LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g99 10/8 p. 3
  • It-​Traġedja Tal-​Gwerer

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • It-​Traġedja Tal-​Gwerer
  • Stenbaħ!—1999
  • Materjal Simili
  • ‘L-iktar Bidliet Profondi’
    Stenbaħ!—1999
  • Il-perċimes veru tal-gwerra u t-tbatija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Huma l-Gwerer Inevitabbli?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1994
  • X’Inhu L-​Futur Tal-​Gwerer?
    Stenbaħ!—1999
Ara Iżjed
Stenbaħ!—1999
g99 10/8 p. 3

It-​Traġedja Tal-​Gwerer

FL-​IMPERIAL War Museum f’Londra, fl-​Ingilterra, il-​viżitaturi jibqgħu msaħħrin x’ħin jaraw arloġġ uniku li jikkonsisti f’wieħed bil-​minutieri u l-​ieħor diġitali. Dan m’huwiex xi arloġġ li jżomm il-​ħin. L-​iskop tiegħu hu li jgħin lin-​nies jifhmu kemm żdied fattur prinċipali f’dan is-​seklu​—il-​gwerer. Hekk kif il-​minutiera taʼ l-​arloġġ iddur, dak diġitali jżid numru ieħor maʼ l-​ammont tiegħu kull 3.31 sekonda. Kull numru jirrappreżenta raġel, mara, jew tifel li jkunu mietu minħabba l-​gwerer matul is-​seklu 20.

Dak diġitali beda jaħdem f’Ġunju taʼ l-​1989. Se jieqaf jgħodd f’nofsillejl tal-​31 taʼ Diċembru, 1999. Sa dakinhar se jkun irreġistra mitt miljun ruħ, stima moderata tan-​numru taʼ dawk li jkunu mietu fil-​gwerer matul dawn l-​aħħar mitt sena.

Immaġina ftit​—mitt miljun ruħ! Dan hu iktar mid-​doppju tal-​popolazzjoni taʼ l-​Ingilterra. Madankollu, din l-​istatistika ma tirrivela xejn dwar il-​biżaʼ u l-​uġigħ li esperjenzaw il-​vittmi. U lanqas ma tiddeskrivi s-​sofferenza taʼ dawk li mitulhom xi maħbubin tagħhom​—il-​miljuni bla għadd taʼ ommijiet u missirijiet, aħwa bniet u subien, romol u orfni. Dan hu dak li tgħidilna l-​istatistika: Dan is-​seklu tagħna kien bil-​wisq l-​iktar wieħed distruttiv fl-​istorja umana kollha; il-​ħruxija tiegħu ma titqabbel maʼ xejn.

L-istorja tas-​seklu 20 turi wkoll sa liema punt il-​bnedmin saru esperti fis-​sengħa tal-​qtil. Matul l-​istorja, l-​iżvilupp t’armamenti ġodda mexa bil-​mod sas-​seklu 20, li matulu pproduċew valanga t’armamenti. Meta bdiet l-​ewwel gwerra dinjija fl-​1914, l-​armati taʼ l-​Ewropa kienu jinkludu rġiel fuq iż-​żwiemel, armati bil-​lanez. Illum, bl-​għajnuna taʼ sensors bis-​satelliti u sistemi kompjuterizzati bir-​remote control, il-​missili kapaċi jaslu u joqtlu nies fi kwalunkwe parti taʼ l-​art, b’eżattezza taʼ l-​għaġeb. Sadanittant laħqu ġew żviluppati u perfezzjonati xkubetti, tankijiet u ajruplani tal-​gwerra, sottomarini, armamenti bijoloġiċi u kimiċi u, m’għandniex xi ngħidu, “il-​bomba.”

Ironikament, l-​umanità tant saret esperta fil-​gwerer li issa dawn saru logħba li l-​umanità ma tistax taffordja li tkompli tilgħabha. Bħall-​istorja fittizja taʼ Frankenstein, li fiha mostru jeqred lil min ivvinta lilu, il-​gwerer qed jheddu li jeqirdu lil dawk li tawhom din il-​qawwa hekk kbira. Jistaʼ dan il-​mostru jiġi kontrollat jew meqrud totalment? L-​artikli li ġejjin se jeżaminaw din il-​mistoqsija.

[Sorsi tal-Istampi f’paġna 3]

▾ Ritratt tal-​U.S. National Archives ▾

Ritratt tal-​U.S. Coast Guard

Bil-​korteżija taʼ l-​Imperial War Museum

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja