LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwyp artiklu 43
  • Kif nistaʼ ningwalaha mal-ġenituri tiegħi?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif nistaʼ ningwalaha mal-ġenituri tiegħi?
  • Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Kwizz
  • Għala jkun hemm nuqqas taʼ qbil
  • Dak li tistaʼ tagħmel
  • Kif Nistaʼ Nsir Naf Aħjar lill-Ġenituri Tiegħi?
    Stenbaħ!—2010
  • Tkellem mal-Adoloxxent Tiegħek—⁠Bla Ma Targumenta
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Il-Ġenituri Tiegħi Għala Ma Jħallunix Niddeverti?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Kif nistaʼ nkellem lill-ġenituri tiegħi dwar ir-regoli tagħhom?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
Ara Iżjed
Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
ijwyp artiklu 43
Tfal qed jieħdu pjaċir jitkellmu mal-ġenituri tagħhom waqt li qegħdin mexjin ġo park

IŻ-ŻGĦAŻAGĦ JISTAQSU

Kif nistaʼ ningwalaha mal-​ġenituri tiegħi?

  • Kwizz

  • Għala jkun hemm nuqqas taʼ qbil

  • Dak li tistaʼ tagħmel

  • Dak li jgħidu dawk tamparek

Kwizz

  • Maʼ liema ġenitur x’aktarx li se targumenta?

    • Missieri

    • Ommi

  • Kemm-​il darba jkollok xi tgħid maʼ dan il-​ġenitur?

    • Rari

    • Xi kultant

    • Spiss

  • In-​nuqqas taʼ qbil tagħkom kemm ikun serju?

    • Jitranġa malajr u bil-​kwiet.

    • Jitranġa imma biss wara ħafna argumenti.

    • Ma jitranġax—lanqas wara ħafna argumenti.

Jekk donnok ma tistax tingwalaha mal-​ġenituri tiegħek, għandek mnejn taħseb li huma għandhom jagħmlu xi ħaġa biex itejbu s-​sitwazzjoni. Madankollu, kif se naraw, hemm passi li int tistaʼ tieħu biex tnaqqas in-​nuqqas taʼ qbil u biex ma jkunx daqshekk serju. L-​ewwel, ikkunsidra . . .

Għala jkun hemm nuqqas taʼ qbil

  • L-​abbiltà tal-​ħsieb. Hekk kif tikber, int se tibda taħseb iktar fil-​fond minn meta kont għadek tifel. Int jibda jkollok ukoll opinjonijiet sodi—li ftit minnhom forsi ma jaqblux maʼ dawk tal-​ġenituri tiegħek. Minkejja dan, il-​Bibbja tgħid: “Onora lil missierek u lil ommok.”—Eżodu 20:12.

    Fatt tal-​ħajja: Hemm bżonn il-​maturità u t-​tattika biex meta ma taqbilx maʼ xi ħaġa ma targumentax.

  • L-​indipendenza. Hekk kif timmatura, x’aktarx li l-​ġenituri tiegħek se jagħtuk iktar libertà. Imma l-​problema tistaʼ tkun li ma tingħatax libertà daqskemm tixtieq jew malajr kemm tkun tridha int—u dan jistaʼ jwassal għal nuqqas taʼ qbil. Minkejja dan, il-​Bibbja tgħid: “Obdu lill-​ġenituri tagħkom.”—Efesin 6:1.

    Fatt tal-​ħajja: Ħafna drabi, kemm tingħata libertà mill-​ġenituri tiegħek jiddependi minn kif diġà tuża l-​libertà li għandek.

Dak li tistaʼ tagħmel

  • Iffoka fuq l-​irwol tiegħek. Minflok ma tagħti t-​tort kollu lill-​ġenituri tiegħek meta ma taqblux, aħseb dwar dak li tistaʼ tagħmel int biex ikun hemm il-​paċi. “Ħafna drabi mhuwiex dak li jgħidu l-​ġenituri li jkabbar l-​argument imma l-​mod kif int twiġibhom lura,” jgħid żagħżugħ jismu Jeffrey. “Li titkellem bil-​kalma se jgħin ħafna biex jitranġaw l-​affarijiet.”

    Il-​Bibbja tgħid: ‘Sakemm jiddependi minnek, żomm il-​paċi.’—Rumani 12:18.

  • Agħti widen. “Din il-​ħaġa nsibha diffiċli ħafna biex nagħmilha,” tammetti Samantha li għandha 17-​il sena. “Imma rrealizzajt li meta l-​ġenituri jaraw li qed tagħtihom widen hemm iktar ċans li mbagħad huma joqogħdu jisimgħu lilek.”

    Il-​Bibbja tgħid: ‘Kun ħafif biex tismaʼ, tqil biex titkellem.’—Ġakbu 1:19.

    1. Taġen jieħu n-nar; 2. In-nar ma jistax jiġi kkontrollat

    In-nuqqas taʼ qbil jistaʼ jitqabbel man-nar—jekk ma noqogħdux attenti, ikun diffiċli biex nikkontrollawh

  • Aħseb bħalma jaħsbu f’team. Iffaċċja l-​problema bħalma kieku tagħmel waqt li tkun f’xi logħba, bħal logħba tenis. Poġġi l-​kwistjoni—u mhux lill-​ġenituri tiegħek—in-​naħa l-​oħra tax-​xibka. “F’argument, il-​ġenituri jkunu jridu dak li jaħsbu li hu l-​aħjar għat-​tifel tagħhom, u t-​tifel ikun irid dak li jaħseb li hu l-​aħjar għalih,” jgħid żagħżugħ jismu Adam. “Allura, suppost, huma qed jaħdmu għall-​istess għan.”

    Il-​Bibbja tgħid: ‘Iġri wara l-​affarijiet li jġibu l-​paċi.’—Rumani 14:19.

  • Ipprova ifhem. “Insibha t’għajnuna li niftakar li l-​ġenituri jkollhom jiffaċċjaw il-​problemi tagħhom ukoll, li spiss ikunu diffiċli daqs tagħna,” tgħid żagħżugħa jisimha Sarah. Tfajla jisimha Carla saħansitra tgħid: “Jien nipprova npoġġi lili nnifsi fiż-​żarbun tal-​ġenituri tiegħi.” Hi żżid tgħid: “X’kont nagħmel jien kieku kont qed inrabbi t-​tfal u niffaċċja l-​istess sitwazzjoni? Xi jkun l-​aħjar għat-​tfal tiegħi?”

    Il-​Bibbja tgħid: ‘Tfittixx l-​interessi persunali tiegħek biss, imma wkoll l-​interessi persunali taʼ l-​oħrajn.”—Filippin 2:4.

  • Obdi. Fl-​aħħar mill-​aħħar, il-​Bibbja hekk tgħidlek li għandek tagħmel. (Kolossin 3:20) U l-​affarijiet ħa jkunu ħafna eħfef meta tagħmel li jgħidulek. “Ikolli inqas stress f’ħajti meta naqbad u nagħmel dak li jgħiduli l-​ġenituri tiegħi,” tgħid żagħżugħa jisimha Karen. “Diġà għamlu ħafna sagrifiċċji għalija, allura din mhix ħaġa kbira biex nagħmilha.” Li tobdi hi l-​aħjar soluzzjoni għan-​nuqqas taʼ qbil!

    Il-​Bibbja tgħid: “Fejn m’hemmx ħatab in-​nar jintefa.”—Proverbji 26:20.

Suġġeriment. Jekk issibha diffiċli biex tikkomunika, ipprova ikteb il-​ħsibijiet tiegħek f’ittra jew messaġġ. “Jien nagħmel hekk meta ma tantx inkun f’burdata tajba u ma jkollix aptit nitkellem,” tgħid żagħżugħa jisimha Alyssa. “Dan jgħinni nesprimi dak li jkun hemm f’qalbi mingħajr ma ngħajjat jew ngħid xi ħaġa li wara jiddispjaċini.”

DAK LI JGĦIDU DAWK TAMPAREK

Marilyn

“Meta kulħadd ikun għajjien, il-​problema se tikber. Xi kultant l-​aħjar ħaġa li tagħmlu hi li tieqfu, tgħannqu lil xulxin, u tmorru torqdu. Filgħodu kollox ikun jidher aħjar.”​—Marilyn.

Devin

“Il-​paċenzja hi kwalità li tistaʼ tgħinek tkampa maʼ kull sitwazzjoni. Jekk ikun se jinqalaʼ argument, warrab ftit, ħu nifs ’il ġewwa, u aħseb. Ħafna problemi jinqalgħu għax naqbdu u nagħmlu jew ngħidu xi ħaġa dak il-​ħin stess.”​—Devin.

Mackenzie

“Jien ma rridx inħares lura u jiddispjaċini li ma nkunx ittrattajt il-​ġenituri tiegħi kif messni. Li nżomm dan f’moħħni jgħinni biex nismaʼ dak li jkunu qed jgħidu u ma niħux l-​affarijiet bi kbar.”​—Mackenzie.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja