LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g00 6/8 pp. 3-4
  • Il-Pornografija fuq l-Internet Ukoll

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Pornografija fuq l-Internet Ukoll
  • Stenbaħ!—2000
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Pornografija u t-​Tfal
  • Kif Nistaʼ Nevita l-Pornografija?
    Stenbaħ!—2008
  • Il-Pornografija—Hija l-Pornografija Perikoluża?
    It-Torri tal-Għassa: Il-Pornografija—Hija l-Pornografija Perikoluża?
  • Għala Hija l-Pornografija Daqshekk Mifruxa?
    Stenbaħ!—2003
  • Il-Ħsara li Tikkaġuna l-Pornografija
    Stenbaħ!—2003
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2000
g00 6/8 pp. 3-4

Il-​Pornografija fuq l-​Internet Ukoll

MADWAR ID-​DINJA KOLLHA, MILJUNI TAʼ NIES JUŻAW l-​Internet kuljum. Ħafna jidħlu fl-​Internet sabiex jagħmlu xi negozju, jaġġornaw ruħhom maʼ l-​aħbarijiet tad-​dinja, jaraw kif se jkun it-​temp, jitgħallmu dwar pajjiżi differenti, jiksbu tagħrif dwar l-​ivvjaġġar, jew jikkomunikaw maʼ membri tal-​familja u ħbieb f’diversi partijiet tad-​dinja. Imma xi wħud—adulti miżżewġin u m’humiex, kif ukoll għadd kbir taʼ tfal—jużaw l-​Internet għal raġuni differenti: BIEX JARAW IL-​PORNOGRAFIJA.

IL-​PORNOGRAFIJA FUQ IL-​KOMPJUTER, (bl-Ingliż imsejħa wkoll cyberporn), tant hi popolari li din saret negozju li jrendi bosta miljuni taʼ liri. Skond il-​gazzetta The Wall Street Journal, jekk Web site tkun qed tagħmel il-​qligħ, il-​probabbiltà hi li jkun fiha materjal pornografiku.

Il-gazzetta kompliet tispjega għala n-​nies iduru għall-​Internet biex jaraw il-​pornografija. Din qalet li l-​klijenti jkunu jistgħu jaraw materjal indiċenti mingħajr ma jkollhom għalfejn jidħlu inkiss inkiss f’ħanut tal-​kotba mhux rispettabbli jew saħansitra mingħajr ma jkollhom imorru fil-​kamra taʼ wara taʼ xi ħanut tal-​vidjos. Il-​klijenti jkunu jistgħu jaraw materjal pastaż fil-​privatezza taʼ darhom jew taʼ l-​uffiċċju tagħhom.

Il-​Pornografija u t-​Tfal

B’dispjaċir ngħidu li ħafna minn dawk li joqogħdu jaraw il-​pornografija fuq il-​kompjuter huma tfal. It-​tfal, li skond il-​liġi ma jistgħux jixtru letteratura pornografika jew jikru vidjos pornografiċi, jistgħu jaraw dawn l-​affarijiet f’darhom stess billi jikklikkjaw ’l hawn u ’l hemm bil-​mouse. Dak li jistgħu jaraw ma jispiċċa qatt.

Ħafna tfal jidħlu fis-​sites taʼ l-​Internet mingħajr ma jkunu jafu l-​ġenituri tagħhom. Fil-​fatt, il-​gazzetta The Detroit News tgħid li “iktar minn żewġt itfal minn ħamsa abbonaw għal web site jew servizz online ieħor avolja kważi 85 fil-​mija tal-​ġenituri jagħmlu r-​regoli kontra dan.”

Filwaqt li l-​biċċa l-​kbira tat-​tfal—u taʼ l-​adulti wkoll—joqogħdu attenti li jaħbu l-​fatt li jkunu qed jaraw il-​pornografija, mhux kulħadd iħoss li għandu għalfejn jagħmel hekk. Xi wħud jikkunsidraw din il-​ħaġa bħala għamla taʼ rikreazzjoni li ma tagħmel l-​ebda ħsara. Oħrajn jammettu li l-​pornografija mhix tajba għat-​tfal imma jirraġunaw li dak li jagħmlu l-​adulti fil-​privat hija biċċa tagħhom.

F’xi pajjiżi l-​kontroversja dwar il-​pornografija saret ġlieda politika taħraq ferm. Fuq naħa waħda taʼ l-​argument, dawk li jappoġġaw id-​dritt għal-​libertà tal-​kelma jagħmlu kampanji favur il-​pornografija, u fuq in-​naħa l-​oħra, dawk li jappoġġaw il-​valuri tal-​familja jipprovaw jinfluwenzaw l-​awtoritajiet biex jipprojbixxu l-​pornografija.

Stenbaħ! ma jżomm maʼ ebda naħa fi kwistjonijiet politiċi. L-​iskop taʼ din is-​serje hu li tinforma lill-​qarrejja tagħna dwar il-​perikli meta jaraw il-​pornografija, tissuġġerixxi modi kif jistgħu jipproteġu lilhom infushom u lill-​maħbubin tagħhom, u li tipprovdi suġġerimenti bbażati fuq il-​Bibbja għal kulmin waqaʼ fin-​nassa tal-​pornografija u jixtieq jeħles minnha.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja