LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g01 6/8 pp. 9-10
  • Saħħa Tajba għal Kulħadd—Dalwaqt!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Saħħa Tajba għal Kulħadd—Dalwaqt!
  • Stenbaħ!—2001
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Inżommu l-​Bilanċ
  • Żomm il-Fidi u s-Saħħa Spiritwali Tiegħek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Dalwaqt M’Hemmx Iktar Mard jew Mewt!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Żomm Ħarsa Skritturali Dwar il-Kura tas-Saħħa
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Is-Saħħa
    Stenbaħ!—2013
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2001
g01 6/8 pp. 9-10

Saħħa Tajba għal Kulħadd—Dalwaqt!

“L-​IDEA li qatt ma nimirdu iktar . . . bħalissa hija popolari,” tirrapporta l-​gazzetta Ġermaniża Focus. Madankollu din l-​idea mhix ġdida. Meta bdiet il-​ħajja umana, il-​Ħallieq qatt ma kellu l-​intenzjoni li l-​bnedmin xi darba jimirdu. L-​iskop tiegħu għall-​umanità ma kienx sempliċement “livell aċċettabbli taʼ saħħa għan-​nies kollha tad-​dinja.” (Korsiv tagħna.) Il-​Ħallieq tagħna kellu l-​iskop li kulħadd ikollu saħħa perfetta!

Mela għala nimirdu lkoll?Il-Bibbja tgħidilna li Alla Jehovah għamilhom perfetti lill-​ġenituri taʼ l-​umanità, Adam u Eva. Meta kien lest mill-​ħolqien tiegħu, “ħares Alla lejn kull ma kien għamel, u, ara, kollox kien tajjeb ħafna.” Il-​Ħallieq tagħna kollu mħabba qatt ma kellu l-​ħsieb li l-​ħajja umana tkun kastigata bil-​mard u l-​mewt. Imma meta Adam u Eva għażlu li jabbandunaw il-​mod taʼ ħajja li tpoġġa quddiemhom, huma waqgħu fid-​dnub. Ir-​riżultat tad-​dnub taʼ Adam kien il-​mewt li għaddiet fuq il-​bnedmin kollha.—Ġenesi 1:31; Rumani 5:12.

Jehovah ma qabadx u telaq il-​bnedmin għal riħhom. Lanqas ma telaq l-​iskop oriġinali tiegħu għalihom u għall-​art. Fil-​Bibbja, hu jgħarraf l-​iskop tiegħu li jerġaʼ jġib lill-​bnedmin ubbidjenti għall-​istat oriġinali tagħhom taʼ saħħa tajba. Waqt li Ġesù Kristu, l-​Iben t’Alla, kien fuq l-​art, hu wera l-​qawwa t’Alla li jfejjaq il-​mard. Per eżempju, Ġesù fejjaq l-​għama, il-​lebbra, in-​nuqqas taʼ smigħ, l-​idropsija, l-​epilessija, u l-​paralisi.—Mattew 4:​23, 24; Luqa 5:​12, 13; 7:22; 14:​1-4; Ġwann 9:​1-7.

Alla dalwaqt se jagħti lis-​Sultan Messjaniku tiegħu, Ġesù Kristu, l-​istruzzjoni biex jieħu f’idejh l-​affarijiet tad-​dinja tal-​bnedmin. Taħt it-​tmexxija tiegħu, il-​profezija taʼ Isaija se sseħħ: “Ħadd minn min jgħammar hemm ma jgħid: ‘Jien marid.’ Il-​poplu li hemm fiha tinħafirlu ħżunitu.” (Isaija 33:24) Dan kif se jseħħ?

Ninnotaw li l-​profeta jikteb dwar poplu li “tinħafirlu ħżunitu.” Għaldaqstant, il-​kaġun oriġinali tal-​mard—id-​dnub li wiret il-​bniedem—se jitneħħa. Kif? Il-​valur tas-​sagrifiċċju bħala fidwa taʼ Ġesù se jiġi applikat fuq l-​umanità ubbidjenti, u b’hekk titneħħa l-​bażi għall-​mard u l-​mewt. F’kull rokna taʼ l-​art il-​kundizzjonijiet se jkunu bħal dawk taʼ ġenna. L-​appostlu Kristjan Ġwanni kiteb: “[Alla] jixxuttalhom kull demgħa minn għajnejhom: ma jkunx hemm iżjed mewt, anqas biki jew għajat jew tbatija ma jkun hemm iżjed, għax għabu l-​ħwejjeġ taʼ qabel.” Dan dalwaqt se jseħħ!—Apokalissi 21:​3, 4; Mattew, kapitlu 24; 2 Timotju 3:​1-5.

Inżommu l-​Bilanċ

Sadattant, il-​mard jibqaʼ jolqot lil miljuni taʼ nies. Mela, huwa biss naturali għall-​individwi li jinkwetaw dwar saħħithom u dwar is-​saħħa tal-​maħbubin tagħhom.

Il-Kristjani llum japprezzaw ferm l-​isforzi tal-​professjoni medika. Huma jieħdu passi raġunevoli biex isiru jew jibqgħu f’saħħithom. Madankollu, il-​wegħda tal-​Bibbja għal futur ħieles mill-​mard jgħinna nżommu l-​bilanċ tagħna f’dan ir-​rigward. Sakemm is-​Sultan Messjaniku jieħu f’idejh l-​affarijiet tal-​bnedmin, is-​saħħa perfetta sempliċement m’hijiex possibbli. Bħalma rajna, anki bl-​iktar skoperti kbar ix-​xjenza medika ma laħqitx l-​isbaħ frotta fl-​iktar parti għolja tas-​siġra—saħħa tajba għal kulħadd.

Il-mira għal “livell aċċettabbli taʼ saħħa għan-​nies kollha tad-​dinja” dalwaqt se tintlaħaq. Imma mhux mill-​Ġnus Magħquda jew mill-​Organizzazzjoni Dinjija tas-​Saħħa jew minn uħud li jagħmlu pjanijiet dwar l-​ambjent jew mir-​riformisti soċjali jew mit-​tobba. Huwa biss f’idejn Ġesù Kristu li jwettaq dan. Kemm se tkun ħaġa taʼ ferħ meta l-​bnedmin finalment “ikunu meħlusa mill-​jasar tat-​taħsir u jiksbu l-​ħelsien tal-​glorja taʼ wlied Alla”!—Rumani 8:21.

[Stampi f’paġna 10]

Kulħadd se jkollu saħħa tajba fid-​dinja ġdida t’Alla

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja