu jkunu jafu li qed jirnexxilhom iġegħluk tħossok ħażin dwarek innifsek,” tgħid tfajla jisimha Kylie. “Jekk ma tirreaġixxix, jitilfu l-interess.” Il-Bibbja tgħid: “L-għaref iżomm kalm sa l-aħħar.”—Proverbji 29:11.

  • Tpattix. Jekk tpatti se tkabbar il-problema minflok ma ssolviha. Il-Bibbja tgħid: “Troddu lil ħadd ħsara bi ħsara.”—Rumani 12:17; Proverbji 24:19.

  • Evita l-inkwiet. Sakemm jiddependi minnek, evita nies u sitwazzjonijiet li fihom hemm ċans li jkun hemm il-bullying.—Proverbji 22:3.

  • Ipprova wieġeb b’mod li ma jkunux qed jistennew. Il-Bibbja tgħid: “Tweġiba, meta tkun ħelwa, tkeċċi l-korla.”—Proverbji 15:1.

  • Ħudhom biċ-ċajt. Pereżempju, jekk bùli jisħaq li għandek piż żejjed, tistaʼ sempliċement tgħidlu, “Vera, ma nagħmilx ħażin jekk nonqos ftit!”

  • Itlaq ’l hemm. “Is-silenzju juri li int matur u li int iktar b’saħħtek minn dak li qed jaqbad miegħek,” tgħid Nora li għandha 19-il sena. “Dan juri li għandek ir-rażan​—xi ħaġa li l-bùli m’għandux.”

  • Stinka biex ikollok stima xierqa lejk innifsek. “Il-bulijiet jindunaw meta tkun ansjuż,” tgħid tfajla jisimha Rita, “u għandhom mnejn jaħtfu l-opportunità biex jeqirdu kwalunkwe stima li għandek lejk innifsek.”

  • Għid lil xi ħadd. Skont stħarriġ li sar, iktar minn nofs il-vittmi kollha li jiġu bullied onlajn ma jgħidu lil ħadd b’dak li jkun qed jiġri. Dan jistaʼ jkun għax iħossuhom imbarazzati (speċjalment fil-każ tas-subien) jew għax jibżgħu li l-bulijiet ipattuhielhom. Imma tinsiex li l-bulijiet jaħdmu l-aħjar meta ħadd ma jkun jaf x’inhuma jagħmlu. Jekk titkellem maʼ xi ħadd tistaʼ tkun qed tieħu l-ewwel pass biex issolvi l-problema.

Suġġerimenti minn dawk tamparek

“Evita postijiet jew sitwazzjonijiet li jagħmluha faċli għall-bùli biex jaqbad miegħek. Ftakar ukoll li l-bulijiet għandhom il-problemi tagħhom stess. Meta tkun taf dan ittaffi ftit mill-uġigħ li tħoss minħabba dak li jgħidu.”​—Antonio.

“Kun fiduċjuż fik innifsek. Iżżommx lura milli tiddefendi t-twemmin tiegħek. Ħafna bulijiet se jħalluk bi kwietek meta jaraw li m’intix se tħallihom jagħmlu bik li jridu jew li ma tibżax minnhom.​—Jessica.

Kummenti t’għalliema

“Il-bullying hu problema serja. Fl-iskola fejn kont ngħallem, it-tfal kienu jaqbdu jiġġieldu fil-klassi stess​—anke tfal taʼ xi 9 snin! Xi tfal jieħdu pjaċir jagħmluha tal-bulijiet għax b’hekk iħossuhom popolari u fil-kontroll.

“Spiss, il-vittmi jżommu lura milli jirrapportaw lill-bulijiet għax jibżgħu li l-bùli jpattihielhom jew li sħabhom tal-klassi se jħarsu lejhom bħal tradituri għax ikunu gżawhom. Ukoll jistgħu jaħsbu li xejn ma jistaʼ jsir biex iwaqqfu l-bullying. Xorta waħda, jien inħeġġeġ lil kull min qed jiġi bullied biex jgħid lil xi ħadd fl-awtorità. Din hi l-aħjar ħaġa li tistaʼ tagħmel u tistaʼ tgħin biex twaqqaf lil ħaddieħor milli jiġi bullied.”​—Jenilee, li qabel kienet taħdem bħala għalliema fl-Istati Uniti.

Kwizz dwar il-bullying

Veru jew Falz

  1. Il-bullying ilu jsir eluf taʼ snin.

  2. Il-bullying hu sempliċement inkejja li ma jagħmel l-ebda ħsara. Mhux xi ħaġa serja.

  3. L-aħjar mod kif twaqqaf bùli hu billi tiġġilidlu.

  4. Hu t-tort tiegħek jekk qed tiġi bullied.

  5. Xi wħud li jiġu bullied isiru bulijiet.

  6. Jekk tara xi bullying, aħjar tinjorah.

  7. Minkejja li jidhru li jaħsbu li huma superjuri, il-bulijiet spiss iħossuhom inferjuri.

  8. Il-bulijiet jistgħu jinbidlu.

TWEĠIBIET

  1. Veru. Pereżempju, il-Bibbja titkellem dwar in-Nefilim​—grupp taʼ nies li isimhom ifisser “Dawk li Jwaqqgħu lil Oħrajn.”​—Ġenesi 6:4.

  2. Falz. Il-bullying jistaʼ jkun kwistjoni taʼ ħajja jew mewt. B’sogħba, xi wħud li kemm-il darba ġew bullied jikkommettu suwiċidju.

  3. Falz. Il-bulijiet spiss ikunu iktar b’saħħithom b’mod fiżiku mill-vittmi tagħhom, u b’hekk għalxejn tipprova tiġġildilhom.

  4. Falz. Ħadd ma jistħoqqlu jiġi bullied! Il-bùli hu kompletament responsabbli għal dak li jagħmel.

  5. Veru. Sfortunatament, xi wħud jisfogaw il-frustrazzjoni tagħhom billi jittrattaw lil oħrajn bil-mod kif ġew trattati huma.

  6. Falz. Jekk tara xi bullying u ma tgħid xejn int issir parti mill-problema minflok ma tkun parti mis-soluzzjoni.

  7. Veru. Għalkemm xi bulijiet għandhom opinjoni għolja ħafna dwarhom infushom, ħafna minnhom iħossuhom inferjuri u jwaqqgħu lil ħaddieħor biex huma jħossuhom aħjar.

  8. Veru. Bl-intervent u bl-għajnuna, il-bulijiet jistgħu jbiddlu l-mod kif jaħsbuha u kif iġibu ruħhom.​—Efesin 4:​23, 24.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja