LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g00 5/8 p. 30
  • Ħabsi x’Jistaʼ Jitgħallem minn Għasfur?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħabsi x’Jistaʼ Jitgħallem minn Għasfur?
  • Stenbaħ!—2000
  • Materjal Simili
  • L-​Osservazzjoni Taʼ L-​Għasafar Delizzju Affaxxinanti għal Kulħadd?
    Stenbaħ!—1998
  • Kaxxa għall-Mistoqsija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • Jistgħu l-Ħabsin Tassew Jirranġaw Ħajjithom?
    Stenbaħ!—2001
  • Is-Sbuħija taʼ li Toqgħod Tosserva l-Għasafar
    Stenbaħ!—2001
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2000
g00 5/8 p. 30

Ħabsi x’Jistaʼ Jitgħallem minn Għasfur?

MINN KORRISPONDENT TAʼ STENBAĦ! FL-​AFRIKA T’ISFEL

SKOND is-​Sunday Tribune taʼ Durban, fl-​Afrika t’Isfel, l-​għasafar għandhom irwol f’li jrattbu l-​qlub tal-​ħabsin fil-​Ħabs taʼ Pollsmoor. Bħalissa, hemm 14-il ħabsi li għandhom il-​biċċa xogħol taʼ li jieħdu ħsieb xi kokatieri u lovebirds fiċ-​ċelel tagħhom.

X’iridu jagħmlu l-​ħabsin li qed jieħdu sehem f’din il-​biċċa xogħol? Kull wieħed minnhom għandu speċi taʼ inkubatur fiċ-​ċella tiegħu, u jingħata għasfur li jkun għadu kemm faqqas biex jieħu ħsiebu. Hu jrid iżoqq lil din il-​ħlejqa ċkejkna b’idejh stess kull siegħa jew sagħtejn, lejl u nhar, għal madwar ħames ġimgħat. Imbagħad iqiegħed l-​għasfur ġo gaġġa, li wkoll iżommha fiċ-​ċella tiegħu. Meta l-​għasfur jikber, dan jinbiegħ lill-​pubbliku. Xi ħabsin tant jorbtu qalbhom maʼ l-​għasafar tagħhom li jibdew jibku meta jkollhom jinfirdu minnhom.

Ġie nnotat li anki xi kriminali mill-​agħar ma baqgħux daqstant żorri u ħorox wara li qagħdu jkellmu ’l-għasafar u jieħdu ħsiebhom kuljum. Ċertu ħabsi qal: “Jien nimmansa l-​għasafar, imma huma mmansaw lili wkoll.” Ieħor jgħid li l-​għasafar għallmuh ikun paċenzjuż u jikkontrolla lilu nnifsu. Wieħed li qiegħed il-​ħabs minħabba s-​serq, jgħid li hu u jieħu ħsieb l-​għasfur irrealizza kemm “hija responsabbiltà kbira” li tkun ġenitur—responsabbiltà li hu naqas li jwettaqha maʼ wliedu stess meta kien għadu barra.

Meta jieħdu ħsieb dawn l-​għasafar, il-​ħabsin jibbenefikaw b’mod ieħor ukoll. Wikus Gresse, dak li ħareġ b’din l-​idea, qal li b’dak li l-​ħabsin qed jitgħallmu hemmhekk, ikunu jistgħu jsibu xogħol meta joħorġu, jew maʼ dawk li jrabbu l-​għasafar jew maʼ xi tabib taʼ l-​annimali.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja