LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwyp artiklu 49
  • Tagħmel differenza liema mużika nagħżel li nismaʼ?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tagħmel differenza liema mużika nagħżel li nismaʼ?
  • Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​benefiċċji
  • Il-​perikli
  • Għasses Kontra Mużika Moralment taʼ Ħsara!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Il-Mużika—Rigal Mogħti Minn Alla lill-QALB
    Stenbaħ!—2008
  • Mużika li Togħġob ’l Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
ijwyp artiklu 49
Żagħżugħa tismaʼ l-mużika fuq l-apparat elettroniku tagħha

IŻ-ŻGĦAŻAGĦ JISTAQSU

Tagħmel differenza liema mużika nagħżel li nismaʼ?

“Meta nkun qed inlesti, nixgħel id-​diski. Meta nidħol fil-​karozza, nixgħel id-​diski. Meta nkun id-​dar qed nirrilassa, innaddaf, u saħansitra naqra—dejjem bil-​mużika għaddejja. Jien il-​ħin kollu nismaʼ d-​diski.”​—Carla.

Tħobb int il-​mużika bħalma tħobbha Carla? Jekk inhu hekk, dan l-​artiklu se jgħinek tgawdi l-​benefiċċji, tevita l-​perikli, u tagħżel il-​mużika tiegħek bil-​għaqal.

  • Il-​benefiċċji

  • Il-​perikli

  • Dak li jgħidu dawk tamparek

Il-​benefiċċji

Li tismaʼ l-​mużika jistaʼ jitqabbel mal-​ikel. Jekk tiekol ikel tajjeb u tieħu kemm hu xieraq jistaʼ jkun taʼ benefiċċju għalik. L-​istess bil-​mużika. Ikkunsidra:

  • Il-​mużika tistaʼ tgħinek biex ikollok burdata aħjar.

    “Meta jkolli ġurnata ħażina, nitfaʼ d-​diski li jogħġbuni u kważi mill-​ewwel inħossni aħjar.”​—Mark.

  • Il-​mużika tistaʼ tieħdok lura fiż-​żmien.

    “Spiss, diska partikulari tfakkarni f’memorja sabiħa, allura nieħu pjaċir biha kull darba li nismagħha.”​—Sheila.

  • Il-​mużika tistaʼ toħloq atmosfera li tgħaqqad.

    “Jien kont f’konvenzjoni internazzjonali tax-​Xhieda taʼ Ġeħova u hekk kif dawk kollha preżenti kantaw l-​aħħar għanja, qabiżli d-​dmugħ. Nitkellmu b’lingwi differenti, imma l-​mużika għaqqditna.”​—Tammy.

  • Il-​mużika tistaʼ tgħinek tiżviluppa kwalitajiet importanti.

    “Li titgħallem iddoqq strument mużikali jgħinek biex tiżviluppa d-​dixxiplina u l-​paċenzja. Mhix xi ħaġa li titgħallimha kif ġieb u laħaq. L-​unika mod biex iddoqq aħjar hu permezz tal-​prattika.”​—Anna.

Kont taf? L-​itwal ktieb tal-​Bibbja—is-​Salmi—fih 150 għanja.

Żagħżugħ iħares lejn tuffieħ imħassar

Kun selettiv meta tagħżel x’mużika se tismaʼ bħalma tagħmel bl-ikel

Il-​perikli

Xi mużika, bħal ikel ħażin, tistaʼ tkun velenuża. Ara għala.

  • Ħafna kliem tad-​diski hu espliċitu dwar is-​sess.

    “Donnu d-​diski popolari kollha huma dwar is-​sess. Lanqas biss għadhom jipprovaw jagħmlu l-​affarijiet bil-​moħbi.”​—Hannah.

    Il-​Bibbja tgħid: “Lanqas biss għandhom jissemmew fostkom iż-​żína u n-​nuqqas taʼ ndafa taʼ kull xorta jew ir-​regħba.” (Efesin 5:3) Staqsi lilek innifsek, ‘Il-​mużika li nismaʼ żżommni lura milli nobdi din it-​twissija?’

  • Xi mużika tistaʼ tqabbdek id-​dwejjaq.

    “Xi kultant inkun imqajma billejl u nismaʼ mużika li ġġegħelni naħseb dwar affarijiet li jġibuli dwejjaq u niket. Mużika taʼ dwejjaq tistaʼ ġġiblek ħafna ħsibijiet koroh.”​—Tammy.

    Il-​Bibbja tgħid: “Iktar minn kull ħaġa oħra li għandek tħares, ħares lil qalbek.” (Proverbji 4:23) Staqsi lilek innifsek, ‘Il-​mużika li nismaʼ ġġegħelni naħseb dwar affarijiet negattivi?’

  • Xi mużika tistaʼ tqanqal rabja.

    “Mużika li tqanqal ir-​rabja, il-​mibegħda, u li ġġiegħlek tobgħod lilek innifsek hi periklu sottili għalija. Innotajt li tagħmel differenza fil-​burdata tiegħi meta nismaʼ din it-​tip taʼ mużika. Anki l-​familja tiegħi nnotatu dan.”​—John.

    Il-​Bibbja tgħid: ‘Warrbuhom kollha, il-​korla, ir-​rabja, il-​ħażen, it-​tgħajjir, u l-​kliem oxxen minn fommkom.’ (Kolossin 3:8) Staqsi lilek innifsek, ‘Il-​mużika li nismaʼ tagħmilni aggressiv, jew saħansitra li lanqas biss jimpurtani mis-​sentimenti t’oħrajn?’

Il-​konklużjoni? Kun selettiv. Żagħżugħa jisimha Julie hekk tipprova tagħmel. “Jien spiss nara x’diski għandi u nħassar kull waħda li ninduna li mhix xierqa,” tgħid hi. “Mhux dejjem faċli, imma naf li hekk għandi nagħmel.”

Żagħżugħa jisimha Tara qed titgħallem xi ħaġa simili. Hi tgħid: “Kultant waqt li nkun qed nismaʼ r-​radju tiġi diska b’daqqa tajba, imma mbagħad nismaʼ l-​kliem u ninduna li għandi nbiddel l-​istazzjon. Dan inqabblu maʼ pasta vera tajba li wara li nieħu l-​ewwel gidma ma nkunx nistaʼ nkompli nikolha. Imma jekk jien determinata li ma nismax diska dwar is-​sess, x’aktarx li se nkun determinata biex ma nagħmilx is-​sess qabel iż-​żwieġ. Ma rridx nieħu ħafif ħafif l-​effett li l-​mużika tistaʼ tħalli fuqi.”

DAK LI JGĦIDU DAWK TAMPAREK

Abigail

“Il-​mużika tgħidx kemm tistaʼ tbiddlilna l-​burdata, u jekk ma noqogħdux għassa, il-​mużika li nagħżlu jistaʼ jkollha effetti negattivi li forsi ma nindunawx bihom sakemm ikun tard wisq.”—Abigail.

Robert

“Anki diska li tismagħha ftit drabi biss tistaʼ tibqaʼ stampata f’moħħok għal dejjem. Allura jkun aħjar li tneħħiha mill-​ewwel jekk tidher li tkun ħażina. Inkella tibqaʼ tidwi f’moħħok.”—Robert.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja